+25. Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
---+195. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li huma …
---+196. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu r - riżultati tal -valutazzjoni tal-adegwatezza …
---+197. L- awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talbiet għandhom, fejn ikun possibbli, jipprovdu …
---+198. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - informazzjoni mogħtija fil - bażijiet tad - data …
---+199. Fejn ikun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll informazzjoni mingħand …
---+200. Fejn awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni dwar l - idoneità ta’ persuna li tvarja minn …
---+201. Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li membru tal - korp ta’ ġestjoni jew kap tal -funzjoni …
---+202. Meta titlob l- informazzjoni, l - awtorità kompetenti li tagħmel it - talba għandha tipprovdi …
|
25. Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
25. Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
195. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li huma …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li huma għandhom dwar membru tal - korp ta’ ġestjoni jew titolari ta’ funzjonijiet ewlenin għall - prestazzjoni ta’ valutazzjoni tal - idoneità filwaqt li jirrispettaw il - leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad- data . L- informazzjoni għandha tinkludi wkoll ġustifikazzjoni għad - deċiżjoni li ttieħdet fir -rigward tal-idoneità tal- persuna. Għal dan il - għan, sakemm il - liġi nazzjonali ma tippermettix dan mingħajr ma teħtieġ kunsens, l- awtorità kompetenti rikjedenti għandha tikseb kunsens mill -membri tal- korp ta’ ġestjoni jew mit - titolari ta’ funzjonijiet ewlenin: - a. biex titlob minn kwalunkwe awtorità kompetenti informazzjoni li tirrigwardahom li hija meħtieġa għall -valutazzjoni tal-idon eità;
- b. biex tipproċessa u tuża l - informazzjoni mogħtija għall -valutazzjoni tal- idoneità, jekk tali kunsens huwa meħtieġ mil - leġiżlazzjoni applikabbli dwar il -protezzjoni tad- data .
|
|
196. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu r - riżultati tal -valutazzjoni tal-adegwatezza …
|
L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu r - riżultati tal -valutazzjoni tal-adegwatezza mwettqa minn awtoritajiet kompetenti oħra jew informazzjoni rilevanti oħra għall -fini tal-valutazzjoni tal-adegwatezza dwar il-membri tal- korp ta’ ġestjoni jew titolari ta ’ funzjonijiet ewlenin u jitolbu l- informazzjoni meħtieġa minn awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jagħmlu dan. Fejn ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkuntattjaw lis - superviżur tal - AML/CFT fl - Istat Membru rilevanti biex jiksbu informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jivvalutaw l- integrità, l - onestà, ir -reputazzjoni tajba u l-adegwatezza tal- korp ta’ ġestjoni jew tat- titolari ta’ funzjonijiet ewlenin ta’ istituzzjoni. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn jiżdied ir- riskju tal - ML/TF assoċ jat mal- istituzzjoni jew il - membru, l -awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll, fejn xieraq, ifittxu informazzjoni minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l -Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja u l- aġenziji tal -infurzar tal- liġi, biex jinfurmaw il-valutazzjoni tal- adegwatezza tagħhom.26
26 Ara wkoll: Il - linji gwida konġunti dwar il -kooperazzjoni u l- iskambju ta’ informazzjoni għall -finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 bejn l - awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji disponibbli skont https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-countering-financing- terrorism
|
|
197. L- awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talbiet għandhom, fejn ikun possibbli, jipprovdu …
|
L- awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talbiet għandhom, fejn ikun possibbli, jipprovdu informazzjoni disponibbli rilevanti dwar l -idoneità tal-individwi mill- aktar fis possibbli sabiex l-awtorità kompetenti rikjedenti tkun tista’ tikkonforma maż - żmien għall - valutazzjoni stabbilit fil-paragrafu 179. L - informazzjoni pprovduta għandha tinkludi r - riżultat tal -valutazzjoni tal-adegwatezza, kwalunkwe nuqqas identifikat, miżuri meħuda biex tiġi żgurata l -adegwatezz a, ir- responsabbiltajiet tal - pożizzjoni li għaliha ġiet ivvalutata l - persuna u informazzjoni bażika dwar id- daqs, in - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - istituzzjoni rilevanti, jew informazzjoni rilevanti oħra għall -valutazzjoni tal-adegwatezza.
|
|
198. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - informazzjoni mogħtija fil - bażijiet tad - data …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - informazzjoni mogħtija fil - bażijiet tad - data tal-EBA u l- ESMA dwar il - penali amministrattivi skont l -Artikolu 69 tad -Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/65/UE bħala parti mill -valutazzjoni tal- idoneità tagħhom, billi jidentifikaw kwalunkwe penali fl- aħħar għaxar snin kontra l - istituzzjonijiet fejn il - persuna vvalutata kienet membru tal- korp ta’ ġestjoni tagħhom jew titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u billi jqisu s - severità tal - kawża sottostanti u r- responsabbiltà tal - persuna vvalutata.
|
|
199. Fejn ikun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll informazzjoni mingħand …
|
Fejn ikun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll informazzjoni mingħand awtoritajiet kompetenti oħrajn dwar l - individwu vvalutat f’każijiet meta l - persuna ma tkunx ġiet ivvalutata minn awtorità kompetenti oħra, iżda meta l -awtorità kompetenti l- oħra jaf tkun f’pożizzjoni li tipprovdi informazzjoni addizzjonali, pereżempju dwar reġistrazzjonijiet rifjutati jew il-kondotta. L- awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talbiet, għandhom jipprovdu inf ormazzjoni disponibbli rilevanti dwar l -idoneità tal- persuni. Fejn l - informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din tista’ tiġi żvelata biss bil - qbil espress tal -awtoritajiet li jkunu pprovdew l- informazzjoni u, għall - finijiet biss li dawn l -awtoritajiet ikunu qablu dwarhom.
|
|
200. Fejn awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni dwar l - idoneità ta’ persuna li tvarja minn …
|
Fejn awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni dwar l - idoneità ta’ persuna li tvarja minn kwalunkwe valutazzjoni preċedenti magħmula minn awtorità kompetenti oħra, l -awtorità kompetenti li tagħmel l -valutazzjoni l- aktar riċenti għandha ti nforma lill-awtoritajiet kompetenti l- oħrajn bir - riżultati tal - valutazzjoni tagħha.
|
|
201. Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li membru tal - korp ta’ ġestjoni jew kap tal -funzjoni …
|
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li membru tal - korp ta’ ġestjoni jew kap tal -funzjoni ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn ma jkunux parti mill - korp ta’ ġestjoni, kif imse mmi fil-paragrafu 172, ma jkunx xieraq abbażi ta’ fatti rilevanti fil - kuntest tar - riskji jew l -avvenimenti tal- ML/TF, l - awtorità kompetenti għandha, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, tikkondividi s - sejbiet u d - deċiżjonijiet tagħhom mas - superviżur kompetenti tal- AML/CFT.
|
|
202. Meta titlob l- informazzjoni, l - awtorità kompetenti li tagħmel it - talba għandha tipprovdi …
|
Meta titlob l- informazzjoni, l - awtorità kompetenti li tagħmel it - talba għandha tipprovdi l - isem tal - individwu li jkun qiegħed jiġi vvalutat flimkien mad -data tat- twelid tiegħu jew l - isem tal- istituzzjoni u l - pożizzjoni li għaliha l - individwu diġà ġie vvalutat, sabiex jiġi żgurat li d - data tingħata għall - persuna korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|