+75. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar: (a) it-tipi …

75. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar: (a) it-tipi …

Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu stampa ċara dwar:

  • (a) it-tipi ta’ attivitajiet li l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biħsiebha tieħu, inkluża l - identifikazzjoni tal - linji ta’ negozju prinċipali u mhux prinċipali u tat -tipi ta’ klijenti fil-mira. Din l- analiżi għandha tkun funzjonali biex tiddetermina l -attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni, jew, b’mod konsistenti mal -paragrafu 58, il-kamp ta’ applikazzjoni tal - awtorizzazzjoni, kif ukoll, skont il - każ, id - disponibbiltà ta’ reġimi ta’ awtorizzazzjoni xierqa oħra. Ir - rieżami għandu jipprovdi wkoll lill - awtorità kompetenti b’fehim tal -profil tar- riskju assoċjat, inkluż ir - riskju ta’ ML/TF, u l -imp att fuq ir - rekwiżiti kapitali, il -likwidità u l- ħtiġijiet ta’ finanzjament kif ukoll fuq l - arranġamenti ta’ governanza interna.
  • (b) id- distribuzzjoni ġeografika tal - attivitajiet, inkluż l - eżerċizzju previst tagħhom permezz ta’ sussidjarji u fergħat jew permezz tal- libertà li jiġu pprovduti servizzi fl - UE jew f’pajjiż terz, u l- espansjoni futura ppjanata. B’mod partikolari fejn il -mudell tan- negozju jipprevedi l - użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw jekk l -attivitajiet transfruntiera ppjanati jaqgħux taħt il - “libertà li jiġu pprovduti servizzi” jew id -“dritt tal-istabbiliment”. L - analiżi għandha tappoġġa, fost affarijiet oħra, il - fehim tal -awtoritajiet kompetenti tal- ħtieġa għal kwalunkwe rekwiżit regolatorju ulterjuri biex jinkiseb aċċess għas - swieq fil - mira (eż. notifika ta’ passaport), kwalunkwe riskju regolatorju relatat, u r - raġunament kummerċjali jew finanzjarju għall - istruttura korporattiva u d - distribuzzjoni ġeografika previsti. Dan għandu jkun appoġġat ukoll mil l- analiżi tar - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ ġurisdizzjoni, imwettqa fil - kuntest tal - valutazzjoni tal - istruttura operazzjonali. Meta istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jkollha l - intenzjoni li twettaq parti kbira mill -attivitajiet tagħha barra mill - ġurisdizzjoni fejn tkun issottomettiet l - applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni, l - awtorità kompetenti, skont il - premessa (16) tas - CRD, għandha tivvaluta jekk l- għażla tal - ġurisdizzjoni tal - applikazzjoni għandhiex l - għan li tevita standards regolatorji aktar stretti (eż. fir -rigward tar- reġim tal - AML/CFT) fis - seħħ fi Stat Membru ieħor.
  • (c) l- istrateġija ġenerali, li tesplora r - raġunament tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, kif ukoll l- istrateġija ġenerali tal -grupp meta l- applikant jappartjeni għal grupp. Dan jinkludi fehim xieraq tal - għanijiet strateġiċi, il -motivaturi ewlenin tan- negozju, kwalunkwe vantaġġ kompetittiv identifikat, l -objettivi kwantitattivi u kwalitattivi tal-pjan ta’ direzzjoni tan - negozju, inkluż il - prodott jew is - servizz tal -kumpanija, il- propożizzjoni tal - valur, u l- pożizzjonament tas - suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.