+25. Il- korp maniġerjali, kif imsemmi fil -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, fir …

25. Il- korp maniġerjali, kif imsemmi fil -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, fir …

Il- korp maniġerjali, kif imsemmi fil -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, fir -rigward tal- għoti ta’ kreditu, jenħtieġ li:

  • a. japprova l - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu tal - istituzzjoni, fl - istrateġija ġenerali tar - riskju, u l - istrateġija tan - negozju, sabiex jiżgura li jkunu konformi mal - qafas tal -aptit għar - riskju (RAF), mal -ippjanar tal- kapital u mal -ippjanar tal- likwidità tal- istituzzjoni, u li jkunu konformi mal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal -kapital (ICAAP) u l - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità (ILAAP), fejn rilevanti;
  • b. jistabbilixxi l - aptit għar - riskju ta’ kreditu fi ħdan l - RAF kumplessiv, inklużi standards għall - għoti ta’ kreditu, dikjarazzjonijiet kwalitattivi, metrika u limiti kwantitattivi, u limiti massimi ta’ eskalazzjoni, mingħajr preġudizzji dwar il - prestazzjoni tan - negozju;
  • c. japprova l - qafas għall - proċess ta’ approvazzjoni tal - kreditu, inkluż, fejn rilevanti, l - istrutturi interni għall - għoti tal - kreditu u għall - monitoraġġ, u għad - definizzjoni tal - awtoritajiet delegati għat - teħid ta’ deċiżjonijiet;
  • d. jiżgura sorveljanza effettiva tal - kwalità tar - riskju ta’ kreditu, b’mod partikolari fil - punt ta’ għoti ta’ kreditu, u l - proviżjonament;
  • e. jiżgura proċessi ta’ approvazzjoni ta’ kreditu, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll adegwati, għall - finijiet ta’ ġestjoni effettiva tar - riskju ta’ kreditu;
  • f. jiżgura li l - persunal kollu involut fit - teħid ta’ riskju ta’ kreditu, u l - ġestjoni, il - monitoraġġ u l -kontroll tar- riskju ta’ kreditu, ikollu ħiliet, riżorsi u esperjenza adegwati;
  • g. jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - kultura tar - riskju, tal - valuri ewlenin u tal- aspettattivi tal - istituzzjoni rigward ir - riskju ta’ kreditu;
  • h. jiżgura li l - qafas ta’ remunerazzjoni, inkluża kwalunkwe mira ta’ prestazzjoni rilevanti, u l - qafas ta’ valutazzjoni tal - prestazzjoni għal dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu li jkunu persunal identifikat, jibqgħu allinjati mar - riskju ta’ kreditu u mal - aptit għar - riskju ta’ kreditu.

4.1.2 Kultura tar-riskju ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.