+4.1 Kriterji biex jiġu ddeterminati l - każijiet eċċezzjonali msemmija fl - Artikolu 396(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013
---+14. Ksur tal -limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu …
---+15. Sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tkun qabżet il -limiti tal- Artikolu …
---+16. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur tal -limiti tal- Artikolu 395(1) …
---+17. Jekk istituzzjoni tirrapporta t - tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li jikkonċerna l - …
---+18. Jekk, matul l - aħħar 12 -il xahar, istituzzjoni tkun diġà rrapportat żewġ ksur tal -limiti ta’ …
---+19. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il- ksur kienx ikun avveniment prevedibbli kieku …
---+20. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll jekk l - istituzzjoni setgħetx tkun …
---+21. F’każijiet fejn iseħħ ksur identiku jew simili ta’ istituzzjonijiet oħra li jista’ jiġi …
---+22. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur kienx ikkawżat minn raġunijiet lil hinn …
---+23. Ksur ikkawżat minn applikazzjoni mhux xierqa jew interpretazzjoni ħażina tal - qafas ta’ …
---+24. B’mod ġenerali, jekk l - awtorità kompetenti tikkonkludi li l - ksur ma jissodisfax il - …

4.1 Kriterji biex jiġu ddeterminati l - każijiet eċċezzjonali msemmija fl - Artikolu 396(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

4.1 Kriterji biex jiġu ddeterminati l - każijiet eċċezzjonali msemmija fl - Artikolu 396(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
14. Ksur tal -limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu …

Ksur tal -limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu dejjem jiġi kkunsidrat bħala każ eċċezzjonali.

15. Sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tkun qabżet il -limiti tal- Artikolu …

Sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tkun qabżet il -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, awtorità kompetenti għandha tevalwa mill -anqas l-aspetti li ġejjin:

  • a. Il- frekwenza u n - numru ta’ ksur.
  • b. Predittività tal - ksur.
  • c. Raġunijiet lil hinn mill - kontroll tal - istituzzjoni li wasslu għall - inkapaċità li jiġi evitat il - ksur.

Il- frekwenza u n - numru ta’ ksur

16. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur tal -limiti tal- Artikolu 395(1) …

L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur tal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill- istituzzjoni huwiex avveniment rari. Il - valutazzjoni għandha tqis kwalunkwe ksur preċedenti tal - istituzzjoni minħabba l - istess kawża, ikkawżat mill - ist ess avveniment jew li jikkonċerna l - istess klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi.

17. Jekk istituzzjoni tirrapporta t - tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li jikkonċerna l - …

Jekk istituzzjoni tirrapporta t - tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li jikkonċerna l - istess klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi bħall - ewwel ksur, l - awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l - avveniment ma jistax jikkwalifika bħala wieħed rari. Bl - istess mod, jekk istituzzjoni tirrapporta t- tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li ġej mill - istess oriġini bħall - ewwel ksur, l - awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l - avveniment ma jistax jikkwalifika bħala wieħed rari.

18. Jekk, matul l - aħħar 12 -il xahar, istituzzjoni tkun diġà rrapportat żewġ ksur tal -limiti ta’ …

Jekk, matul l - aħħar 12 -il xahar, istituzzjoni tkun diġà rrapportat żewġ ksur tal -limiti ta’ skopertura kbira li jikkonċernaw klijent differenti jew grupp ta’ klijenti konnessi, huma minħabba kawżi differenti jew ġew attivati minn avveniment differenti, l - awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li kwalunkwe ksur ieħor għalkemm mhux relatat jista’ ma jikkwalifikax bħala avveniment rari.

Predittività tal - ksur

19. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il- ksur kienx ikun avveniment prevedibbli kieku …

L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il- ksur kienx ikun avveniment prevedibbli kieku l - istituzzjoni applikat ġestjoni tar - riskju xierqa u effettiva f’konformità mal - obbligi tagħha skont l- Artikolu 393 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna.2


2 Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna EBA/GL/2021/05.

20. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll jekk l - istituzzjoni setgħetx tkun …

L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll jekk l - istituzzjoni setgħetx tkun f’pożizzjoni li tantiċipa l - ksur billi tuża l - informazzjoni disponibbli.

21. F’każijiet fejn iseħħ ksur identiku jew simili ta’ istituzzjonijiet oħra li jista’ jiġi …

F’każijiet fejn iseħħ ksur identiku jew simili ta’ istituzzjonijiet oħra li jista’ jiġi attribwit għa ll-istess kawża, l - awtorità kompetenti tista’ tikkonkludi li l - ksur kien ikkawżat minn avveniment imprevedibbli.

Raġunijiet lil hinn mill - kontroll tal - istituzzjoni biex jiġi evitat il - ksur

22. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur kienx ikkawżat minn raġunijiet lil hinn …

L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur kienx ikkawżat minn raġunijiet lil hinn mill - kontroll tal - istituzzjoni. Dan jista’ mill - anqas jiġi preżunt fil - każijiet li ġejjin:

  • a. Tnaqqis mhux mistenni u sostanzjali tal - fondi proprji tal - istituzzjoni, inkluż minħabba l - impatt ta’ avvenimenti ta’ riskju operazzjonali maġġuri, bħal frodi esterna, diżastru naturali jew pandemija, li mhumiex marbuta ma’ falliment tal - mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal- istituzzjoni.
  • b. F’każijiet fejn skopertura (kompletament jew parzjalment) eżentata ma tibqax eliġibbli għal eżenzjoni bħal din minħabba deċiżjoni ta’ parti terza li ma setgħetx tkun antiċipata jew evitata mill - istituzzjoni.
  • c. Deċiżjoni tal - qorti jew deċiżjoni amministrattiva li twassal għal interpretazzjoni differenti tal - qafas regolatorju ta’ skoperturi kbar applikabbli fejn l -is tituzzjoni ma kellhiex biżżejjed żmien biex timplimentah b’tali mod li tipprevjeni ksur tal -limiti tal-Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.
  • d. Il- fużjoni ta’ kontropartijiet/klijenti jew l - akkwisti bejn kontropartijiet/klijenti, iżda biss f’każij iet meta l- istituzzjoni ma kellhiex għarfien ta’ jew ma setgħetx tantiċipa din il - fużjoni jew dan l - akkwist biex tipprevjeni ksur.
23. Ksur ikkawżat minn applikazzjoni mhux xierqa jew interpretazzjoni ħażina tal - qafas ta’ …

Ksur ikkawżat minn applikazzjoni mhux xierqa jew interpretazzjoni ħażina tal - qafas ta’ skoperturi kbar ma għandux, b’mod ġenerali, jikkwalifika bħala raġuni barra mill - kontroll tal - istituzzjoni.

24. B’mod ġenerali, jekk l - awtorità kompetenti tikkonkludi li l - ksur ma jissodisfax il - …

B’mod ġenerali, jekk l - awtorità kompetenti tikkonkludi li l - ksur ma jissodisfax il - kriterji speċifikati f’din it -taqsima, l- awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti perjodu itwal minn 3 xhur biex terġa’ tikkonforma mal - limiti ta’ skopertura kbira.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.