+7.3 Kriterji għall - istimaturi
---+231. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li stimatur li jwettaq il - valwazzjoni jew il …
---+232. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tariffa jew is - salarju tal - istimatur u r- …
---+233. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw il - prestazzjoni tal - istimaturi, b’mod …
---+234. Sabiex l - istituzzjonijiet jimmitigaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess b’mod suffiċjenti …
---+235. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw rotazzjoni adegwata tal - istimaturi u jiddefinixxu …
|
7.3 Kriterji għall - istimaturi
7.3 Kriterji għall - istimaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
231. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li stimatur li jwettaq il - valwazzjoni jew il …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li stimatur li jwettaq il - valwazzjoni jew il -kompiti ta’ rivalwazzjoni: - a. ikun professjonalment kompetenti u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit nazzjonali jew internazzjonali u standard professjonali aċċettat li japplikaw għall - istimatur jew għat - twettiq ta’ kompitu ta’ valwazzjoni partikolari;
- b. ikollu l - ħiliet tekniċi u l - esperjenza xierqa sabiex iwettaq l - kompitu;
- c. ikollu l - għarfien meħtieġ, jiġifieri għarfien dwar is - suġġett tal - valwazzjoni, is - suq tal - proprjetà rilevanti u l - iskop tal - valwazzjoni;
- d. ikun indipendenti mill - proċess ta’ deċiżjoni ta’ kreditu.
|
|
232. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tariffa jew is - salarju tal - istimatur u r- …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tariffa jew is - salarju tal - istimatur u r- riżultat tal - valwazzjoni ma jkunux marbuta b’mod li joħloq kunflitt ta’ interess.
|
|
233. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw il - prestazzjoni tal - istimaturi, b’mod …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw il - prestazzjoni tal - istimaturi, b’mod partikolari l - preċiżjoni tal - valwazzjonijiet ipprovduti, eż. permezz ta’ ttestjar retrospettiv fuq il - valur tal - kollateral permezz ta’ mudelli statistiċi avvanzati. Bħala parti minn valutazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iħarsu wkoll lejn il - konċentrazzjoni ta’ valwazzjonijiet imwettqa mill - istimaturi speċifiċi u t - tariffi mħallsa lilhom.
|
|
234. Sabiex l - istituzzjonijiet jimmitigaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess b’mod suffiċjenti …
|
Sabiex l - istituzzjonijiet jimmitigaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess b’mod suffiċjenti, jenħtieġ li jieħdu passi raġonevoli, eż. permezz ta’ termini kuntrattwali, sabiex jiżguraw li l - istimaturi li jkunu ser iwettqu l - valutazzjoni proprja ta’ proprjetà partikolari u l - qraba tal - ewwel grad tagħhom jissodisfaw il - kundizzjonijiet li ġejjin: - a. ma jkunux involuti fl - applikazzjoni, fil - valutazzjoni, fid - deċiżjoni jew fl - amministrazzjoni tas - self;
- b. ma jkunux iggwidati jew influwenzati mill - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju;
- c. ma jkollhomx kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali rigward il - proprjetà inkwistjoni, il- proċess ta’ valwazzjoni u r - riżultat tal - valwazzjoni;
- d. ma jkollhomx interess dirett jew indirett fil - proprjetà;
- e. ma jkunux relatati max - xerrej u lanqas mal - bejjiegħ tal - proprjetà.
|
|
235. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw rotazzjoni adegwata tal - istimaturi u jiddefinixxu …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw rotazzjoni adegwata tal - istimaturi u jiddefinixxu n - numru ta’ valwazzjonijiet individwali sekwenzjali tal - istess proprjetà li jistgħu jitwettqu mill - istess stimatur. Jenħtieġ li kwalunkwe rivalwazzjoni ulterjuri lil hinn minn dan in - numru tirriżulta fir - rotazzjoni tal - istimatur, li tirriżulta fil - ħatra ta’ stimatur intern differenti jew ta’ stimatur estern differenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|