+8.1 Dispożizzjonijiet ġenerali għall - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu
---+240. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom qafas ta’ monitoraġġ robust u effettiv, sostnut minn …
---+241. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ jippermetti lill - istituzzjonijiet jiġġestixxu u …
---+242. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …
---+243. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, fit - tfassil u fl - implimentazzjoni tal - …
---+244. Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ ikun ibbażat fuq prinċipju ta’ azzjoni ta’ segwitu li …
---+245. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkopri dawn li ġejjin: a. l- …
---+246. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ u l- infrastruttura tad - data jippermettu lill - …
---+247. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …
---+248. Bħala parti mill - monitoraġġ u mir -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
---+249. Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom …
---+250. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - metrika operazzjonali li tirrigwarda l - …

8.1 Dispożizzjonijiet ġenerali għall - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu

8.1 Dispożizzjonijiet ġenerali għall - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
240. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom qafas ta’ monitoraġġ robust u effettiv, sostnut minn …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom qafas ta’ monitoraġġ robust u effettiv, sostnut minn infrastruttura adegwata tad - data , sabiex jiżguraw li l - informazzjoni dwar l - iskoperturi għar - riskju ta’ kreditu, il - mutwatarji u l - kollateral tagħhom tkun rilevanti u aġġornata, u li r -rapportar estern ikun affidabbli, komplut, aġġornat u f’waqtu.

241. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ jippermetti lill - istituzzjonijiet jiġġestixxu u …

Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ jippermetti lill - istituzzjonijiet jiġġestixxu u jimmonitorjaw l- iskoperturi għar - riskju ta’ kreditu tagħhom f’konformità mal -apt it, mal - istrateġija, mal -politiki u mal - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom fil - livelli tal - portafoll u, fejn rilevanti u materjali, tal- iskoperturi individwali.

242. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkun iddefinit u dokumentat sew, ikun integrat fl - oqfsa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar - riskju tal - istituzzjonijiet, u jippermetti li l - iskoperturi ta’ kreditu jiġu segwiti matul iċ - ċiklu tal - ħajja kollu tagħhom.

243. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, fit - tfassil u fl - implimentazzjoni tal - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, fit - tfassil u fl - implimentazzjoni tal - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, li:

  • a. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jipprovdu l - kapaċità li tinġabar u tiġi kkompilata awtomatikament data dwar ir- riskju ta’ kreditu mingħajr dewmien żejjed u b’dipendenza baxxa fuq il - proċessi manwali;
  • b. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jippermettu l - ġenerazzjoni ta’ data granulari dwar ir - riskju li tkun kompatibbli u tintuża għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskju tal - istituzzjoni stess iżda li tista’ wkoll tissodisfa r - rekwiżiti tal - awtoritajiet kompetenti għal rapportar regolari prudenzjali u statistiku, kif ukoll għal finijiet ta’ simulazzjoni ta’ kriżi u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet;
  • c. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jiżguraw monitoraġġ effettiv tal - iskoperturi ta’ kreditu u tal - kollateral kollu, u jippermettu li jiġi segwit il - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu;
  • d. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jiżguraw li l - istituzzjonijiet iżommu serje xierqa ta’ żmien ta’ rapportar għal skoperturi kurrenti, tipi ġodda ta’ self u indikaturi ta’ twissija bikrija (EWIs) matul il - perjodu ta’ ppjanar tar - riskju ta’ kreditu tagħhom.
244. Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ ikun ibbażat fuq prinċipju ta’ azzjoni ta’ segwitu li …

Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ ikun ibbażat fuq prinċipju ta’ azzjoni ta’ segwitu li ssostni u tirriżulta f’ċirku ta’ feedback regolari u informat, sabiex jiġi informat l - issettjar/ir - rieżami tal - aptit, tal - politiki u tal -limiti tar- riskju ta’ kreditu.

245. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkopri dawn li ġejjin: a. l- …

Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkopri dawn li ġejjin:

  • a. l- imġiba tal - ħlas tal - mutwatarji, li tinkludi kull devjazzjoni mir - rekwiżiti tal - ftehimiet ta’ kreditu, inklużi pagamenti tardivi, mitlufa jew parzjali;
  • b. ir- riskju ta’ kreditu assoċjat kemm mal - mutwatarju kif ukoll mat - tranżazzjoni fir - rigward ta’:
  • i. skoperturi ta’ kreditu individwali u telf fil - każ ta’ inadempjenza, fejn applikabbli;
  • ii. mutwatarji individwali, inkluż il - valur tal - iskopertura, il - probabilità tal - inadempjenza (PD) u l - klassifikazzjoni tal - kreditu tagħhom, fejn applikabbli;
  • iii. grupp ta’ klijenti relatati;
  • iv. portafoll;
  • c. riskju ta’ kreditu għal kull post ġeografiku u settur ekonomiku ta’ skopertura aħħarija, meta applikabbli;
  • d. indebolimenti, treġġigħ lura ta’ indebolimenti, tħassir u deċiżjonijiet oħra rigward aġġustamenti tal - valur għal skopertura ta’ kreditu.
246. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ u l- infrastruttura tad - data jippermettu lill - …

Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ u l- infrastruttura tad - data jippermettu lill - istituzzjonijiet isegwu l - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, inklużi l - monitoraġġ u r -rapportar tad-deċiżjonijiet kollha ta’ kreditu, l - eċċezzjonijiet mill - politiki ta’ kreditu, u l - eskalazzjonijiet għal - livelli ogħla ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu. Għal dan l - għan, fi ħdan il - qafas ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw l - implimentazzjoni u l - applikazzjoni tal - indikaturi ta’ riskju ewlenin rilevanti li huma speċifiċi għat - tip ta’ assi jew għal - livell tal - portafoll, sabiex jiddeterminaw il - profil tar - riskju ta’ kreditu li dejjem jevolvi tal - portafolli u tal - istituzzjoni.

247. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu u l - infrastruttura tad - data jippermettu wkoll li jkun hemm viżwalizzazzjoni ta’ klijent uniku.

248. Bħala parti mill - monitoraġġ u mir -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …

Bħala parti mill - monitoraġġ u mir -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jidentifikaw il - motivaturi rilevanti tar - riskju ta’ kreditu aggregat tagħhom kif ukoll tar - riskju ta’ kreditu fil - portafolli u fis - subportafolli tagħhom, filwaqt li jqisu l - fatturi makroekonomiċi (inklużi dawk demografiċi) u l - fatt li l - motivaturi tar - riskju ta’ kreditu jistgħu jinbidlu maż - żmien. Jenħtieġ li l - motivaturi tar -r iskju ta’ kreditu jitkejlu, jiġu analizzati u monitorjati, u jenħtieġ li l - funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu tirrapporta b’mod regolari l - eżitu tal - analiżi lill -korp maniġerjali.

249. Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom …

Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji u prattiki xierqa, li jippermettu l - aggregazzjoni tal - iskoperturi tar - riskju ta’ kreditu f’linji operatorji, f’portafolli, f’subportafolli, fi prodotti, f’industriji u f’segmenti ġeografiċi, u jappoġġaw l - identifikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - data tar- riskju ta’ kreditu u l - infrastruttura tad - data jissodisfaw ir - rekwiżiti li ġejjin:

  • a. il- fond u l - firxa sabiex ikopru l - fatturi ta’ riskju sinifikanti kollha — da n jenħtieġ li jippermetti, fost l - oħrajn, li l - iskoperturi jiġu raggruppati flimkien f’termini ta’ karatteristiċi kondiviżi tar - riskju ta’ kreditu, bħas - settur istituzzjonali li għalih jappartjeni l - mutwatarju, l - iskop tat - tranżazzjoni u l - post ġeografiku tal-mutwatarju/kollateral, sabiex tkun tista’ ssir analiżi aggregata li tippermetti l - identifikazzjoni tal - iskopertura tal - entità għal dawn il - fatturi ta’ riskju sinifikanti;
  • b. il- preċiżjoni, l - integrità, l - affidabbiltà u l - puntwalità tad - data ;
  • c. il- konsistenza, li tkun ibbażata fuq sorsi komuni ta’ informazzjoni u fuq definizzjonijiet uniformi tal - kunċetti użati għall - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u, fejn possibbli, għall - kontabbiltà;
  • d. it- traċċabilità, b’tali mod li s - sors tal - informazzjoni jkun jista’ jiġi identifikat.
250. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - metrika operazzjonali li tirrigwarda l - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - metrika operazzjonali li tirrigwarda l - governanza tar - riskju ta’ kreditu tkun xierqa għall - profil ta’ kreditu tagħhom u tkun applikata b’mod proporzjonat. Dan jinkludi kwalunkwe tibdil f id- definizzjonijiet tal - metrika ta’ self sottostanti, tibdiliet materjali fi skali jew f’sistemi ta’ klassifikazzjoni jew f’politiki/oqfsa tar - riskju ta’ kreditu li jgħinu jiddefinixxu/ikejlu r - riskju ta’ kreditu, u jbiddlu/jimmodifikaw it - termini tal -prodott sabiex jiġu evitati ksur ta’ politika jew eċċezzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.