+Linja Gwida 4: Firxa limitata ta’ oġġetti jew servizzi skont l - Artikolu 3(k)(ii) tal -PSD2

Linja Gwida 4: Firxa limitata ta’ oġġetti jew servizzi skont l - Artikolu 3(k)(ii) tal -PSD2

4.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li sabiex l - użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku jitqies bħala limitat għall - akkwist ta’ firxa limitata ħafna ta’ oġġetti jew servizzi skont l- Artikolu 3(k)(ii) tal - PSD2, għandu jkun hemm rabta funzjonali bejn l- oġġetti u/jew is - servizzi li jistgħu jiġu akkwistati bl - istrument ta’ pagament.

4.2. Matul il - valutazzjoni tar - rabta funzjonali bejn l - oġġetti u/jew is - servizzi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li kategorija speċifika ta’ oġġetti u/jew servizzi bi skop komuni tkun ġiet identifikata mill - emittent. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċekjaw jekk l- emittent ikunx identifika l - oġġetti u/jew is - servizzi li jaqgħu taħt il - kategorija speċifika u jekk ikunx iddeskriva r - rabta funzjonali bejniethom fin - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal - PSD2.

4.3. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jista’ jkun hemm rabta funzjonali bejn l - oġġetti u/jew servizzi fiżiċi u diġitali.

4.4. B’mod kumplimentari għall - valutazzjoni skont Linji Gwida 4.1 u 4.2, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, abbażi tad - daqs u l - ispeċifiċità tas - suq tagħhom, l -indikaturi addizzjonali kollha li ġejjin:

  • a) Il- volum u l - valur tat - tranżazzjonijiet ta’ pagament li se jsiru bl - istrumenti ta’ pagament fuq bażi annwali, kif previst mill - emittent;
  • b) L- ammont massimu li se jkun ikkreditat lill - istrumenti ta’ pagament, kif previst mill - emittent; EBA Public
  • c) In- numru massimu ta’ strumenti ta’ pagament li se jinħarġu, kif previst mill - emittent; u
  • d) Ir- riskji li jaffaċċja l - klijent meta juża l -istr ument ta’ pagament speċifiku, kif identifikati mill - emittent.

4.5. L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - Linji Gwida 4.1, 4.2 u 4.4 b’mod restrittiv li ma jippermettix il - possibbiltà li strument ta’ pagament għal skop speċifiku jiżviluppa fi strument ta’ pagament għal skop ġenerali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.