+2. Il-valutazzjoni tal-idoneità mill-istituzzjoni

2. Il-valutazzjoni tal-idoneità mill-istituzzjoni

2.1 Għandhom jingħataw id - dettalji li ġejjin:

  • a. id-dettalji tar- riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni ta l-adegwatezza tal-individwu mwettqa mill - istituzzjoni, bħall -minuti rilevanti tal-bord jew ir-rapport/id-dokumenti tal-valutazzjoni tal-adegwatezza li jinkludu r- raġunament għar - riżultat tal- valutazzjoni li tkun saret;
  • b. jekk l- istituzzjoni hijiex sinifikant i kif definit fil- Linji Gwida; u
  • c. l- persuna ta’ kuntatt fi ħdan l - istituzzjoni.

3. Għarfien, ħiliet u esperjenza

3.1 Curriculum vitae li jkun fih dettalji tal -edukazzjoni u l- esperjenza professjonali (inklużi l - esperjenza professjonali, il -kwalifiki akkademiċi u taħriġ rilevanti ieħor), inklużi l - isem u n - natura tal- organizzazzjonijiet kollha li ħadem għalihom l -individwu u n-natura u t-terminu tal- funzjonijiet imwettqa, b’enfasi partikolari fuq kwalunkwe attività fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- pożizzjoni mixtieqa (esperjenza bankarja u/jew maniġerjali);

3.2 L- informazzjoni li għandha tingħata għandha tinkludi dikjarazzjoni mill - istituzzjoni dwar jekk l- individwu ġiex ivvalutat li għandu l - esperjenza meħtieġa kif imsemmi f’dawn il -Linji Gwida u, jekk le, d ettalji tal- pjan ta’ taħriġ impost, inklużi l - kontenut, il -fornitur u d-data sa meta l - pjan ta’ taħriġ se jitlesta.

4. Reputazzjoni, onestà, integrità

4.1 Rekords kriminali u informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, kawżi ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinari (inkluż l-iskwalifika minn direttur ta’ kumpanija, falliment, insolvenza u proċeduri simili) speċjalment permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jew kwalunkwe sors ta’ informazzjoni affidabbli dwar in- nuqqas ta’ kundanna, investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali (pereżempju investigazzjonijiet minn parti terza, xhieda ta’ xi avukat jew nutar stabbil it fl- UE).

4.2 Dikjarazzjoni dwar jekk hemmx proċedimenti kriminali pendenti jew jekk il - persuna jew kwalunkwe organizzazzjoni mmexxija minnha kinux involuti bħala debitur fi proċedimenti ta’ insolvenza jew proċedimenti simili;

4.3 Informazzjoni dwar dan li ġej:

  • a. investigazzjonijiet, proċedimenti ta’ infurzar jew sanzjonijiet minn awtorità superviżorja li l - individwu kien direttament jew indirettament involut fihom;
  • b. rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l - irtirar, ir -revoka jew it- terminazzjoni ta’ reġistrazzjoni, l- awtorizzazzjoni, is - sħubija jew il - liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew governattiv jew minn korp professjonali jew assoċjazzjoni;
  • c. tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta’ fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili, jew jekk il - persuna ntalbet tirriżenja minn impjieg f’pożizzjoni bħal din (bl - esklużjoni ta’ sensji);
  • d. jekk diġà saritx jew le valutazzjoni tar -reputazzjoni tal- individwu bħala akkwirent jew persuna li tmexxi n - negozju ta’ istituzzjoni minn awtorità kompetenti oħra (inkluża l - identità ta’ dik l- awtorità, id -data tal-valutazzjoni u l-evidenza tal- eżitu ta’ din il - valutazzjoni) u l - kunsens tal - individwu, fejn meħtieġ, sabiex ifittex tali in formazzjoni biex ikun jista’ jipproċessa u juża l - informazzjoni pprovduta għall -valutazzjoni tal-idoneità; u
  • e. jekk diġà saritx xi valutazzjoni oħra tal - individwu minn awtorità minn settur ieħor mhux finanzjarju (inklużi l -identità ta’ dik l-awtorità u l-evidenza tal- eżitu ta’ din il - valutazzjoni).

5. Interessi finanzjarji u mhux finanzjarji

5.1 L- interessi finanzjarji u mhux finanzjarji kollha li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess potenzjali, għandhom jiġu żvelati, fosthom, iżda mhux biss:

  • a. deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess jew relazzjoni finanzjarja (eż. self, parteċipazzjoni azzjonarja) u mhux finanzjarja (eż. relazzjonijiet mill - qrib bħal konjuġi, sieħeb reġistrat, konkubin, wild, ġenitur jew relazzjoni oħra li magħha l - persuna tikkondiv idi akkomodazzjonijiet tal- għajxien) bejn l -individwu u l- qraba mill - viċin tiegħu (jew kwalunkwe kumpanija li l- individwu huwa marbut mill - qrib magħha) u l - istituzzjoni, l - istituzzjoni prinċipali jew is - sussidjarji tagħha jew kwalunkwe persuna li għandha p arteċipazzjoni kwalifikanti f’tali istituzzjoni, inkluż kwalunkwe membru ta’ dawk l - istituzzjonijiet jew titolari ta’ funzjonijiet ewlenin;
  • b. jekk l- individwu jwettaqx kwalunkwe negozju jew le jew għandu kwalunkwe relazzjoni kummerċjali (jew kellu matul l- aħħar sentejn) ma’ kwalunkwe istituzzjoni jew persuna elenkata hawn fuq jew huwiex involut fi kwalunkwe proċediment legali ma’ dawk l - istituzzjonijiet jew persuni;
  • c. jekk l-individwu u l- qraba mill - viċin tiegħu għandhomx kwalunkwe interess kunfliġġen ti jew le mal- istituzzjoni, l - istituzzjoni prinċipali jew is - sussidjarji tagħha;
  • d. jekk l- individwu huwiex qiegħed jiġi propost jew le f’isem kwalunkwe azzjonist sinifikanti wieħed;
  • e. kwalunkwe obbligu finanzjarju għall - istituzzjoni, l - istituzzjoni prinċipali jew is - sussidjarji tagħha (bl - esklużjoni tat - twettiq ta’ ipoteki negozjati f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta); u
  • f. kwalunkwe pożizzjoni ta’ influwenza politika (nazzjonali jew lokali) miżmuma matul dawn l- aħħar sentejn.

5.2 Jekk jiġi identifikat kunflitt ta’ interess materjali, l - istituzzjoni għandha tipprovdi dikjarazzjoni dwar kif dan il- kunflitt ġie mitigat jew rimedjat b’mod sodisfaċenti inkluża referenza għall -partijiet rilevanti tal-politika tal- istituzzjoni dwar il - kunflitt ta’ interess jew kwalu nkwe arranġament personalizzat għall - ġestjoni jew il -mitigazzjoni tal-kunflitti.

6. Impenn ta’ ħin

6.1 Għandhom jingħataw id - dettalji rilevanti u meħtieġa kollha biex jintwera li l -individwu għandu biżżejjed ħin x’jiddedika għall - mandat inkluża:

  • a. informazzjoni dwar iż - żmien minimu li se jkun iddedikat għall - prestazzjoni tal - funzjonijiet tal- persuna fi ħdan l - istituzzjoni (indikazzjonijiet annwali u ta’ kull xahar);
  • b. lista tal - mandati kummerċjali predominanti li għandu l - individwu inkluż jekk japplikawx jew le r -regoli tal- għadd privileġġjat27 fl- Artikolu 91(4) tas - CRD;
  • c. fejn ir-regoli tal- għadd privileġġjat japplikaw, spjegazzjoni ta’ kwalunkwe sinerġija li teżisti bejn il - kumpaniji;
  • d. lista ta’ dawk il - mandati li qegħdin iwettqu attivitajiet mhux kummerċjali predomi nanti jew huma stabbiliti għall - iskop uniku li jamministraw l - interessi ekonomiċi tal - individwu;
  • e. id- daqs tal -kumpaniji jew l-organizzazzjoni fejn dawk il- mandati huma miżmuma inkluż pereżempju, assi totali, jekk il - kumpanija hijiex elenkata u l- għadd ta’ impjegati;
  • f. lista ta’ kwalunkwe responsabbiltà addizzjonali assoċjata ma’ dawk il -mandati (bħall - presidenti ta’ kumitat);
  • g. stima taż - żmien f’jiem kull sena ddedikat għal kull mandat; u
  • h. għadd ta’ laqgħat kull sena ddedikati għal kull mandat.

7. Għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi

7.1 L- istituzzjoni għandha tipprovdi lista tal - ismijiet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni u r -rwoli u l- funzjonijiet rispettivi tagħhom fil - qosor.

7.2 L- istituzzjoni għandha tipprovdi dikjarazzjoni dwar il -valutazzjoni globali tagħha tal - idoneità kollettiva tal- korp ta’ ġestjoni kollu kemm hu, inkluża dikjarazzjoni dwar il - pożizzjoni tal -individwu fl-idoneità globali tal- korp ta’ ġestjoni (jiġifieri wara valutazzjoni bl- użu tal - matriċi tal -idoneità fl- Anness I jew metodu ieħor magħżul mill - istituzzjoni jew meħtieġ mill - awtorità kompetenti rilevanti). Dan għandu jinkludi deskrizzjoni ta’ kif il - kompożizzjoni ġenerali tal - korp ta’ ġestjoni tirrifletti firxa wiesgħa biżżejjed ta’ esperjenza u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe lakuna jew dgħufija u l - miżuri imposti biex jindirizzawhom.

8. Kwalunkwe informazzjoni oħra jew kull informazzjoni oħra rilevanti għandha tiġi sottomessa bħala parti mill -applikazzjoni.


27 Dan huwa fejn l - individwu jagħmel użu mill - possibbiltà li jkollu diversi mandati li huma parti mill - istess grupp, jew f’impriżi fejn l - istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti jew f’istituzzjonijiet li huma parti mill - istess skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.