+2.4.3 Linji tal- proċess u ta’ rapportar
|
2.4.3 Linji tal- proċess u ta’ rapportar
59.Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu: - a. ikollu aċċess għad - data u għall - informazzjoni kollha li jikkonċernaw il - proċess tat - teħid ta’ deċiżjonijiet tal - funzjoni superviżorja dwar id -disinn u l-implimentazzjoni, is-sorveljanza u r- riemażi tal -prattiki u l-politiki ta’ remunerazzjoni;
- b. ikollu riżorsi finanzjarji adegwati u aċċess bla xkiel għall -informazzjoni u d- data kollha minn funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti, inkluż l - immaniġġjar tar -riskju;
- c. jiżgura l - involviment xieraq tal - kontroll indipendenti u ta’ funzjonijiet rilevanti oħrajn (eż. ir- riżorsi umani, l - ippjanar legali u strateġiku) fl - oqsma ta’ kompetenza rispettivi u fejn ikun meħtieġ ifittex pariri esterni.
60.Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu jikkollabora ma’ kumitati t al- funzjoni superviżorja oħrajn li l- attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt fuq it -tfassil u l- funzjonament xieraq tal -politiki u l- prattiki ta’ remunerazzjoni (eż. kumitati tar -riskju, tal-awditjar u tan-nominazzjoni); u jipprovdi informazzjoni adegwata lill- funzjoni superviżorja, u, fejn xieraq, lil - laqgħa tal -azzjonisti dwar l-attivitajiet imwettqa. 61. Meta jiġi stabbilit, il -kumitat tar- riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall -kompiti tal-kumitat tar- remunerazzjoni, jeżamina jekk l - inċentivi pprovdut i mill-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni qisux ir -riskju, il-kapital, il-likwidità u l-probabilità u t- twaqqit tal - qligħ tal - istituzzjoni. 62.Membru tal-kumitat tar- riskju għandu jieħu sehem, fejn rilevanti, fil - laqgħat tal -kumitat tar-remunerazzjoni, meta ż - żewġ kumitati jkunu stabbiliti, u viċi versa.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|