+15.5 Il-porzjon minimu ta’ strumenti u d- distribuzzjoni tagħhom matul iż - żmien
|
15.5 Il-porzjon minimu ta’ strumenti u d- distribuzzjoni tagħhom matul iż - żmien
282.Fejn japplika, ir- rekwiżt li jitħallas, skont l -Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE, f’minimu 50 % ta’ kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli fi strumenti, għandu jiġi applikat b’mod ugwali għall - parti differita u mhux differita u ż - żewġ partijiet għandhom jikkonsistu f’bilanċ ta’ strumenti f’konformità mal-linji gwida fit- Taqsima 15.4. 283.L- istituzzjonijiet għandhom jagħtu prijorità lill - użu tal - istrumenti minflok ma jagħtu r - remunerazzjoni varjabbli fi flus. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l - perċentwal li għandu jingħata f’bilanċ ta’ strumenti għal 50 % jew ogħla b’mod separat għall - partijiet differiti u mhux differiti tar-remunerazzjoni varjabbli. Meta l- istituzzjonijiet jagħtu porzjon ogħla minn 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli fi strumenti, għandhom jagħtu prijorità lil sehem ogħla ta’ strumenti fil-porzjon differit tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni 284.Il-proporzjon tar- remunerazzjoni varjabbli li jitħallas fi strumenti għandu jiġi kalkolat bħala l - kwozjent bejn l-ammont tar- remunerazzjoni varjabbli mogħti fi strumenti u s -somma tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija fi flus, fi strumenti u f’benifiċċji oħrajn. L - ammonti kollha għandhom jiġu vvalutati fil -punt tal- għotja sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dawn il -linji gwida.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|