+10.7 Reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni li fiha ma tiġix issodisfata P2G
---+406. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk l - ammont ta’ fondi proprja mistenni …
---+407. Meta l - fondi proprji tad - ditta tal - investiment jonqsu, jew aktarx se jonqsu taħt il - …
---+408. B’mod ġenerali, hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …
---+409. Minkejja risponsi superviżorji partikolari f’konformità mal - paragrafu preċedenti, l - …
|
10.7 Reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni li fiha ma tiġix issodisfata P2G
10.7 Reazzjoni superviżorja għal sitwazzjoni li fiha ma tiġix issodisfata P2G
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
406. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk l - ammont ta’ fondi proprja mistenni …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk l - ammont ta’ fondi proprja mistenni skont il - P2G huwiex stabbilit u miżmum m id- ditta tal - investiment maż - żmien.
|
|
407. Meta l - fondi proprji tad - ditta tal - investiment jonqsu, jew aktarx se jonqsu taħt il - …
|
Meta l - fondi proprji tad - ditta tal - investiment jonqsu, jew aktarx se jonqsu taħt il - livell iddeterminat mill -P2G, l- awtorità kompetenti għandha tistenna li d - ditta tal - investiment tinnotifikaha u tħejji pjan ta’ kapital rivedut. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċertaw li fin - notifika tagħhom, id - ditta tal - investiment tispjega liema konsegwenzi negattivi aktarx se jinfurzawha biex tagħmel dan u liema azzjonijiet huma previsti għar - restawr eventwali ta’ konformità mal - P2G bħala parti minn djalogu superviżorju mtejjeb.
|
|
408. B’mod ġenerali, hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità …
|
B’mod ġenerali, hemm tliet sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati minn awtorità kompetenti li fihom ditta tal - investiment tista’ tonqos milli tissodisfa l - P2G tagħha. - a. Meta l - livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il - livell tal - P2G f’ċirkostanzi speċifiċi għad - ditta tal - investiment jew esterni li fihom ir - riskji li P2G kellha l - għan li tkopri jkunu ġew materjalizzati, l - awtorità kompetenti tista’ tippermetti lid - ditta tal - investiment biex temporanjament topera taħt il - livell tal - P2G dment li l - pjan ta’ kapital rivedut ikun meqjus kredibbli f’konformità mal - kriterji stabbiliti fit - Taqsima 7.7.3. L-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll li taġġusta l - livell tal - P2G meta jkun xieraq.
- b. Meta l - livell ta’ fondi proprji jaqa’ taħt il - livell tal - P2G f’ċirkostanzi speċifiċi għad - ditta tal - investiment jew esterni b’riżultat tal - materjalizzazzjoni tar - riskji li l -P2G ma kellhiex l - għan li tkopri, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jistennew li d - ditta tal - investiment iżżid il - livell tal - fondi proprji għal - livell tal - P2G f’perjodu ta’ żmien xieraq.
- c. Meta d - ditta tal - investiment tinjora l - P2G, ma tinkorporahiex fil - qafas tal - ġestjoni tar - riskji jew ma tistabbilixxix fondi proprji biex tissodisfa l - P2G fil - limiti ta’ żmien stabbiliti f’konformità mal - pargarafu 294 , dan jista’ jwassal biex l - awtoritajiet kompetenti japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali kif stabbilit fit - Taqsimiet 10.3 u 10.5.
Meta l - permess biex topera taħt il - livell tal - P2G kif imsemmi fil - punt (a) ma jkunx ingħata u l- fondi proprji tad - ditta tal - investiment jkunu ripetutament taħt il - livell tal -P2G, l- awtorità kompetenti għandha timponi rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f’konformità mat - Titolu 7.
|
|
409. Minkejja risponsi superviżorji partikolari f’konformità mal - paragrafu preċedenti, l - …
|
Minkejja risponsi superviżorji partikolari f’konformità mal - paragrafu preċedenti, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw ukoll l - applikazzjoni tal - miżuri ta’ kapital u 120 dawk superviżorji addizzjonali stabbiliti fit - Taqsimiet 10.3 u 10.5, meta dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw ir - raġunijiet għalfejn il - fondi proprji qegħdin jaqgħu taħt il - livell iddeterminat mill -P2G.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|