+4.2 Valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet
---+35. Sabiex jiġi appoġġjat ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafi 99 sa 101 tal-linji gwida dwar …
---+36. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il …
---+37. F’konformità mal-paragrafu 100 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet …
---+38. Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà …
---+39. Sabiex jappoġġjaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li …
---+40. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw kunflitti potenzjali ta’ separabbiltà relatati mal …
---+41. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt jistgħu jintużaw is - …
---+42. Minbarra l - immappjar ta’ ekwivalenti ta’ ingaġġ full -time (FTEs) mal-komponenti …
---+43. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet ta’ negozju, bħal …
---+44. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - metodoloġija għad -definizzjoni …

4.2 Valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet

4.2 Valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
35. Sabiex jiġi appoġġjat ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafi 99 sa 101 tal-linji gwida dwar …

Sabiex jiġi appoġġjat ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafi 99 sa 101 tal-linji gwida dwar ir-riżolvibbiltà tal - EBA u biex tiġi żgurata l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment ladarba jiġi separat mill- bqija tal -grupp skont il-paragrafu 13.b ta’ dawn il-linji gwida, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jispjegaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l - analiżi tal - isfond li tappoġġja l-identifikazzjoni tal-informazzjoni koperta mill-paragrafi 15, 16 u 44 tal-linji gwida tar-riżolvibbiltà tal - EBA u li tappoġġja l - ippjanar ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikolari, soġġetti għall - proporzjonalità, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu:

  • - iqassmu l -linji ta’ negozju ewlenin u l- funzjonijiet kritiċi fi proċessi funzjonali7 u jimmappjawhom għal unitajiet organizzattivi kif rilevanti;
  • - jivvalutaw ir-rwol tal-unitajiet organizzattivi u s-servizzi li jipprovdu;
  • - jidentifikaw l- elementi korrispondenti, bħal assi, obbligazzjonijiet, persunal, riżorsi, sistemi u applikazzjonijiet, involuti fl-unitajiet organizzattivi kif rilevanti.

7 Il- proċessi funzjonali jistgħu jiġu definiti bħala l - attivitajiet ta’ kuljum li jappoġġjaw il -linji ta’ negozju.

36. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il -kwistjonijiet potenzjali fis-separazzjoni tal-elementi tal-unitajiet organizzattivi mill-komponenti tal-perimetru tat-trasferiment ewlenin (l- ewwel saff) (kunflitti ta’ separabbiltà), jew minħabba li ma jistgħux jiġu sostitwiti faċilment, minħabba li jistgħu jinvolvu riskji addizzjonali u sproporzjonati, jew minħabba li s -separazzj oni tagħhom tkun subottimali fir -rigward tal- għanijiet ta’ riżoluzzjoni. Il - proċess ta’ identifikazzjoni tal - kunflitti ta’ separabbiltà potenzjali jenħtieġ li jqis l -elementi stabbiliti fil-paragrafi 37 sa 49 ta’ dawn il- linji gwida u jingrana kemm jista’ jkun fuq ix - xogħol ta’ ppjanar ta’ rkupru. L- eżitu jenħtieġ li jikkontribwixxi għad -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment fil- pjan ta’ riżoluzzjoni u l -valutazzjoni tal-fattibilità tal- istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Skont il-firxa tal-interkonnessjonijiet u l- varjetà ta’ xenarji ta’ riżoluzzjoni, il -valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet tista’ ssir fi stadji matul iż - żmien. Interkonnessjonijiet Finanzjarji

37. F’konformità mal-paragrafu 100 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet …

F’konformità mal-paragrafu 100 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jipprovdu lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bl -identifikazzjoni tal-konnessjonijiet salvagwardjati mill-Artikoli 76 sa 80 tad-Direttiva 2014/59/UE.

38. Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà …

Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà tas-servizzi finanzjarji pprovduti mill-perimetru tat-trasferiment jew (ii) jiġu limitati l -instabbiltajiet tal-finanzjament tal- attivitajiet li jridu jitkomplew (inkluż taħt l - għodda tas -separazzjoni tal- assi għall -entità ta’ qabel), il -perimetru tat- trasferiment ewlieni jenħtieġ li, meta jkun possibbli u soġġett għall - paragrafu 41 ta’ dawn il- linji gwida, jiġi ttrasferit bl -obbligi u l-protezzjonijiet finanzjarji konnessi. Għalhekk, fl - ippjanar ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet bi strateġiji ta’ trasferiment inklużi fil - pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom jenħtieġ li:

  • - jidentifikaw rabtiet finanzjarji bejn skoperturi u obbligazzjonijiet barra u fuq il -karta tal-bilanċ u, b’mod partikolari, il - garanziji (inklużi, fejn rilevanti, referenzi għal: l -ambitu8 ; it-tul ta’ żmien; id -drittijiet ta’ terminazzjoni bikrija; il- bidla ta’ kontroll jew klawżoli transversali ta’ inadempjenza; jew liġi applikabbli) mogħtija u garanziji esterni distinti riċevuti u garanziji intragrupp. Il-garanziji intragrupp9 jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod partikolari sabiex jiġi evalwat jekk għandhomx jiġu trasferiti jew ikkanċellati mingħajr ma jikkawżaw tfixkil mhu x mixtieq;
  • - jidentifikaw ħeġġijiet eżistenti li mhumiex diġà maqbuda mis -salvagwardji msemmija hawn fuq;
  • - jidentifikaw l- unitajiet organizzattivi li huma responsabbli għall -forniment tal-finanzjament u l- interkonnessjonijiet kuntrattwali tagħhom ma’ unitajiet oħra, filwaqt li jitqiesu l - dħul u l- ħruġ ta’ flus u l - kapaċità ta’ kontrobilanċ;
  • - jiżviluppaw, meta meħtieġ, arranġamenti li jiżguraw iż - żamma ta’ ftehimiet eżistenti fi u wara r- riżoluzzjoni, il -kontinwità tat- tranżazzjonijiet back -to-back tal-unitajiet separati, l-aċċess għall -muniti mill-unitajiet separati.

Interkonnessjonijiet Legali


8 Bħal, pereżempju, ittri ta’ konfort.

9 Il-garanziji intragrupp, fil-kuntest ta’ dawn il- linji gwida, għandhom jinftiehmu b’mod wiesa’ bħala mekkaniżmi ta’ trasferiment ta’ telf.

39. Sabiex jappoġġjaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li …

Sabiex jappoġġjaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet legali bejn il-perimetru tat-trasferiment ewlieni u l- bqija tal -istituzzjoni inklużi, iżda mhux limitati għal:

  • a. Fil-livell fost l- entitajiet: (i) strumenti ta’ sjieda bejn l -entitajiet; (ii) rabtiet tat-taxxa; (iii) obbligi lejn il-membri kooperattivi l- oħra meta jkun rilevanti; (iv) ir -relazzjoni legali bejn l-entitajiet u kwalunkwe mekkaniżmu ta’ solidarjetà jew skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali (SPI); (v) kuntratti rilevanti bi klawżoli ta’ esklużjoni, bħal impriżi konġunti jew sħubijiet oħra, pereżempju, ma’ kumpaniji tal -assigurazzjoni.
  • b. Fil-livell tal- unitajiet organizzattivi: l - interkonnessjonijiet legali minħabba obbligi ta’ servizz eżistenti skont ftehimiet ta’ livell ta’ servizz jew le, il -kuntratti tal-impjegati u l-ftehim kollettiv10 , u d- dispożizzjonijiet kuntrattwali mehmuża mal -assi u l-obbligazzjonijiet ta’ kull unità.

10 Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar it- Trasferimenti ta’ Impriżi 2001/23/K E (TUPE) u l-Artikolu 34(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, l- awtomatiċità tat -trasferiment tal-kuntratti tal- impjegati tista’ ma tapplikax taħt trasferiment bl - użu ta’ kwalunkwe istituzzjoni tranżitorja, bejgħ ta’ negozju, jew għodod ta’ separazzjoni tal -assi.

40. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw kunflitti potenzjali ta’ separabbiltà relatati mal …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw kunflitti potenzjali ta’ separabbiltà relatati mal -elementi msemmija qabel u jipprovdu lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l - informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiċċaraw l -elem enti li ġejjin:

  • (i) il-konsegwenzi potenzjali tad-definizzjoni tal-perimetru tat- trasferiment fuq l -istruttura tas-sjieda tal- istituzzjoni u fuq l -indipendenza tal-akkwirent;
  • (ii) jekk it-tieni saff tal-perimetru tat- trasferiment jistax jiġi strutturat b’tali mod li ma jwassalx għal telf bla bżonn minħabba raġunijiet ta’ taxxa;
  • (iii) jekk l- arranġamenti kooperattivi humiex meħtieġa jitkomplew u jistgħux jibbenefikaw il - perimetru tat-trasferiment;
  • (iv) jekk is- sħubija fl - SPI, assoċjazzjoni jew arranġamenti simili ta’ solidarjetà tistax xorta titkompla għall -perimetru tat-trasferiment u l-obbligi potenzjali relatati marbuta mal-perimetru tat-trasferiment, billi jiġi vvalutat ukoll, fejn applikabbli, jekk eżenzjonijiet għall - SPI/assoċjazzjoni (bħal dawk previsti skont l-Artikoli 113(7) u 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013) jitkomplewx jew jintemmu f’riżoluzzjoni u x’se jkunu l -implikazzjonijiet;
  • (v) jekk u sa liema punt ir- riskji potenzjali ta’ litigazzjoni (inklużi r - riskji ta’ litigazzjoni li joħorġu mill - azzjoni ta’ ri żoluzzjoni nnifisha taħt il -gwida tal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni) jkunu ta’ piż fuq il - perimetru tat-trasferiment.
41. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt jistgħu jintużaw is - …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt jistgħu jintużaw is - setgħat skont l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2014 /59/UE biex jemendaw jew jikkanċellaw il -kuntratti sabiex jiġi definit aħjar it -tieni saff tal-perimetru tat- trasferiment u jitneħħew interkonnessjonijiet mhux meħtieġa.

Interkonnessjonijiet Operattivi

42. Minbarra l - immappjar ta’ ekwivalenti ta’ ingaġġ full -time (FTEs) mal-komponenti …

Minbarra l - immappjar ta’ ekwivalenti ta’ ingaġġ full -time (FTEs) mal-komponenti tal-perimetru tat-trasferiment (ara l-paragrafu 35 ta’ dawn il-linji gwida), l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar il- kompetenza meħtieġa għat - twettiq tal - attivitajiet inklużi fil -perimetru tat-trasferiment. Finalment, huwa l-fehim tal- kompetenza li se jiddaħħal fil -valutazzjoni tas-sostituzzjoni tal-persunal u l-mitigazzjoni tal-kunflitti tas-separabbiltà.

Interkonnessjonijiet ta’ Negozju

43. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet ta’ negozju, bħal …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet ta’ negozju, bħal kwalunkwe rabta ta’ unità transorganizzazzjonali fejn linja ta’negozju tkun operata permezz ta’ unitajiet organizzattivi multipli jew li d- dħul tagħ hom ikun immexxi mill- attivitajiet eżerċitati minn unitajiet organizzattivi differenti, inklużi sinerġiji jew klijenti ta’ attivitajiet inkroċjati.

44. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - metodoloġija għad -definizzjoni …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - metodoloġija għad -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment fid-dawl tal-interkonnessjonijiet ta’ negozju, sabiex (i) il- perimetru li għandu jiġi ttrasferit lill- KMA ma jaffettwax b’mod negattiv il - konċessjoni ta’ negozju (inklużi l -funzjonijiet kritiċi u l - linji ta’ negozju ewlenin) li tibqa’ mal -istituzzjon i soġġetta għal riżoluzzjoni maħsuba biex titkompla, (ii) jew alternattivament li l- unitajiet li jitħallew mal - istituzzjoni soġġetti għal riżoluzzjoni ma jkunx ta’ detriment għall - konċessjoni ta’ negozju (inklużi l - funzjonijiet kritiċi u l - linji ta’ negozju ewlenin) trasferiti lill-akkwirent(i) potenzjali jew l- Istituzzjoni Tranżitorja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.