+2.2 Punteġġ fl -SREP
---+32. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġi tar - riskju u tal - vijabbiltà biex …
---+33. Fil- valutazzjoni tal - kategoriji tar - riskju individwali u l - elementi tal -SREP, l- …
---+34. Meta jimplimentaw il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu punteġġ aktar …
---+35. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġi kollha jiġu riveduti b’mod …
---+36. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġi tar - riskju għar - riskji individwali …
---+37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - punteġġ tar - riskju b’mod predominanti …
---+38. Fl- implimentazzjoni ta’ dawn il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeval waw il- …
---+39. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw b’mod separat punteġġi sabiex jiġbru fil - qosor …
---+40. Għall - adegwatezza tal - kapital u l - adegwatezza tal - likwidità, dawn il - punteġġi …
---+41. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw ukoll punteġġ SREP ġenerali f’konformità mal - …
---+42. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġi tal - mudell tan - negozju, tal - …
---+43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġ SREP ġenerali assenjat abbażi tal - …
---+44. Meta l - eżitu tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP jissuġġerixxi li ditta tal - investiment …
|
2.2 Punteġġ fl -SREP
2.2 Punteġġ fl -SREP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
32. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġi tar - riskju u tal - vijabbiltà biex …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġi tar - riskju u tal - vijabbiltà biex jiġbru fil - qosor l - eżiti tal - valutazzjoni ta’ diversi kategoriji u elementi tar - riskju fil - qafas SREP.
|
|
33. Fil- valutazzjoni tal - kategoriji tar - riskju individwali u l - elementi tal -SREP, l- …
|
Fil- valutazzjoni tal - kategoriji tar - riskju individwali u l - elementi tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw firxa ta’ punteġġi – 1 (riskju baxx), 2 (riskju medju baxx), 3 (riskju medju għoli) u 4 (riskju għoli) – li jirriflettu l - perspettiva superviżorja abbażi tat - tabelli tal - punteġġi rilevanti f’kull titolu speċifiku għall - element. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il - “kunsiderazzjonijiet” ta’ akkumpanjament mogħtija f’dawn it - tabelli bħala gwida biex jappoġġaw il - ġudizzju superviżorju (jiġifieri, mhuwiex meħtieġ li d - ditta tal - investiment tissodisfa l - “kunsiderazzjonijiet” kollha marbuta ma’ punteġġ ta’ “1” biex tikseb punteġġ ta’ “1”), u/jew jiżviluppawhom aktar jew iżidu kunsiderazzjonijiet addizzjonali. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġ ta’ “4” biex jirriflettu l - agħar valutazzjoni possibbli (jiġifieri anke jekk il - pożizzjoni tad - ditta tal - investiment tkun agħar minn dik prevista mill - “kunsiderazzjonijiet” għal punteġġ ta’ “4”, xorta għandu jingħata punteġġ ta’ “4”).
|
|
34. Meta jimplimentaw il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu punteġġ aktar …
|
Meta jimplimentaw il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu punteġġ aktar granulari għall - iskopijiet interni tagħhom, bħall - ippjanar tar - riżorsi, dment li jiġi rrispettat il - qafas ta’ punteġġ ġenerali mogħti f’dawn il -linji gwida.
|
|
35. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġi kollha jiġu riveduti b’mod …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġi kollha jiġu riveduti b’mod regolari, tal - inqas bil - frekwenza ddefinita fit - Taqsima 2.4 u mingħajr dewmien żejjed abbażi ta’ sejbiet materjali jew żviluppi ġodda. 2.2.1 Punteġġi tar -riskju
|
|
36. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġi tar - riskju għar - riskji individwali …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw punteġġi tar - riskju għar - riskji individwali għall - kapital f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 6, u punteġġi għar - riskji għal - likwidità u l - finanzjament f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 8. Dawn il -p unteġġi jirrappreżentaw il- probabbiltà li riskju se jkollu impatt prudenzjali sinifikanti fuq id - ditta tal - investiment, wara li titqies il - kwalità tal - kontrolli tar - riskju għat - tnaqqis ta’ dan l - impatt (jiġifieri riskju residwu), iżda qabel ma titqies il - kapaċità tad - ditta tal - investiment li tnaqqas ir - riskju permezz tar - riżorsi tal - kapital jew tal - likwidità disponibbli.
|
|
37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - punteġġ tar - riskju b’mod predominanti …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - punteġġ tar - riskju b’mod predominanti permezz ta’ valutazzjoni tar - riskju inerenti, iżda dawn għandhom jirriflettu wkoll kunsiderazzjonijiet dwar il - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju. B’mod partikolari, l - adegwatezza tal - ġestjoni u tal - kontrolli tista’ tnaqqas jew – f’xi każijiet – iżżid ir - riskju ta’ impatt prudenzjali 11 sinifikanti (jiġifie ri l- kunsiderazzjonijiet relatati mar - riskju inerenti jistgħu jissottovalutaw jew jivvalutaw iżżejjed il - livell tar - riskju skont l - adegwatezza tal - ġestjoni u l - kontrolli).
|
|
38. Fl- implimentazzjoni ta’ dawn il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeval waw il- …
|
Fl- implimentazzjoni ta’ dawn il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jeval waw il- livelli ta’ riskju inerenti u l - kwalità tal - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju b’mod separat (li jirriżultaw f’punteġġi intermedji u netti) jew b’mod aggregat (li jirriżultaw f’punteġġi rar - riskju netti biss). L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu wkoll metodoloġiji ta’ aggregazzjoni għall - aggregazzjoni tar - riskji individwali għall - kapital u l - punteġġi tal - likwidità u tal - finanzjament. 2.2.2 Punteġġi tal -vijabbiltà
|
|
39. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw b’mod separat punteġġi sabiex jiġbru fil - qosor …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw b’mod separat punteġġi sabiex jiġbru fil - qosor il- livell ta’ riskju maħluq fuq il - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment abbażi tal - eżiti tal - valutazzjoni tal - erba’ elementi SREP: - a. il- mudell tan - negozju u l - istrateġija, f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 4;
- b. il- governanza interna u l - kontrolli fid - ditti kollha, f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 5;
- c. l- adegwatezza tal - kapital, f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 7; u
- d. l- adegwatezza tal - likwidità, f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 9.
|
|
40. Għall - adegwatezza tal - kapital u l - adegwatezza tal - likwidità, dawn il - punteġġi …
|
Għall - adegwatezza tal - kapital u l - adegwatezza tal - likwidità, dawn il - punteġġi jirrappreżentaw il- perspettiva superviżorja tal - kapaċità tar - riżorsi tal - kapital u tal - likwidità tad - ditta tal - investiment biex jimmitigaw/ikopru r - riskji individwali għall - kapital u l - likwidità u l - finanzjament, kif stabbilit fit - Titoli 6 u 8.
|
|
41. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw ukoll punteġġ SREP ġenerali f’konformità mal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw ukoll punteġġ SREP ġenerali f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 10. Dan il- punteġġ għandu jiġi assenjat abbażi ta’ ġudizzju superviżorju u għandu jirrappreżenta l - perspettiva superviżorja tal - vijabbiltà ġenerali tad - ditta tal - investiment.
|
|
42. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġi tal - mudell tan - negozju, tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġi tal - mudell tan - negozju, tal - governanza interna u tal - kontrolli, tal - adegwatezza tal - kapital, tal - adegwatezza tal - likwidità u l- punteġġ SREP ġenerali jilħqu l - objettivi li ġejjin: - a. jindika l - probabbiltà li jista’ jkun meħtieġ li jittieħdu miżuri superviżorji sabiex jiġi indirizzat it - tħassib f’konformità mal - kriterji speċifikati fit - Titolu 10;
- b. ja ġixxi bħala skattatur għad - deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu applikati, meta applikabbli, miżuri ta’ intervent bikri f’konformità mal - Linji Gwida tal -EBA dwar l-iskattaturi għall - użu ta’ miżuri ta’ intervent bikri; u
- c. jgħin fil - prijoritizzazzjoni u l -ippja nar ta’ riżorsi superviżorji u l - istabbiliment ta’ prijoritajiet.
|
|
43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġ SREP ġenerali assenjat abbażi tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - punteġġ SREP ġenerali assenjat abbażi tal - perspettiva aggregata tat - theddid mill - elementi tal - SREP jipprovdi indikazzjoni tal - vijabbiltà 12 ġenerali tad - ditta tal - investiment, inkluż jekk id - ditta tal - investiment hijiex qed “tfalli jew probabbilment se tfalli”;
|
|
44. Meta l - eżitu tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP jissuġġerixxi li ditta tal - investiment …
|
Meta l - eżitu tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP jissuġġerixxi li ditta tal - investiment tista’ titqies bħala li “qed tfalli jew probabbilment se tfalli”, l - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw punteġġ ta’ “F” u, meta applikabbli, isegwu l - proċess ta’ djalogu mal - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kif speċifikat fl - Artikolu 32 tad - Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|