+4.1 Preċiżjoni tal -inputs tad- data
---+12. L- istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir - rekwiżiti fil -paragrafi 13, 14 u 15, sabiex l …
---+13. Id- data storika użata biex tikkalibra l -inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc …
---+14. L-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom …
---+15. L-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom …
---+16. Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 12 għall -inputs tad- data mill-perjodu …
---+17. Skont l- ewwel approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw l -inputs tad- data …
---+18. Skont it- tieni approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw il -prezzijiet prodotti …
---+19. Fejn mhux possibbli li jitwettqu r - rikonċiljazzjonijiet imsemmija fil -paragrafi 17 u 18 bl- …
---+20. Bħala parti mir - rekords miżmuma mill - istituzzjonijiet biex juru l - konformità tagħhom mar …
---+21. Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 14 għall -inputs tad- data mill-perjodu …
---+22. Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 15 għall -inputs tad- data mill-perjodu …
---+23. Għall -finijiet tar- rikonċiljazzjonijiet u l -valutazzjonijiet fil-paragrafi 17, 18, 21 u 22 …
---+24. L- istituzzjonijiet għandhom iwettq u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 17, 18, 21 u 22 …
---+25. L-inputs tad- data mill-perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju, imsemmija fl-Artikolu …
---+26. Fejn istituzzjoni tuża approssimazzjonijiet tal - Beta jew approċċi oħra aleatorji li …
---+27. Fejn fattur tar-riskju partikolari fil-mudell intern tal- istituzzjoni jkun inkiseb billi jiġu …
---+28. Fejn fattur tar-riskju partikolari fil-mudell intern tal- istituzzjoni jkun inkiseb billi jiġi …
---+29. Għall -fini tal-paragrafu 28, l- eqreb fattur tar -riskju tfisser fattur tar- riskju li huwa …

4.1 Preċiżjoni tal -inputs tad- data

4.1 Preċiżjoni tal -inputs tad- data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. L- istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir - rekwiżiti fil -paragrafi 13, 14 u 15, sabiex l …

L- istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir - rekwiżiti fil -paragrafi 13, 14 u 15, sabiex l -inputs tad-data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu preċiżi. Barra minn hekk, dan kollu li ġej għandu jintlaħaq, fejn rilevanti:

  • (a) ir- rekwiżiti għall -inputs tad- data mill-perjodu kurrenti, imsemmija fl-Artikolu 325bc(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif speċifikat aktar fit - Taqsima 4.1.1;
  • (b) ir- rekwiżiti għall -inputs tad- data mill-perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju, imsemmija fl-Artikolu 325bc(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif speċifikat aktar fit- Taqsima 4.1.2;
  • (c) ir- rekwiżiti għall -inputs tad- data użati f'approssimazzjonijiet tal - Beta jew approċċi oħra aleatorji li jiġġeneraw id - data għall - iskop li jiġu ddeterminati x - xenarji ta’ xokkijiet futuri, kif speċifikat aktar fit - Taqsima 4.1.3;
  • (d) ir- rekwiżiti għall -inputs tad- data użati għal fattur tar - riskju partikolari miksub billi jiġu kkombinati żewġ fatturi tar - riskju jew aktar li jistgħu jew ma jistgħux jiġu inkorporati fil-mudell intern tal-istituzzjon i, kif speċifikat aktar fit - Taqsima 4.1.4. DATA FIL-MUDELL TAL-KEJL TAR-RISKJU
13. Id- data storika użata biex tikkalibra l -inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc …

Id- data storika użata biex tikkalibra l -inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tirrifletti b’mod preċiż il -prezzijiet osservati jew ikkwotati fis- suq.

14. L-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom …

L-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirriflettu b’mod preċiż il -proprjetajiet tad-distribuzzjoni tal-fatturi tar- riskju li għalihom jiġu applikati x - xenarji ta’ xokkijiet futuri.

15. L-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom …

L-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirriflettu b’mod preċiż l -istruttura tad-dipendenza bejn id-distribuzzjonijiet tal-fatturi tar-riskju li għalihom jiġu applikati x - xenarji ta’ xokkijiet futuri.

4.1.1 Inputs tad- data mill-perjodu kurrenti

16. Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 12 għall -inputs tad- data mill-perjodu …

Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 12 għall -inputs tad- data mill-perjodu kurrenti, imsemmi fi 325bc(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw jew mal - approċċ stabbilit fil -paragrafu 17 jew mal- approċċ stabbilit fil-paragrafu 18.

17. Skont l- ewwel approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw l -inputs tad- data …

Skont l- ewwel approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw l -inputs tad- data mill-perjodu kurrenti, imsemmija fl-Artikolu 325bc(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) id- data korrispondenti inferita minn prezzijiet verifikabbli, kif definiti fl-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont l -Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (b) id- data korrispondenti użata mis -sistemi ta’ front office jew back office tal-istituzzjonijiet.
18. Skont it- tieni approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw il -prezzijiet prodotti …

Skont it- tieni approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom jirrikonċiljaw il -prezzijiet prodotti mill-mudell tal-kejl tar- riskju intern tagħhom u abbażi tal -inputs tad- data mill-perjodu kurrenti, imsemmija fl-Artikolu 325bc(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) prezzijiet verifikabbli kif definiti fl- istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (b) prezzijiet prodotti mis-sistemi ta’ front office jew back office tal-istituzzjonijiet.

Sabiex titwettaq ir - rikonċiljazzjoni msemmija f’dan il -paragrafu, l- eżitu ta’ dik ir - rikonċiljazzjoni għandu jkun raġonevolment allinjat mal - eżitu li kieku kien jinkiseb bit - twettiq tar - rikonċiljazzjoni fil-paragrafu 17. DATA FIL-MUDELL TAL-KEJL TAR-RISKJU

19. Fejn mhux possibbli li jitwettqu r - rikonċiljazzjonijiet imsemmija fil -paragrafi 17 u 18 bl- …

Fejn mhux possibbli li jitwettqu r - rikonċiljazzjonijiet imsemmija fil -paragrafi 17 u 18 bl- użu tal - inputs tad- data , l- istituzzjonijiet għandhom jużaw id - data storika użata biex tikkalibra dawk l - inputs tad- data għall -finijiet tal-paragrafu 17, u l- prezzijiet li jirriżultaw minn dik id - data storika għall -finijiet tal-paragrafu 18.

20. Bħala parti mir - rekords miżmuma mill - istituzzjonijiet biex juru l - konformità tagħhom mar …

Bħala parti mir - rekords miżmuma mill - istituzzjonijiet biex juru l - konformità tagħhom mar - rekwiżiti ta’ dawn il -Linji Gwida, l- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw l- approċċi tagħhom għar - rikonċiljazzjonijiet imsemmija fil -paragrafi 17 sa 19, inklużi r - raġunijiet għall -applikazzjoni tal-paragrafu 19 fejn rilevanti.

21. Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 14 għall -inputs tad- data mill-perjodu …

Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 14 għall -inputs tad- data mill-perjodu kurrenti, imsemmi fi 325bc(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw li ma hemm l -ebda differenza materjali bejn il-volatilità ta’ fattur tar-riskju kif stmata fuq il - bażi ta’ dawk l -inputs tad- data u l-volatilità ta’ dak il-fattur tar-riskju kif stmata fuq il - bażi ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) il-prezzijiet verifikabbli kif definiti fl- istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (b) il- prezzijiet użat i mis-sistemi ta’ front office jew back office tal-istituzzjonijiet.
22. Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 15 għall -inputs tad- data mill-perjodu …

Sabiex jissodisfaw ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafu 15 għall -inputs tad- data mill-perjodu kurrenti, imsemmi fi 325bc(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw li ma hemm l -ebda differenza materjali bejn il-korrelazzjonijiet bejn il-fatturi tar- riskju kif stmati fuq il - bażi ta’ dawk l -inputs tad- data u l-korrelazzjonijiet bejn dawk il-fatturi tar- riskju kif stmati fuq il - bażi ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) il-prezzijiet verifikabbli kif definiti fl- istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (b) il- prezzijiet użati mis -sistemi ta’ front office jew back office tal-istituzzjonijiet.
23. Għall -finijiet tar- rikonċiljazzjonijiet u l -valutazzjonijiet fil-paragrafi 17, 18, 21 u 22 …

Għall -finijiet tar- rikonċiljazzjonijiet u l -valutazzjonijiet fil-paragrafi 17, 18, 21 u 22, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id - data jew il-prezzijiet verifikabbli msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 17, il-punt (a) tal-paragrafu 18, il-punt (a) tal-paragrafu 21 u l-punt (a) tal-paragrafu 22, fejn in-numru tal-prezzijiet verifikabbli b’valur tal- prezz disponibbli għall - istituzzjoni jkun biżżejjed biex jitwettqu dawk ir - rikonċiljazzjonijiet u l -valutazzjonijiet bi preċiżjoni. Fejn ma hemmx prezzijiet verifikabbli disponibbli, jew in-numru ta’ prezzijiet verifikabbli b’valur tal- prezz disponibbli għall - istituzzjoni mhuwiex biżżejjed biex jitwettqu dawk ir- rikonċiljazzjonijiet u valutazzjonijiet bi preċiżjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw id - data jew il-prezziji et użati jew prodotti mis -sistemi ta’ front office jew back office tal-istituzzjonijiet, kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 17, il-punt (b) tal-paragrafu 18, il-punt (b) tal-paragrafu 21 u l-punt (b) tal-paragrafu 22. DATA FIL-MUDELL TAL-KEJL TAR-RISKJU

24. L- istituzzjonijiet għandhom iwettq u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 17, 18, 21 u 22 …

L- istituzzjonijiet għandhom iwettq u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 17, 18, 21 u 22 mill-anqas kull tliet xhur, jew aktar spiss fejn l -estensjonijiet u l- bidliet għall - mudelli interni jeħtieġu li jagħmlu dan.

4.1.2 Inputs tad- data mill-perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju

25. L-inputs tad- data mill-perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju, imsemmija fl-Artikolu …

L-inputs tad- data mill-perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju, imsemmija fl-Artikolu 325bc(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom ikunu kkalibrati għal data storika minn perjodu kontinwu ta’ 12-il xahar ta’ stress finanzjarju identifikat mill -istituzzjoni f’konformità ma’ dak l- Artikolu. Fejn, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, l - istituzzjonijiet jużaw data approssimattiva mill- perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju għall -iskop tal-kalibrazzjoni ta’ dawk l-inputs tad- data , sabiex jirriflettu l -effett ta’ bi dliet fundamentali li seħħew fil - karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji meta mqabbla mal - karatteristiċi prevalenti matul il - perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju, l-inputs tad- data miksuba b’riżultat ta’ dan l - approċċ għandhom jiġu kkunsidrati preċiżi biss fejn il - kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfati:

  • (a) dan l- approċċ ikun appoġġat minn evidenza empirika konvinċenti u data oġġettiva biex jiġi ġġustifikat l - użu ta’ data approssimattiva għall -kalibrazzjoni ta’ dawk l-inputs tad- data ;
  • (b) dawk l-inputs tad- data jirriflettu b’mod preċiż bidliet fil -prezzijiet ta’ strumenti simili matul il-perjodu identifikat ta’ stress finanzjarju;
  • (c) dawk l-inputs tad- data ma jissottovalutawx ir -riskju.

4.1.3 Inputs tad- data użati f’approssimazzjonijiet tal - Beta jew approċċi oħra aleatorji li jiġġeneraw id - data

26. Fejn istituzzjoni tuża approssimazzjonijiet tal - Beta jew approċċi oħra aleatorji li …

Fejn istituzzjoni tuża approssimazzjonijiet tal - Beta jew approċċi oħra aleatorji li jiġġeneraw id - data għall -iskop li j iġu ddeterminati x - xenarji ta’ xokkijiet futuri, sabiex l -inputs tad- data użati f’dawk l-approssimazzjonijiet tal- Beta jew approċċi oħra aleatorji li jiġġeneraw id - data jkunu preċiżi, il -valuri tal- koeffiċjenti tal -Beta jew il-parametri tal- approċċi aleatorji li jiġġeneraw id - data għandhom jiġu ddeterminati esklussivament fuq il - bażi tal -inputs tad- data kkalibrati għad - data storika msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fejn, f’każijiet eċċezzjoni, l - istituzzjoni ma tiddeterminax il -valuri tal- koeffiċjenti tal -Beta jew il-parametri tal-approċċi aleatorji li jiġġeneraw id - data esklussivament fuq il - bażi ta’ dawk l -inputs tad- data , iżda jsiru aġġustamenti għall -valuri ta’ dawk il- koeffiċjenti tal -Beta jew il-parametri, l-inputs tad-DATA FIL-MUDELL TAL-KEJL TAR-RISKJU

data u żati f’dawk l -approssimazzjonijiet tal- Beta jew approċċi oħra aleatorji li jiġġeneraw id - data għandhom jiġu kkunsidrati preċiżi biss meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) il- koeffiċjenti tal -Beta jew il-parametri tal- approċċi aleatorji li jiġġeneraw id - data ma jistgħux jiġu ddeterminati esklussivament fuq il - bażi tal -inputs tad- data kkalibrati għad - data storika msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (b) l-istituzzjoni tiddeskrivi fil- politiki tagħha l - metodoloġija użata f’dan il- każ biex jinkisbu l-valuri tal- koeffiċjenti tal -Beta jew il-parametri tal- approċċi aleatorji li jiġġeneraw id - data , inklużi kwalunkwe aġġustamenti magħmula għall -valuri tal- koeffiċjenti tal -Beta jew tal- parametri determinati esklussivament fuq il - bażi tal -inputs tad- data kkalibrati għad - data storika msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • (c) l- għażla tal - valuri għall - koeffiċjenti tal - Beta jew għall -parametri tal- approċċi aleatorji li jiġġeneraw id - data ma tissottovalutax ir -riskju.

4.1.4 Inputs tad- data użati għal kombinazzjonijiet ta’ fatturi tar -riskju

27. Fejn fattur tar-riskju partikolari fil-mudell intern tal- istituzzjoni jkun inkiseb billi jiġu …

Fejn fattur tar-riskju partikolari fil-mudell intern tal- istituzzjoni jkun inkiseb billi jiġu kkombinati żewġ fatturi tar - riskju jew aktar li jistgħu jew ma jistgħux jiġu inkorporati fi l-mudell intern tal-istituzzjoni, u l- istituzzjoni tgħaqqad l -inputs tad- data li jikkorrispondu għal dawk il -fatturi tar-riskju sabiex jinkisbu inputs tad - data li huma adattati għall -fattur tar- riskju mogħti fil -mudell intern, l-inputs tad- data miksuba għandhom jitqiesu preċiżi biss meta l -inputs tad- data li huma kkombinati jikkorrispondu għal fatturi tar - riskju li għaddew jew li jgħaddu mill -valutazzjoni tal-mudellabilità msemmija fl-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

28. Fejn fattur tar-riskju partikolari fil-mudell intern tal- istituzzjoni jkun inkiseb billi jiġi …

Fejn fattur tar-riskju partikolari fil-mudell intern tal- istituzzjoni jkun inkiseb billi jiġi estrapolat minn fatturi tar- riskju li jistgħu jew ma jistgħux jiġu inkorporati fil -mudell intern tal-istituzzjoni, u l-inputs tad- data għall -fattur tar-riskju partikolari fil-mudell inte rn jinkisbu billi jiġu estrapolati minn inputs tad- data li jikkorrispondu għal dawk il -fatturi tar-riskju, l-inputs tad- data miksuba għandhom jiġu kkunsidrati preċiżi biss jekk jintlaħqu l - kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) l- estrapolazzjoni tkun ibbażata fuq inputs tad - data tal- eqreb fattur tar -riskju mudellabbli f’kull dimensjoni tal-fattur tar-riskju partikolari;
  • (b) l- estrapolazzjoni tkun ibbażata fuq inputs tad - data ta’ mill- anqas żewġ fatturi tar -riskju mudellabbli għal kull dimensjoni tal -fattur tar-riskju partikolari;
  • (c) l-inputs tad- data li jikkorrispondu għaż - żewġ fatturi tar -riskju mudellabbli msemmija fil-punt (b), inklużi l -inputs tad- data tal- eqreb fattur tar -riskju mudellabbli, ma kellhomx jinkisbu permezz ta’ estrapolazzjoni huma stess. DATA FIL-MUDELL TAL-KEJL TAR-RISKJU
29. Għall -fini tal-paragrafu 28, l- eqreb fattur tar -riskju tfisser fattur tar- riskju li huwa …

Għall -fini tal-paragrafu 28, l- eqreb fattur tar -riskju tfisser fattur tar- riskju li huwa mmappjat ma’ wieħed mill - buckets li ġejjin, f’konformità mal - istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 57 5/2013:

  • (a) l- istess bucket bħall -fattur tar-riskju estrapolat, fejn il-fattur tar-riskju estrapolat mhuwiex l -uniku fattur tar-riskju f’bucket;
  • (b) bucket maġenb il -bucket tal-fattur tar-riskju estrapolat, fejn il-fattur tar-riskju estrapolat huwa l -uniku fattur tar-riskju f’bucket.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.