+31. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li …
|
31. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li …
L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li jidentifikaw l - oġġetti li għandhom jiġu inklużi fil -perimetru tat- trasferiment sabiex ikunu jaqblu mal - karatteristiċi tal -kumpanija tal- immaniġġjar tal - assi (KMA) kif definiti mill -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. F’dan ir -rigward, skont l-Artikolu 42(5), punt (c), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk it - trasferiment huwiex meħtieġ biex jimmassimizzaw ir-rikavat tal- likwidazzjoni, għalhekk il -mudell ta’ negozju tal- KMA u l - istrateġija tal - ħruġ m’għandhomx jiġu injorati. B’mod partikolari, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li: - - il-perimetru tat-trasferiment ikun konformi mal-mudell ta’ negozju tal- KMA, jekk ikun diġà twaqqaf, jew iqisu l -mudell ta’ negozju tal- KMA li għandu jiġi s tabbilit. Il-kumpaniji tal-immaniġġjar tal - assi jistgħu jiġu ddisinjati biex ikunu ffukati fuq assi wieħed jew speċjalizzati f’żona ġeografika;
- - speċjalment fil - każ tal - KMA li hija mistennija li tassorbi portafolli u attivitajiet minn istituzzjonijiet differenti, ikun hemm koerenza bejn il-perimetru tat-trasferiment u l-istrateġija tad - disponiment li tiżgura l -massimizzazzjoni tar-rikavati minn likwidazzjoni, tevita l- qerda tal -valur u tiskatta effetti ta’ skala;
- - kemm jista’ jkun, il-perimetru tat-trasferiment jippermetti lill- KMA tilħaq daqs kritiku sabiex tibbenefika minn ekonomiji ta’ skala. Idealment, id- daqs kritiku jenħtieġ li jibqa’ fi ħdan il -proporzjonijiet tas- suq li topera fih;
- - il-perimetru tat- trasferiment ipoġġi lill - KMA f’pożizzjoni li tirkupra valur fit-tul akbar mill-valur tas- suq fid -data tal-valutazzjoni f’konformità mal-paragrafu 32 ta’ dawn il-linji gwida, li jfisser li portafolli bi prospetti negattivi fit- tul jenħtieġ li jitqiesu bir - reqqa.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|