+5.1 Rekwiżiti tal - eliġibbiltà għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
---+17. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …
---+18. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …
---+19. Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex …
---+20. L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali li tikkonferma l - effettività u l …
---+21. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …
---+22. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiksbu l - opinjoni jew l - opinjonijiet legali skont …
|
5.1 Rekwiżiti tal - eliġibbiltà għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
5.1 Rekwiżiti tal - eliġibbiltà għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
17. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …
|
Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu stabbiliti rekwiżiti interni għaċ - ċertezza legali li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fi l-Kapitolu 4, Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament, sal- punt li l -estimi tal-LGD iqisu l - eżistenza tal -kollateral, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - arranġament kollaterali skont liema jiġi pprovdut il -kollateral ikun lega lment effettiv u infurzabbli fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, filwaqt li jagħti lill -istituzzjoni d- dritt li tillikwida jew terġa’ tippossjedi l - kollateral fi żmien raġonevoli, inkluż fil - każ ta’ inadempjenza, falliment jew insolvenza tal -obbligant u, fejn applikabbli, tad - depożitarju li għandu l -kollateral.
|
|
18. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …
|
Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu stabbiliti rekwiżiti interni għall - valwazzjoni tal - kollateral li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fil- Kapitolu 4, Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament, sal- punt li l - estimi tal- LGD iqisu l - eżistenza tal -kollateral, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l- kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) ir-regoli li jirregolaw ir- rivalwazzjoni tal - kollateral, inklużi l -metodi u l-frekwenza ta’ monitoraġġ tal - valur tal - kollateral, huma konsistenti għal kull tip ta’ kollateral u huma speċifikati fil - politiki interni tal -istituzzjoni;
- (b) meta s- suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet, l-istituzzjonijiet iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti.
|
|
19. Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex tiġi żgurata l -konformità mal- prinċipji ġenerali dwar iċ - ċertezza legali u l- valwazzjoni tal -kollateral fil- paragrafi 17 u 18, ir- rekwiżiti interni għaċ - ċertezza legali u l - valwazzjoni tal -kollateral stabbiliti mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu kompletam ent konsistenti mar- rekwiżiti li ġejjin tal - Kapitolu 4 , Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir- Regolament: - (a) Għal kollateral finanzjarju, dawn għandhom ikunu konsistenti mal -Artikolu 207(3) u 207(4) ittra (d) ta’ dak ir-Regolament.
- (b) Għal kollateral ta’ proprjetà immobbli, u għal skoperturi ta’ lokazzjoni ttrattati bħala kollateralizzati fejn l- assi mikri huwa proprjetà immobbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 208(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament.
Għall -finijiet tal- valutazzjoni ta’ kollateral ta’ proprjetà immobbli u r - rieżami tal - valur tiegħu skont il - kundizzjonijiet speċifikati fl -Artikolu 208(3)(b) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej: - (i) Il- kollateral ta’ proprjetà immobbli huwa vvalutat minn valutatur indipendenti daqs il - valur tas - suq jew inqas. F’dawk l -Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall - valutazzjoni tal - valur tas - self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il - proprjetà tista’, minflok, tiġi vvalutata minn valutatur indipendenti daqs il - valur tas - self ipotekarju jew inqas. L - istituzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l - valutatur indipendenti ma jqisx elementi spekulattivi fil - valutazzjoni tal - valur tas - self ipotekarju.
- (ii) Il- valutatur indipendenti jiddokumenta l - valur ta s- suq jew il - valur tas -self ipotekarju b’mod trasparenti u ċar.
- (iii) Il- valur tal - kollateral huwa l - valur tas - suq jew il - valur tas - self ipotekarju mnaqqas kif xieraq biex jirrifletti r - riżultat tal - monitoraġġ u biex iqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il - proprjetà.
- (iv) Il- valutatur indipendenti għandu jkollu l -kwalifiki, il- kapaċità u l - esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni u għandu jkun indipendenti mill - proċess tad- deċiżjoni ta’ kreditu. Sakemm impjegat tal -istituzzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet ko llha msemmija hawn fuq, dak l - impjegat jista’ jitqies bħala valutatur indipendenti.
- (c) Għar - riċevibbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal -Artikolu 209(2) ta’ dak ir-Regolament. Il- valur tar - riċevibbli għandu jkun l - ammont riċevibbli.
- (d) Għal kollateral fiżiku ieħor, u għal skoperturi mikrija ttrattati bħala kollateralizzati fejn l- assi mikri huwa differenti minn proprjetà immobbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 210(a) u (g) ta’ dak ir- Regolament. Għall - finijiet ta’ twettiq ta’ valwazzjoni u ta’ rivalwazzjoni tal -kollateral skont l-Artikolu 210(g) ta’ dak ir-Regolament, l- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - kollateral fiżiku daqs il - valur tas - suq tiegħu, li għandu jkun l - ammont stmat li għalih il -kollateral ikun se jiskambja fid-data tal- valwazzjoni bejn xerrej dispost u bejjiegħ dispost fi tranżazzjoni distakkata.
- (e) Għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata oħra, dawn għandhom ikunu konsistenti mal - Artikolu 212(1)(a) u l-Artikolu 212(2)(f) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
20. L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali li tikkonferma l - effettività u l …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali li tikkonferma l - effettività u l -infurzabbiltà legali tal- arranġament kollaterali fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha għall -finijiet tal-paragrafu 17. Din l- opinjoni legali għandha: - (a) titwettaq tal - anqas għal kull tip ta’ arranġament kollaterali; u
- (b) tingħata f’forma bil -miktub minn konsulent legali. Meta l- konsulent legali jkun impjegat tal-istituzzjoni, il- konsulent legali għandu jkun indipendenti mill - proċess tad - deċiżjoni ta’ kreditu responsabbli mill - oriġini jew mit - tiġdid tal - iskoperturi li jkunu qed jitqiesu.
|
|
21. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …
|
Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali unika fir - rigward ta’ arranġamenti kollaterali multipli meta din tkun relatata mal - istess liġi applikabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali addizzjonali relatata ma’ kwalunkwe varjazzjoni sostantiva għat -termini tal- arranġament kollaterali li tista’ taffettwa l - effettività u l - infurzabbiltà legali tal- arranġament kollaterali speċifiku. Bħala minimu, il -bidliet fil- qafas legali applikabbli għall - arranġamenti kollater ali u l- applikazzjoni tal - arranġament kollaterali għal tipi oħra ta’ skoperturi jew għal debituri kklassifikati għal klassijiet tal - iskoperturi oħra jew għal tipi oħra ta’ debituri, jiġifieri persuni individwali jew entitajiet legali, għandhom dejjem jitqi esu bħala każijiet ta’ varjazzjoni sostantiva fit -termini tal- arranġament kollaterali.
|
|
22. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …
|
Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali unika li tkopri diversi ġurisdizzjonijiet. B’mod partikolari, fejn jeżistu regolamenti internazzjonali fil -forma ta’ liġi internazzjonali jew forma oħra ta’ ftehim internazzjonali, l - opinjoni legali tista’ tkopri wħud mill- ġurisdizzjonijiet jew il - ġurisdizzjonijiet kollha fejn dawn ir - regolamenti huma adottati. F’dan il- każ, l - opinjoni legali għandha tal - anqas: - (a) tqis jekk ir -regolamenti j iżgurawx l - effettività u l -infurzabbiltà legali tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet kollha li fihom huma applikabbli r -regolamenti;
- (b) tidentifika b’mod ċar il - ġurisdizzjonijiet kollha li fihom huma applikabbli r -regolamenti;
- (c) tidentifika b’mod ċar il -forom k ollha ta’ kollateral li huma soġġetti għar -regolamenti.
|
|
23. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiksbu l - opinjoni jew l - opinjonijiet legali skont …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiksbu l - opinjoni jew l - opinjonijiet legali skont il - paragrafu 20 , filwaqt li jikkonfermaw li l - arranġament kollaterali, skont liema jiġi pprovdut il - kollateral fiżiku l - ieħor, huwa legalment effettiv u infurzabbli tal - anqas fil - ġurisdizzjonijiet li ġejjin: - (a) il- ġurisdizzjoni li l - liġi tagħha tirregola l - arranġament kollaterali;
- (b) jekk ikun jeżisti reġistru pubbliku għat - tip ta’ kollateral, il - ġurisdizzjoni fejn il -kollateral ikun irreġistrat; inkella, il - ġurisdizzjoni li fiha s -sid tal- kollateral ikun inkorpora t jew il-post ta’ residenza jekk is -sid tal- kollateral ikun persuna fiżika;
- (c) jekk jitqies rilevanti għal kollateral partikolari, il - ġurisdizzjonijiet li fihom l -istituzzjoni u d- debitur huma inkorporati; fi kwalunkwe każ, jekk id - debitur huwa persuna fiżika , il-ġ urisdizzjoni tal- post ta’ residenza tiegħu jew tagħha;
- (d) il- ġurisdizzjoni fejn ikun l - aktar probabbli li jitwettaq il - kollateral għandha titwettaq jekk dan ikun meħtieġ;
- (e) kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra, jekk titqies rilevanti għal kollateral partikolari.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|