+6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+145. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji għall - kapital …
---+146. L- għan ta’ dan it - titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni biex jiġu kkunsidrati għal …
---+147. Dan it - titolu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti bi gwida għall - valutazzjoni tar - …
---+148. Il- paragrafu 147, il- punti (a) sa (c) huma applikabbli għall - valutazzjoni tad - ditti tal …
---+149. It - titolu jidentifika wkoll sett ta’ subkategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ …
---+150. Id- deċiżjoni dwar il - materjalità hija bbażata fuq id - data disponibbli l - aktar reċenti u …
---+151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …
---+152. L- elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill - awtoritajiet kompetenti meta jkunu …
---+153. Għar - Riskju għall - Klijent, għar - Riskju għas - Suq, għar - Riskju għad - Ditta, kif ukoll …
---+154. Fl- implimentazzjoni tagħhom tal - metodoloġiji speċifikati f’dan it - titolu, l - …
---+155. Meta jwettqu l - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is - …
---+156. Għal kull kategorija ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu …
---+157. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni ta’ kull …

6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
145. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji għall - kapital …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji għall - kapital li ġew identifikati bħala materjali għad - ditta tal - investiment. Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi tar - riskji għall - kapital li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom. Biex jagħmlu dan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jingranaw l - għarfien miksub m ill-valutazzjoni ta’ elementi oħrajn tal -SREP, mill- paragun tal - pożizzjoni tad - ditta tal - investiment mal - pari u minn kwalunkwe attività superviżorja oħra. Il - valutazzjoni tar - riskji għall - kapital għandha titwettaq b’mod proporzjonat, jiġifieri billi jiġi aġġustat il - livell ta’ dettall tal - analiżi filwaqt li jitqiesu n - natura, id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment.

146. L- għan ta’ dan it - titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni biex jiġu kkunsidrati għal …

L- għan ta’ dan it - titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni biex jiġu kkunsidrati għal valutazzjoni tar - riskji individwali u l - ġestjoni tar - riskju u l - kontrolli. Mhuwiex maħsub biex ikun eżawrjenti u jagħti lok lill - awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw kriterji addizzjonali oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti abbażi tal - esperjenza tagħhom u l - karatteristiċi speċifiċi tad - ditta tal - investiment.

147. Dan it - titolu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti bi gwida għall - valutazzjoni tar - …

Dan it - titolu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti bi gwida għall - valutazzjoni tar - riskju u l - kostijiet relatati mal - istralċ ordnat potenzjali tad - ditta tal - investiment kif ukoll linji gwida għall - valutazzjoni u l - punteġġ tal - kategoriji tar - riskji li ġejjin għall - kapital fl - attivitajiet kontinwi tad - ditti tal - investiment:

  • a. Riskju għall - Klijent;
  • b. Riskju għas - Suq;

48

  • c. Riskju għad - Ditta;
  • d. riskji oħrajn.
148. Il- paragrafu 147, il- punti (a) sa (c) huma applikabbli għall - valutazzjoni tad - ditti tal …

Il- paragrafu 147, il- punti (a) sa (c) huma applikabbli għall - valutazzjoni tad - ditti tal - investiment ikklassifikati fil - kategoriji 1, 2 jew 3, b’kunsiderazzjoni tal - kamp ta’ applikazzjoni tal - attivitajiet awtorizzati ta’ dawn id - ditti tal - investiment. Meta rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l - paragrafu 147, il- punti (a) u (c) għall - valutazzjoni ta’ ditti tal - investiment żgħar u mhux kumplessi li jissodisfaw i l- kriterji tal - Artikolu 12 tar - Regolament (UE) 2019/2033, filwaqt li titqies ir - rilevanza ta’ ċertu subkategoriji elenkati taħt ir - riskji għall - kapital imsemmija hawn fuq għal dawn id - ditti tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l -i stralċ ordnat ta’ ditta tal - investiment kif ukoll riskji oħrajn, kemm fil - każ tad - ditti tal - investiment kollha soġġetti għall -SREP.

149. It - titolu jidentifika wkoll sett ta’ subkategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ …

It - titolu jidentifika wkoll sett ta’ subkategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ hawn fuq, li għandhom jitqiesu meta jiġu vvalutati r - riskji għall - kapital. Skont il - materjalità ta’ kwalunkwe waħda minn dawn is - subkategoriji għal ditta tal - investiment partikolari, dawn jistgħu jiġu vvalutati u mogħtija punteġġ b’mod individwali.

150. Id- deċiżjoni dwar il - materjalità hija bbażata fuq id - data disponibbli l - aktar reċenti u …

Id- deċiżjoni dwar il - materjalità hija bbażata fuq id - data disponibbli l - aktar reċenti u tista’ tiġi kkomplementata minn ġudizzju superviżorju.

151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala materjali għal ditta tal - investiment speċifika iżda li mhumiex elenkati hawn fuq. Dawk ir- riskji l - oħrajn, li ma jistgħux jiġu attribwiti b’mod raġonevoli għal waħda mit - tliet kategoriji elenkati fil - paragrafu 147, il- punti (a) sa (c), huma kategorija separata ta’ riskji. Dawn li ġejjin jistgħu jgħinu l - proċess ta’ identifikazzjoni:

  • a. motivaturi tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji;
  • b. riskji identifikati fl -ICAR AP jew fit - testijiet tal - istress tad - ditta tal - investiment jekk disponibbli;
  • c. riskji li jirriżultaw mill - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment (inklużi dawk identifikati minn ditti ta’ investiment oħrajn li joperaw mudell tan - negozju simili);
  • d. informazzjoni li toħroġ mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin;
  • e. sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti ta’ awditjar intern jew estern;
  • f. rakkomandazzjonijiet u linji gwida maħruġa mill - EBA, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill - awtoritajiet makroprudenzjali jew il -BERS li huma rilevanti għad - ditta; u
  • g. rapporti ta’ ksur u inċidenti lill - awtoritajiet kompetenti.
152. L- elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill - awtoritajiet kompetenti meta jkunu …

L- elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill - awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jippjanaw l - intensità tal - attività superviżorja tagħhom fir - rigward tal - valutazzjoni ta’ riskju speċifiku.

49

153. Għar - Riskju għall - Klijent, għar - Riskju għas - Suq, għar - Riskju għad - Ditta, kif ukoll …

Għar - Riskju għall - Klijent, għar - Riskju għas - Suq, għar - Riskju għad - Ditta, kif ukoll għar - rekwiżit tal - ispejjeż ġenerali fissi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - konformità ta d- ditta tal - investiment mar - rekwiżiti minimi speċifikati fir - Regolament (UE) 2019/2033. Madankollu, dawn il - linji gwida jippermettu lill - awtoritajiet kompetenti jestendu l - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni lil hinn minn dawk ir - rekwiżiti biex jiffurmaw opinjoni komprensiva dwar ir - riskji għall - kapital. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw sitwazzjonijiet meta ċerti riskji jew elementi ta’ riskju ma jkunux koperti biżżejjed mir - rekwiżiti minimi tal - fondi proprji, minkejja l- konformità mar- rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2019/2033. Pereżempju, id - dewmien minħabba l - użu tal - medja mobbli għal xi Fatturi - K jista’ jnaqqas l - ogħla livelli ta’ attività u l - użu ta’ aġenti marbuta minflok persunal intern jirriżulta f’sottostima tal - ispejjeż. Din il - valutazzjoni għandha tinforma d - determinazzjoni tar - rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji f’konformità mat - taqsima 7.2.1.

154. Fl- implimentazzjoni tagħhom tal - metodoloġiji speċifikati f’dan it - titolu, l - …

Fl- implimentazzjoni tagħhom tal - metodoloġiji speċifikati f’dan it - titolu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l - informazzjoni li ġejja mill - monitoraġġ ta’ indikaturi ewlenin, kif speċifikat fit - Titolu 3. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi oħrajn meta rilevanti għall - finijiet ta’ din il - valutazzjoni.

155. Meta jwettqu l - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is - …

Meta jwettqu l - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is - sorsi ta’ informazzjoni disponibbli kollha, inkluż rapportar regolatorju, rapportar ad hoc, il - metrika u r - rapporti interni tad - ditta tal - investiment (inklużi rapport tal - awditu intern, rappo rti ta’ ġestjoni tar - riskju, informazzjoni mill - ICARAP), rapporti ta’ spezzjoni fuq il - post u rapporti esterni (inklużi l - komunikazzjonijiet tad - ditta tal - investiment lill - investituri, l - aġenziji ta’ klassifikazzjoni). Filwaqt li l - valutazzjoni hija maħsuba li tkun speċifika għal ditta, il- paragun imqabbel mal - pari għandu jiġi kkunsidrat biex tiġi identifikata skopertura potenzjali għar - riskji għall - kapital. Għal tali finijiet, il - pari għandhom jiġu ddefiniti fuq bażi ta’ riskju separat u jistgħu jvarjaw minn dawk identifikati għall - BMA jew analiżijiet oħrajn.

156. Għal kull kategorija ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu …

Għal kull kategorija ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu fil - punteġġ tar - riskju:

  • a. riskju inerenti (skoperturi għar - riskju); u
  • b. il- kwalità u l - effettività tal - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju.
157. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni ta’ kull …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni ta’ kull kategorija ta’ riskju f’sommarju tas - sejbiet li jipprovdi spjegazzjoni tal - motivaturi ewlenin tar - riskju, u punteġġ tar - riskju, kif speċifikat fit - taqsimiet li ġejjin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.