+Linja Gwida 6: Struzzjonijiet għar -rapportar lill-EBA

Linja Gwida 6: Struzzjonijiet għar -rapportar lill-EBA

6.1 Jekk possibbli, il-mudell ta’ rapportar għandu jinkludi l - eżiti ta’ mill - inqas ċiklu wieħed tal - ittestjar tal- istress imwettaq kompletament mill -SGD.

6.2 L- SGD għandhom jirrapportaw l -informazzjoni stabbilita fl-Anness 1 lill-EBA sad- data li għandha titħabbar, fejn applikabbli, mill -EBA me ta tippjana u twettaq rieżamijiet bejn il -pari. Bil- ħsieb tat- tieni rieżami bejn il - pari li għandu jiġi ppubblikat mill -EBA sas-16 ta’ Ġunju 2025, l-SGD għandhom jirrapportaw ir - riżultati tagħhom lill -EBA sas-16 ta’ Ġunju 2024. Fir- rigward taċ - ċikli tal-ittestjar u ta’ rapportar tal-istress aktar tard, l- EBA se tħabbar id -data tal- iskadenzi għar - rapportar li jmiss fir- rieżamijiet bejn il -pari tal- EBA aktar tard jew b’mezzi oħra.

6.3 L- SGD għandhom jużaw il -mudell ta’ rapportar stabbilit fl-Anness 1 u l-mezzi ta ’ trażmissjoni pprovduti mill- EBA għar -rapportar.

6.4 L- SGD għandhom isegwu dawn l -istruzzjonijiet meta jimlew il- mudell ta’ rapportar:

  • • L- SGD għandhom jipprovdu punteġġ kwalitattiv (1 - 4) għal kull indikatur (kwalitattiv), akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġu stifika l- punteġġ kwalitattiv. Jekk applikabbli, l - SGD għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni kwantitattiva biex jimmotivaw il - punteġġ u jipprovdu data komparabbli għal rieżamijiet bejn il -pari futuri (kwantitattivi).
  • • Meta tkun meħtieġa informazzjoni kwantitattiva flimkien ma’ punteġġ kwalitattiv, l - SGD għandhom isegwu l -istruzzjonijiet fil-linji gwida u l-mudell ta’ rapportar, pereżempju fir -rigward tal-unitajiet ta’ kejl.
  • • Meta SGD ma vvalutatx qasam partikolari, l - SGD għandha tindika dan billi timla “qasa m mhux ittestjat” fil - qasam rilevanti fil -mudell tar-rapportar. Barra minn hekk, l-SGD għandhom jinkludu dikjarazzjoni litterarja li tiddeskrivi r - raġuni għaliex ma ssirx valutazzjoni ta’ ċertu qasam.
  • • Għat -testijiet tal- fajl SCV, meta jiġi rrapportat in -nu mru ta’ istituzzjonijiet uniċi ttestjati, jekk SGD wettqet diversi testijiet tal - fajl SCV ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda, dan jgħodd bħala istituzzjoni unika waħda.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.