+24. Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment …

24. Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment …

Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni ta’:

  • a. l- istrateġija kummerċjali ġ enerali u l-politiki ewlenin tal- istituzzjoni fi ħdan il - qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l -interessi finanzjarji fit-tul u s-solvenza tal-istituzzjoni;
  • b. l- istrateġija tar - riskju ġenerali, il - predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni u l- qafas tal- ġestjoni tar - riskju tagħha u l - miżuri biex jiġi żgurat li l - korp ta’ ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għal kwistjonijiet ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar -riskju;
  • c. qafas adegwat u effettiv ta’ governanza interna u ta’ kontroll intern, ki f definit fit-Titolu V, li:
i.jinkludi struttura organizzazzjonali ċara kif ukoll funzjonijiet indipendenti u li jaħdmu tajjeb ta’ ġestjoni tar -riskju, ta’ konformità u ta’ awditjar interni b’biżżejjed awtorità, statura u riżorsi sabiex iwettqu l -funzjonijie t tagħhom;
ii.jiżgura l -konformità mar- rekwiżiti regolatorji applikabbli fil -kuntest tal-prevenzjoni tal- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu;
  • d. l-ammonti, it-tipi u t- tqassim kemm tal -kapital intern kif ukoll tal-kapital regolatorju sabiex jiġu koper ti b’mod adegwat ir-riskji tal-istituzzjoni;
  • e. miri għall - ġestjoni tal -likwidità tal-istituzzjoni;
  • f. politika ta’ remunerazzjoni li hija konformi mal - prinċipji ta’ remunerazzjoni stabbiliti fl - Artikoli 92 sa 95 tad-Direttiva 2013/36/UE u fil-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE7 ;
  • g. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l -valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal-idoneità tal- korp ta’ ġestjoni jsiru b’mod effettiv, li l -ippjanar dwar il- kompożizzjoni u s- suċċessjoni tal - korp ta’ ġestjoni huma xierqa, u li l - korp ta’ ġestjoni jaqdi l -funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv8 ;
  • h. proċess ta’ għażla u ta’ valutazzjoni tal - idoneità għal detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin9 ;
  • i. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat il -funzjonament intern ta’ kull kumitat tal-korp ta’ ġestjoni, meta jkunu stabbiliti, li jagħtu dettalji dwar:
i.ir-rwol, il- kompożizzjoni u l - kompiti ta’ kull wieħed minnhom;
ii.il- fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluż id -dokumentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal- konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l- korp ta’ ġestjoni, l - awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra;
  • j. il-kultura tar-riskju f’konformità mat- Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida, li tindirizza s-sensibilizzazzjoni tal-istituzzjoni dwar ir-riskji u l- imġiba ta’ teħid tar -riskji;
  • k. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat- Taqsima 10, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
  • l. politika dwar il-kunfl itt ta’ interess fuq livell istituzzjonali f’konformità mat - Taqsima 11 u għall -persunal f’konformità mat- Taqsima 12; u
  • m. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l -integrità tas- sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l-konformità mal- liġi u ma’ standards rilevanti.

7 Linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni

8 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

9 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.