+Kamp ta’ applikazzjoni
---+6. Dawn il-linji gwida japplikaw fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza tal …
---+7. Il- linji gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …
---+8. It- termini “korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp ta’ ġestjoni fil …
---+9. Fi Stati Membri fejn il- korp ta’ ġestjoni jiddelega, b’mod parzjali jew kompletament, il - …
---+10. Fi Stati Membri fejn ċerti responsabbiltajiet jiġu eżerċitati direttament minn azzjonisti …
---+11. Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ uffiċjal kap finanzjarju (CFO) u ta’ detentur ta’ funzjoni …
---+12. L-istituzzjoni jiet għandhom jikkonformaw u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l …

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
6. Dawn il-linji gwida japplikaw fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza tal …

Dawn il-linji gwida japplikaw fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza tal -istituzzjonijiet, inkluż l - istruttura organizzazzjonali tagħhom u l -linji ta’ responsabbiltà korrispondenti, il-proċessi għall - identifikazzjoni, għall - ġestjoni, għall - monitoraġġ u għar -rapportar tar-riskji kollha3 li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom , u l- qafas ta’ kontroll intern.


3 Kwalunkwe referenza għar -riskji f’dawn il- linji gwida għandha tinkludi riskji ta’ ħasil tal -flus u ta’ finanzjament tat-terrori żmu.

7. Il- linji gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …

Il- linji gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux struttura partikolari. Il- linji gwida ma jinterferixxux mal - allokazzjoni ġenerali tal -kompetenzi skont id- dritt soċjetarju nazzjonali. Għaldaqstant, għandhom jiġu applikati irrispettivament mill-istruttura tal- bord użata (struttura unitarja u/jew ta’ bord fuq żewġ binarji u/jew struttura oħra) fost l - Istati Membri kollha. Il - korp ta’ ġestjoni, kif definit fil -Punti (7) u (8) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, għandu jinftiehem bħala li għandu funzjonijiet maniġerjali (eżekuttivi) u superviżorji (mhux eżekuttivi)4 .


4 Ara wkoll il-premessa 56 tad-Direttiva 2013/36/UE.

8. It- termini “korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp ta’ ġestjoni fil …

It- termini “korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni superviżorja tiegħu” jintużaw matul dawn il - linji gwida mingħajr ma jirreferu għal xi struttura speċifika ta’ governanza u r - referenzi għall - funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) jew superviżorja (mhux eżekuttiva) għandhom jitqiesu li japplikaw għall - korpi jew għall -membri tal-korp ta’ ġestjoni responsabbli minn dik il -funzjoni skont il- liġi nazzjonali. Meta jimplimentaw dawn il - linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu d - dritt soċjetarju nazzjonali tagħhom u, fejn meħtieġ, jispeċifikaw għal liema korp jew membri ta l- korp ta’ ġestjoni għandhom japplikaw dawk il-funzjonijiet.

9. Fi Stati Membri fejn il- korp ta’ ġestjoni jiddelega, b’mod parzjali jew kompletament, il - …

Fi Stati Membri fejn il- korp ta’ ġestjoni jiddelega, b’mod parzjali jew kompletament, il - funzjonijiet eżekuttivi lil persuna jew lil korp eżekuttiv intern (eż. uffiċjal kap eżekuttiv (CEO), tim ta’ ġestjoni jew kumitat eżekuttiv), il - persuni li jwettqu dawk il - funzjonijiet eżekuttivi abbażi ta’ dik id- delega għandhom jinftiehmu bħala li jikkostitwixxu l - funzjoni maniġerjali tal -korp ta’ ġestjoni. Għall -finijiet ta’ dawn il-linji gwida, kwalun kwe referenza għall - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandha tinftiehem li tinkludi wkoll il -membri tal- korp eżekuttiv jew is- CEO, kif definit f’dawn il - linji gwida, anke jekk ma jkunux ġew proposti jew maħtura bħala membri formali tal-korp jew tal-korpi governattiv/i tal-istituzzjoni skont il- liġi nazzjonali.

10. Fi Stati Membri fejn ċerti responsabbiltajiet jiġu eżerċitati direttament minn azzjonisti …

Fi Stati Membri fejn ċerti responsabbiltajiet jiġu eżerċitati direttament minn azzjonisti, membri jew sidien tal-istituzzjoni minflok mill- korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li, kemm jista’ jkun, dawn ir-responsabbiltajiet u d- deċiżjonijiet relatati jkunu konformi mal -linji gwida applikabbli għall - korp ta’ ġestjoni.

11. Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ uffiċjal kap finanzjarju (CFO) u ta’ detentur ta’ funzjoni …

Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ uffiċjal kap finanzjarju (CFO) u ta’ detentur ta’ funzjoni ewlenija użati f’dawn il - linji gwida huma purament funzjonali u mhumiex maħsuba biex jimponu l - ħatra ta’ dawk l- uffiċjali jew il - ħolqien ta’ dawn il - pożizzjonijiet sakemm ma jkunx preskritt bil - liġi nazzjonali jew bid-dritt tal-UE rilevanti.

12. L-istituzzjoni jiet għandhom jikkonformaw u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l …

L-istituzzjoni jiet għandhom jikkonformaw u l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet jikkonformaw ma’ dawn il- linji gwida fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata, skont il-livell ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 109 tad-Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.