+2.1 Ir-responsabbiltajiet, id-disinn, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni
---+28. Il- korp maniġerja li fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni …

2.1 Ir-responsabbiltajiet, id-disinn, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni

2.1 Ir-responsabbiltajiet, id-disinn, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
28. Il- korp maniġerja li fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni …

Il- korp maniġerja li12 fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni superviżorja’’) għandu jkun responsabbli għall - adozzjoni u ż - żamma tal -politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni, u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni tagħha sabiex ikun żgurat li qiegħda topera bis - sħiħ kif suppost. Il - funzjoni superviżorja għandha tapprova wkoll kwalunkwe eżenzjoni materjali sussegwenti magħmula għall -membri tal-persunal individwali u bidla fil-politika ta’ remunerazzjoni u tqis u tissorvelja l - effetti tagħhom bir -r eqqa. Kwalunkwe eżenzjoni m’għandhiex tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet tal - ġeneru jew aspetti oħra li jistgħu jkunu diskriminatorji, għandha tkun raġunata sew u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni skont il- liġi nazzjonali.

30.Il-funzjoni superv iżorja għandu jkollha għarfien xieraq, ħiliet u esperjenza b’mod kollettiv fir - rigward tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni kif ukoll dwar l- inċentivi u r - riskji li jistgħu jirriżultaw minnhom. Dan għandu jinkludi għarfien, ħiliet u esperjenza fir -rigward tal-mekkaniżmi għall -allinjament tal-istruttura ta’ remunerazzjoni mal-profili tar-riskju u l-istruttura tal-kapital tal-istituzzjonijiet.

31.Il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l -politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tal-istituzzjoni huma implimentati b’mod xieraq u huma allinjati mal - qafas ta’ governanza korporattiva ġenerali, mal -kultura korporattiva u tar-riskju, mal-aptit tar-riskju u mal- proċessi ta’ governanza relatati tal-istituzzjoni.

32.Kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-politika ta’ remunerazzjoni u remunerazzjoni mogħtija għandhom jiġu identifikati u mitigati b’mod xieraq, inkluż billi jiġu stabbiliti kriterji tal - għoti oġġettivi bbażati fuq sistema ta’ rapportar interna, kontrolli xierqa u l - prinċipju ta’ erba’ għajnejn aħjar mi nn tnejn. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tiżgura li ma jinqala’ l -ebda kunflitt ta’ interess materjali għall - persunal, inkluż għal persunal fil -funzjonijiet ta’ kontroll.

33.Il-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u l- proċeduri biex jiġu stabbiliti għandhom ikunu ċari, dokumentati kif xieraq u trasparenti. Għandha tinżamm dokumentazzjoni xierqa dwar il - proċess ta’ teħid tad - deċiżjonijiet (eż. il - minuti ta’ laqgħat rilevanti, rapporti rilevanti, u dokumenti rilevanti oħrajn) u r - raġunament wara l -politika ta’ remunerazzjoni.

34.Il- funzjonijiet superviżorji u ta’ mmaniġġjar u, fejn stabbilit, il -kumitati ta’ remunerazzjoni u ta’ riskju għandhom jaħdmu flimkien mill - qrib u jiżguraw li l - politika ta’ remunerazzjoni hija konsistenti ma’ u tippromwovi mmaniġġ jar tar- riskji tajjeb u effikaċi.

35.Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tipprovdi għal qafas effettiv għall -kejl tal-prestazzjoni, aġġustament għar -riskju u l-konnessjonijiet tal- prestazzjoni li għandha tiġi premjata.

36.Il-funzjonijiet ta’ riskju u ta’ kon formità għandhom jipprovdu input effettiv f’konformità mar - rwoli tagħhom fl -issettjar ta’ aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, kriterji tal- prestazzjoni u għotjiet tar-remunerazzjoni meta dawk il- funzjonijiet ikunu mħassbin dwar l - impatt fuq l - imġiba tal - persunal u r-riskju tan- negozju mwettaq.

37.Il- funzjoni superviżorja għandha tistabbilixxi u tissorvelja r -remunerazzjoni tal-membri tal-funzjoni maniġerjali u, jekk ma jkunx ġie stabbilit il -kumitat tar-remunerazzjoni msemmi fit-Taqsima 2.4, tissorvelja direttament ir-remunerazzjoni tal- uffiċjali għolja fil -funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti, inklużi l - funzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar -riskju u verifika tal-konformità.

38.Il- funzjoni superviżorja għandha tqis l -input ipprovdut mill-funzjonijiet u l-korpi korporattivi kompetenti kollha (eż. kumitati, funzjonijiet ta’ kontroll13 , riżorsi umani, legali, ippjanar strateġiku, funzjoni tal - baġit, eċċ.) u mill -unitajiet tan-negozju dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni.

39.Il-funzjoni tar- riżorsi umani għandha tieħu sehem fi u tinforma dwar it -tfassil u l-evalwazzjoni tal- politika ta’ remunerazzjoni għall - istituzzjoni, inklużi l -istruttura tar-remunerazzjoni, l-aspett tan-newtralità tal- ġeneru, il -livelli tar-remunerazzjoni u l- iskemi ta’ inċentivi, b’mod li mhux biss tattira u żżomm il -persunal li l- istituzzjoni għandha bżonn imma li tiżgura wkoll li l -politika tar-remunerazzjoni hija allinjata mal -profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

40.Il-funzjoni tal-immani ġġ jar tar- riskju għandha tgħin u tinforma dwar id - definizzjoni ta’ miżuri tal - prestazzjoni aġġustata għar - riskji (inkluż l - aġġustamenti ex post ), kif ukoll fil-valutazzjoni ta’ kif l-istruttura tar-remunerazzjoni varjabbli taffettwa l-profil tar-riskju u l-kultura tal-istituzzjoni. Il-funzjoni tal- immaniġġjar tar - riskju għandha tivvalida u tevalwa d - data ta’ aġġustament għar - riskju kif ukoll tkun mistiedna tattendi l- laqgħat tal -kumitat tar-remunerazzjoni dwar din il-kwistjoni.

41.Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tanalizza kif il -politika ta’ remunerazzjoni taffettwa l-konformità tal-istituzzjoni mal- leġiżlazzjoni, mar -regolamenti, mal-politiki interni u mal-kultura tar- riskju u għandha tirraporta r -riskji ta’ konformità identifikati u l-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità kollha lill - korp maniġerjali, kemm fil - funzjonijiet maniġerjali u kif ukoll fil - funzjonijiet superviżorji tiegħu. Is -sejbiet tal-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandhom jitqiesu mill - funzjoni superviżorja matul l -apporvazzjoni, il- proċeduri ta’ rieżami u s -sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni.

42.L- uffiċċju tal - awditjar intern għandu jwettaq rieżami indipendenti tad -disinn, l-implimentazzjoni u l-effetti tal-politiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni dwar il-profil tar- riskju tagħha u dwar il - mod ta’ kif dawn l- effetti huma mmaniġġjati f’konformità mal -linji gwida pprovduti fit-Taqsima 2.5.

43.F’kuntest ta’ grupp, il-funzjonijiet kompetenti fl-istituzzjoni konsolidanti u s-sussidjarji għandhom jinteraġixxu u jiskambja w l- informazzjoni kif xieraq.


12 F’pa jjiżi Ewropej differenti jistgħu jiġu osservati strutturi tal - korpi maniġerjali differenti. F’ċerti pajjiżi hija komuni struttura unitarja, jiġifieri l - funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal - bord jiġu eżerċitati minn korp wieħed biss. F’pajjiżi oħrajn hija komuni struttura doppja, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall - funzjoni maniġerjali u l - ieħor għas - superviżjoni tal - funzjoni maniġerjali.

13 Il-funzjoni tal-kontroll indipendenti tinvolvi unitajiet organizzazzjonali, indipendenti mill-funzjonijiet tan-negozju u korporattivi li huma responsabbli għall -kontroll u l- monitoraġġ tal -operazzjonijiet u r- riskji li jirriżultaw minn dawk l - operazzjonijiet, li jiżguraw konformità mal - liġijiet, ir -regoli u r- regolamenti kollha applikabbli u jagħtu pariri lill - funzjonijiet maniġerjali fuq il - kwistjonijiet li jaqgħu taħt l - oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom. Normalment il - funzjonijiet tal- kontroll indipendenti jinvolvu funzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar -riskji, ta’ verifika tal-konformità u tal-awditjar intern. Dettalji ulterjuri dwar il-funzjonijiet tal- kontroll jistgħu jinkisbu mil -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna (GL44), il-punti 26 sa 29.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.