+Linja Gwida 2: Network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont l - Artikolu 3(k)(i) tal -PSD2

Linja Gwida 2: Network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont l - Artikolu 3(k)(i) tal -PSD2

2.1 Waqt il - valutazzjoni dwar jekk l - użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku huwiex limitat fi ħdan network limitat ta’ fornituri ta’ servizz, l - awtoritajiet kompetenti għandhom EBA Public

jikkunsidraw il- kriterji kollha li ġejjin fil - valutazzjoni tal - informazzjoni mogħtija mill - emittent man - notifika sottomessa skont l - Artikolu 37(2) tal - PSD2:

  • a) Ikun konkluż ftehim kuntrattwali dirett għall - aċċettazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament bejn l - emittent tal - istrument ta’ pagament u kull fornitur ta’ oġġetti u servizzi, u, fejn applikabbli, kull aċċettatur, li jopera fi ħdan in - network limitat;
  • b) In- numru massimu previst ta’ fornituri ta’ oġġetti u servizzi li joperaw fi ħdan in - network limitat kif stabbilit mill - emittent fin - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal - PSD2; u
  • c) Il- fornitur joffri oġġetti u servizzi taħt marka komuni li tikkaratterizza n - network limitat u tipprovdi manifestazzjoni viżiva lill -utent tal- istrument ta’ pagament.

2.2 B’mod kumplimentari għall - valutazzjoni skont Linja Gwida 2.1, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, abbażi tad - daqs u l - ispeċifiċità tas - suq tagħhom, l -indikaturi addizzjonali kollha li ġejjin:

  • a) Iż - żona ġeografika speċifika għall - forniment ta’ oġġetti u servizzi, kif stabbilit mill - emittent;
  • b) Il- volum u l - valur tat - tranżazzjonijiet ta’ pagam ent li se jsiru bl- istrumenti ta’ pagament fuq bażi annwali, kif previst mill - emittent;
  • c) L- ammont massimu li se jkun ikkreditat lill - istrumenti ta’ pagament, kif previst mill - emittent;
  • d) In- numru massimu ta’ strumenti ta’ pagament li se jinħarġu, kif previst mill - emittent; u
  • e) Ir- riskji li jaffaċċja l - klijent meta juża l - istrument ta’ pagament speċifiku, kif identifikati mill - emittent.

2.3 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li network limitat ta’ fornituri ta’ servizz jista’ jikkonsisti fi ħwienet fiżiċi biss, fi ħwienet online biss jew f’taħlita ta’ ħwienet fiżiċi u online.

2.4 Waqt li ssir il - valutazzjoni stabbilita f’Linji Gwida 2.1 u 2.2, l- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħmlu distinzjoni bejn it - tipi ta’ ħwienet u m’għandhomx jirrikjedu li t - tip ta’ oġġetti u servizzi offruti fi ħwienet online ikun dipendenti mit - tip ta’ oġġetti u servizzi offruti fil - ħwienet fiżiċi jew vice versa .

2.5 L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jippermettu l - użu tal - istess strument ta’ pagament eskluż skont l - Artikolu 3(k)(i) tal - PSD2 fuq networks limitati differenti ta’ fornituri ta’ servizz. EBA Public

2.6 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jew l - emittent tal - istrument ta’ pagament jew il - fornituri ta’ oġġetti u servizzi jkunu jistgħu jiddelegaw il - konklużjoni tal - ftehim kuntrattwali msemmi fil -Linja Gwida 2.1 lil parti terza li taġixxi f’isimhom rispettivament.

2.7 L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - Linji Gwida 2.1 u 2.2 b’mod restrittiv li ma jippermettix il - possibbiltà li strument ta’ pagament għal skop speċifiku jiżviluppa fi strument ta’ pagament għal skop ġenerali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.