+Gwida għall -awtoritajiet kompetenti
---+22. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l -istituzzjonijiet u …
---+23. Għall -finijiet tan-notifika stabbilita fl-Artikolu 21b(6) tad-Direttiva 2013/36/UE …
---+24. Minkejja l-paragrafu 23, f’każ ta’ bidla materjali tal -valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni …
---+25. Fejn is- superviżur konsolidanti jew tal - grupp irċieva n -notifika msemmija fil-paragrafu 18 …
---+26. Fid-determinazzjoni tal- iskeda ta’ żmien rilevanti msemmija fil -punt (b) tal-paragrafu 25 …
---+27. Minkejja l-paragrafu 26 u għall -finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 25 …
---+28. Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE ikunu ġew issodisf …
---+29. Fejn il-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi kkalkulat f’konformità …
|
Gwida għall -awtoritajiet kompetenti
Gwida għall -awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
22. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l -istituzzjonijiet u …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l -istituzzjonijiet u l-fergħat ta’ pajjiżi terzi, jew mat - twaqqif tagħhom l - impriżi prinċipali intermedjarji tal -UE u l-fergħat ta’ pajjiżi terzi, jikkonfo rmaw mal- obbligi tagħhom skont l -Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE kif speċifikat f’dawn il -linji gwida. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jirċievu mill -istituzzjonijiet u l- fergħat ta’ pajjiżi terzi, jew mat - twaqqif tagħhom mill - impriżi prinċipali intermedjarji tal -UE u l- fergħat ta’ pajjiżi terzi, l - informazzjoni kollha stabbilita fil-paragrafu 19 u li l- fergħat ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw bis - sħiħ mal - obbligu tagħhom li jirrapportaw l -assi kollha li jikkorrispondu g ħall -attivitajiet tagħhom kif stabbilit fl -Artikolu 47(1a), punt (a) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
23. Għall -finijiet tan-notifika stabbilita fl-Artikolu 21b(6) tad-Direttiva 2013/36/UE …
|
Għall -finijiet tan-notifika stabbilita fl-Artikolu 21b(6) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill - EBA fuq bażi annwali, mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard mit -30 ta’ Ġunju ta’ kwalunkwe sena partikolari, l - informazzjoni li rċevew mill - istituzzjonijiet u l- fergħat ta’ pajjiżi terzi jew mat - twaqqif tagħhom mill - impriżi prinċipali intermedjarji tal-UE u l- fergħat ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal -paragrafu 19 għall -erba’ trimestri tas- sena kalendarja preċedenti.
|
|
24. Minkejja l-paragrafu 23, f’każ ta’ bidla materjali tal -valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni …
|
Minkejja l-paragrafu 23, f’każ ta’ bidla materjali tal -valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni jew ta’ fergħa ta’ pajjiż terz li huma parti minn grupp ta’ pajjiż i terzi, l- awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-EBA matul is-sena dwar din il- bidla mingħajr dewmien żejjed. Il -valur totali tal-assi ta’ dawn l- istituzzjonijiet jew fergħat ta’ pajjiżi terzi għandu jiġi nnotifikat bħala l -medja tal-valur totali ta’ dawk l-assi kkalkulata matul l- erba’ trimestri preċedenti irrispettivament mis - sena kalendarja.
|
|
25. Fejn is- superviżur konsolidanti jew tal - grupp irċieva n -notifika msemmija fil-paragrafu 18 …
|
Fejn is- superviżur konsolidanti jew tal - grupp irċieva n -notifika msemmija fil-paragrafu 18, jew fejn il-valutazzjoni trimestrali turi li l- livell limitu ntlaħaq u l - impriża prinċipali intermedjarja tal - UE għadha ma twaqqfitx, is - superviżur konsolidanti jew is - superviżur tal - grupp għandhom jikkollaboraw mal-istituzzjoni tan- notifika u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra għall - anqas biex dawn li ġejjin jiġu determinati mingħajr dewmien żejjed: - a. Jekk id-derogi msemmija fl-Artikoli 21b(2) u 21b (3), it- tieni inċiż, tad - Direttiva 2013/36/UE għandhomx japplikaw għal dan il - grupp partikolari ta’ pajjiżi terzi;
- b. B’kunsiderazzjoni tal-paragrafi 26 u 27, l- iskeda ta’ żmien għat - twaqqif tal - impriża prinċipali intermedjarja tal -UE.
|
|
26. Fid-determinazzjoni tal- iskeda ta’ żmien rilevanti msemmija fil -punt (b) tal-paragrafu 25 …
|
Fid-determinazzjoni tal- iskeda ta’ żmien rilevanti msemmija fil -punt (b) tal-paragrafu 25, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - impriża prinċipali intermedjarja tal - UE tkun qed topera me ta jintlaħaq il -livell limitu. L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw ma’ dan ir- rekwiżit fil - ħin.
|
|
27. Minkejja l-paragrafu 26 u għall -finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 25 …
|
Minkejja l-paragrafu 26 u għall -finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 25, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprevedu skeda ta’ żmien adegwata għat - twaqqif ta’ impriża prinċipali intermedjarja tal -UE fejn il-kisba tal- livell limitu ma kinitx prevedibbli fi ħdan il - monitoraġġ li jħares ’il quddiem stabbilit fil -paragrafu 16 u bħala riżultat l - iskeda ta’ żmien kif speċi fikata fil-paragrafu 26 ma tkunx tista’ tintlaħaq, b’mod partikolari f’każijiet bħal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet mhux prevedibbli fl - ippjanar strateġiku tal -grupp, jew fejn hemm antiċipazzjoni raġonevoli tal -valur totali tal-assi ta’ dak il-grupp fl-Un joni biex b’mod permanenti jinżel taħt il - livell limitu f’perjodu li ma jaqbiżx sena waħda mid -data li fiha l-livell limitu ntlaħaq. L - iskeda ta’ żmien għandha tkun qasira kemm jista’ jkun u ma għandhiex taqbeż sena jew, f’każijiet ġustifikati eċċezzjonali , sa sentejn mid- data li fiha ntlaħaq il -livell limitu, sakemm il-valur totali tal-assi fl-Unjoni ta’ dak il- grupp ikun naqas u jkun għadu taħt il -livell limitu.
|
|
28. Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE ikunu ġew issodisf …
|
Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE ikunu ġew issodisf ati u impriża prinċipali intermedjarja tal - UE ma tkunx twaqqfet fl - iskeda ta’ żmien iddeterminata taħt il -punt (b) tal-paragrafu 25 u f’konformità mal-paragrafu 26 jew 27, l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjonijiet ta’ dak il- grupp ta’ pajjiżi terzi għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jikkoordinaw sabiex jieħdu l - miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
29. Fejn il-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi kkalkulat f’konformità …
|
Fejn il-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi kkalkulat f’konformità mal-paragrafi 10 u 11 ikun niżel b’mod sinifikanti u permanenti taħt il -livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE bħala riżultat ta’ bidliet strateġiċi fl -operazzjonijiet Ewropej ta’ dak il- grupp ta’ pajjiżi terzi, is - superviżur konsolidanti u, fejn applikabbli, is-superviżur tal -grupp u l- awtoritajiet kompetenti għandhom, wara talba ta’ grupp rilevanti, jikkoordinaw biex jiddeterminaw jekk il - livell limitu għandux jitqies bħala mhux aktar maqbuż qabel tmiem il - perjodu ta’ tnax -il trimestru konsekuttiv imsemmi fil-paragrafu 14.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|