+Definizzjonijiet
---+9. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE …

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
9. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE jew fir-Regolament (UE) 575/20133 għandhom l -istess tifsira fil- linji gwida. Barra minn hekk, għall - finijiet ta’ dawn il-linji gwida, japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:

“Proprjetà immobbli k ummerċjali” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li mhijiex proprjetà residenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) 575/2013.

“Kreditu għall - konsum” tfisser kreditu għall -konsum kif definit fil-kategorija 2 tal-Parti 2 tal-Anness 2 għar -Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal- Bank Ċentrali Ewropew4 . “Dimensjoni ta’ skopertura” tfisser karatteristika speċifika ta’ skopertura.

“Element ta’ dimensjoni ta’ skopertura” tfisser subdiviżjoni ta’ dimensjoni ta’ skopertura.

“Korporazzjoni finanzjarja” tfisser korporazzjoni finanzjarja kif definita fil-paragrafu 2.55 tal-Anness A għar -Regolament (UE) Nru 549/20135 .

“Self FX” tfisser self FX kif definit fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- proċeduri u l - metodoloġiji komuni għall - proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) u l -ittestjar tal-istress superviżorju6 .

“Gvern ġenerali” tfisser gvern ġenerali kif definit fil -paragrafu 2.111 tal-Anness A għar - Regolament (UE) Nru 549/2013.

“Unità istituzzjonali” tfisser unità istituzzjonali kif definita fil-paragrafu 1.57 tal-Anness A għar - Regolament (UE) Nru 549/2013.

“Persuna ġuridika” tfisser entità ġuridika kif definita fil -punt (5) tar-Regolament (UE) 2016/867 tal- Bank Ċentrali Ewropew7 .

“Persuna fiżika” tfisser unità domestika kif definit f il-paragrafu 2.118 tal-Anness A għar - Regolament (UE) Nru 549/2013.

“Korporazzjoni mhux finanzjarja” tfisser korporazzjoni mhux finanzjarja kif definita fil - paragrafu 2.45 tal-Anness A għar -Regolament (UE) Nru 549/2013.

“Improduttiva” tfisser il -kategorizza zzjoni ta’ skopertura bħala improduttiva skont il - paragrafi 213-219 tal-Parti 2 tal-Anness V għar -Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/20148 .

“Awtorità rilevanti” tfisser l -awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata, kif applikabbli, imsemmija fl-Artikolu 133(3) tad- Direttiva 2013/36/UE.

“Proprjetà residenzjali” tfisser proprjetà residenzjali kif definita fil-punt (75) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

“Skoperturi fil- livell tal - konsumatur” tfisser skoperturi li huma eliġibbli għall -klassi ta’ skoperturi fil- livell tal -konsumatur skont l-Artikolu 123 tar-Regolament 575/2013. “Skoperturi settorjali” tfisser il-kategoriji tal-iskoperturi identifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 133(5)(b) tad- Direttiva 2013/36/UE.

“Proporzjon tad-dejn totali mal-EBITDA” tfisser il-proporzjon tad-dejn totali mal-EBITDA kif definit fit-Taqsima 3 tal-Gwida tal- BĊE dwar it - tranżazzjonijiet ingranati (Mejju 2017).

“Skopertura mhux garantita” tfisser skopertura li mhijiex iggarantita b’rahan, ipoteka jew garanzija oħra li għandha tintuża f’każ li d - debitur jonqos milli jagħmel il -pagament.


3 Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali għall -istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal- investiment u li jemenda r -Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

4 Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal- Bank Ċentrali Ewropew tal -24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal- bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji mone tarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

5 Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl - Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

6 EBA/GL/2014/13, kif emendat.

7 Regolament (UE) 2016/867 tal- Bank Ċentrali Ewropew tat -18 ta’ Mejju 2016 dwar il- ġbir ta’ mikrodata dwar il -kreditu u r-riskju tal- kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).

8 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir -rigward tar- rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir -Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.