+Komponent Metodu Fokus
---+88. Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas …
---+89. Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - …
---+90. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux …
---+91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …
---+92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …
---+93. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
---+94. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet …
---+95. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u …
---+96. Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod …
---+97. F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni …
---+98. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) …
---+99. Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt …
---+100. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
---+101. Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet …
---+102. F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti …
---+103. Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …
---+104. Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma …
---+105. Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - …
---+106. L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn …
---+107. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …
---+108. Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu …
---+109. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …
---+110. Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal …
---+111. Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR …
---+112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …
|
Komponent Metodu Fokus
| Riskju tal - opzjoni (opzjonijiet Inventarju kollha tal b’opzjonijiet - istrumenti | Opzjonijiet komportamentali: Il - volum ta’ ipoteki, kontijiet kurrenti, tfaddil u depożiti fejn il - klijent ikollu l - possibbiltà li jiddevja mill - maturità kuntrattwali; il - volum ta’ impenji bi prelevamenti mill - konsumatur sensittivi għar - rata tal - imgħax. | | awtomatiċi u komportamentali) inkorporati jew espliċiti | Opzjonijiet awtomatiċi għar - rati tal - imgħax: Il - limiti superjuri u inferjuri inkorporati fl - attivi u fil - passivi; swapzjonijiet jew opzjonijiet ta’ prepagament inkorporati f’attivi u passivi bl - ingrossa; u limiti superjuri, inferjuri u swapzjonijiet espliċiti. |
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
88. Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas …
|
Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas kejl wieħed ibbażat fuq l - introjtu mill - imgħax nett flimkien mal - bidliet fil - valur fis - suq li, flimkien, ikopru l - komponenti kollha tal - IRRBB. Istituzzjonijiet kbar b’attivitajiet transfruntiera, b’mod partikolari istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il - Kategoriji 1 u 2 tal - Linji gwida dwar is - SREP, u istituzzjonijiet b’mudelli ta’ negozju kumplessi jew sofistikati, għandhom jużaw bosta metodi ta’ kejl, kif inhu speċifikat aktar fl - Anness II. 4.3.3 Xenarji ta’ xokk għar -rata tal- imgħax għall - ġestjoni kontinwa
|
|
89. Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - …
|
Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - rati tal - imgħax jew ta’ livelli ogħla ta’ IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom ikejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB fil - kuntest tal - kejl differenti tal - IRRBB taħt diversi xenarji ta’ xokk għar - rati tal - imgħax għal bidliet potenzjali fil - livell u fil - forma tal - kurvi tar - rendiment tar - rati tal - imgħax, u għal bidliet fir - relazzjoni bejn rati tal - imgħax differenti (jiġifieri, riskju ta’ bażi).
|
|
90. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux kundizzjonali għall - immudellar tal - fluss tal - flus. Istituzzjonijiet akbar u aktar kumplessi, b’mod partikolari istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il - Kategoriji 1 u 2 tal - Linji Gwida dwar is - SREP, għandhom iqisu wkoll xenarji fejn jiġu kkomputati perkorsi differenti tar - rati tal - imgħax u fejn xi wħud mis - suppożizzjonijiet (eż., rigward l - imġiba, il - kontribut għar - riskju, u d - daqs u l - kompożizzjoni tal - karta bilanċjali) huma nfushom funzjonijiet ta’ livelli ta’ rati tal - imgħax li dejjem jinbidlu.
|
|
91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi pożizzjonijiet. Għall - iskoperturi għal muniti materjali, ix - xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax għandhom ikunu speċifiċi għall - munita u konsistenti mal - karatteristiċi ekonomiċi sottostanti. Taħt is - sistema ta’ kejl intern tal - IRRBB (IMS), ix - xenarji tax - xokk tar - rata tal - imgħax speċifiċi għall - munita, għandhom jiġu kkunsidrati, tal - anqas, għal kull munita fejn il - valur kontabilistiku tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammonta għal 5 % jew aktar tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal - portafoll mhux tan - negozjar, jew anqas minn 5 % jekk is - somma tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil - kalkolu tkun anqas minn 90 % tal - assi finanzjarji totali tal - portafoll mhux tan - negozjar (esklużi l - assi tanġibbli) jew tal - obbligazzjonijiet. Fis - sistemi ta’ kejl interni tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu metodi sabiex jaggregaw l - IRRBB tagħhom f’muniti differenti. Fejn l - istituzzjonijiet jużaw suppożizzjonijiet dwar dipendenzi bejn ir - rati tal - imgħax f’muniti differenti, huma għandu jkollhom il - livell neċessarju ta’ ħiliet u sofistikazzjoni sabiex jagħmlu dan. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l - impatt tas - suppożizzjonijiet dwar dipendenzi bejn ir - rati tal - imgħax f’muniti differenti.
|
|
92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …
|
Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li ġej: - (a) Li x - xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax żviluppati internament minnhom stess ikunu proporzjonali man - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet kif ukoll mal - profil ta’ riskju tagħhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċaqliq u bidliet f’daqqa u gradwali, paralleli u mhux paralleli, fil - kurvi tar - rendiment. Ix - xenarji għandhom ikunu bbażati fuq iċ - ċaqliq storiku u l - imġiba tar - rati tal - imgħax, kif ukoll fuq simulazzjonijiet ta’ rati tal - imgħax futuri;
- (b) Xenarji tar - rati tal - imgħax li jirriflettu bidliet fir - relazzjonijiet bejn ir - rati ewlenin tas - suq sabiex jindirizzaw ir - riskju ta’ bażi;
- (c) Ix - xenarji preskritti ta’ xokk tar - rata tal - imgħax kif imsemmi fil - paragrafu 5 tal - Artikolu 98 tad - Direttiva 2013/36/UE;
- (d) Kwalunkwe xenarju addizzjonali ta’ xokk tar - rati tal - imgħax meħtieġ mis - superviżuri;
- (e) Li l - validità tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni tiġi enfasizzata kif xieraq; u
- (f) F’ambjenti tar - rati tal - imgħax baxxi, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll xenarji tar - rati tal - imgħax negattivi u l - possibbiltà ta’ effetti asimetriċi tar - rati tal - imgħax negattivi fuq l - istrumenti tagħhom li jkunu sensittivi għar - rati tal - imgħax.
|
|
93. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
|
Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - livell maniġerjali xieraq. Dan jinkludi deċiżjonijiet strateġiċi jew tan - negozju, l - allokazzjoni ta’ kapital intern, u d - deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni tar - riskju meħuda mill - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu. Għandhom jitqiesu wkoll ir - riżultati meta jiġu stabbiliti u rieżaminati l - politiki u l - limiti għall - IRRBB. 4.3.4 Xe narji ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax
|
|
94. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet …
|
L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu ttestjar tal - istress rigoruż li jħares ’il quddiem u li jidentifika l - konsegwenzi avversi potenzjali ta’ bidliet severi fil - kundizzjonijiet tas - suq fuq il - kapital jew fl - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq. Għall - finijiet tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu bidliet fl - imġiba tal - bażi tal - klijenti tagħhom . L- ittestjar tal - istress għall - IRRBB għandu jkun integrat fil - qafas globali tal - ittestjar tal - istress tal - istituzzjoni, inkluż l - ittestjar għal stress bl - invers, u għandu jkun proporzjonali man - natura, id - daqs, il - kumplessità, kif ukoll mal - attivitajiet ta’ negozju u l - profil tar - riskju ġenerali.
|
|
95. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u …
|
L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla tar - rati tal - imgħax u ta’ livelli ogħla ta’ IRRBB.
|
|
96. Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod …
|
Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod ċar, xenarji mfassla apposta għan - negozji u r - riskji tal - istituzzjoni, suppożizzjonijiet iddokumentati sew u metodoloġiji sodi.
|
|
97. F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni …
|
F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni tal - IRRBB ma’ kategoriji oħrajn tar - riskju (riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità, riskju tas - suq, eċċ.), kif ukoll kwalunkwe effett materjali indirett.
|
|
98. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) jidentifikaw xenarji tar - rati tal - imgħax li jistgħu jheddu b’mod sever il - kapital u l - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq ta’ istituzzjoni; u (ii) jiżvelaw vulnerabbiltajiet li jirriżultaw mill - istrateġiji tagħha għall -i ħħeġġjar u r - reazzjonijiet potenzjali fl - imġiba tal - klijenti tagħha.
|
|
99. Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt …
|
Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt kundizzjonijiet ta’ stress, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw ċaqliq u bidliet akbar u aktar estremi fir - rati tal - imgħax minn dawk li jintużaw għall - fini tal - ġestjoni kontinwa, inkluż mill - anqas dawn li ġejjin: - a) Bidliet sostanzjali fir - relazzjonijiet bejn rati tas - suq ewlenin (riskju ta’ bażi);
- b) Ċaqliq f’daqqa u sostanzjali fil - kurva tar - rendiment (kemm parallel kif ukoll mhux parallel);
- c) Diżaggregazzjonijiet tas - suppożizzjonijiet ewlenin dwar l - imġiba ta’ klassijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet;
- d) Bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin dwar il - korrelazzjoni bejn ir - rati tal - imgħax;
- e) Bidliet sinifikanti fil - kundizzjonijiet tas - suq u makro kurrenti u fl - ambjent kompetittiv u ekonomiku, u l - iżvilupp possibbli tagħhom; u
- f) Xenarji speċifiċi li jirrigwardaw il - mudell u l - profil tan - negozju individwali tal - istituzzjoni.
|
|
100. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
|
Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - livell maniġerjali xieraq. Dan jinkludi deċiżjonijiet strateġiċi jew tan - negozju, l - allokazzjoni ta’ kapital intern, u d - deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni tar - riskju meħuda mill - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu. Għandhom jitqiesu wkoll ir - riżultati meta jiġu stabbiliti u rieżaminati l - politiki u l - limiti għall - IRRBB.
|
|
101. Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet …
|
Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw, fil - metrika tal - valur ekonomiku, il - limitazzjonijiet assoċjati mal - użu ta’ suppożizzjoni ta’ run - off u l - kapaċità tal - istituzzjoni li tkopri r - riskju tar - rata tal - imgħax fit - tul.
|
|
102. F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti …
|
F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti fuq l - ipprezzar mill - ġdid (eż., limiti massimi u limiti minimi), l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw b’mod prudenti, jekk ikun materjali, l - effett li t - tiġdid ta’ dawn l - istrumenti jkollu meta jiġi sostitwit b’oħrajn b’karatteristiċi komparabbli, irrispettivament mis - suppożizzjoni ta’ run - off. Dan irid isir għal perjodu ta’ żmien prudenti u b’kunsiderazzjoni tal - mudell tan - negozju tal - bank. 4.3.5 Suppożizzjonijiet tal - kejl tal -IRRBB
|
|
103. Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …
|
Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali u tal - immudellar. Dawn is - suppożizzjonijiet għandhom ikunu allinjati mal - istrateġiji ta’ negozju u jiġu ttestjati regolarment. Id - determinazzjoni ta’ dawn is - suppożizzjonijiet għandha ssir b’mod proporzjonat u b’mod partikolari b’kont meħud tal - limiti ta’ materjalità stabbiliti fl - Artikoli 7(12), 8(2), 9(4), 11(3) u 21(1) tal - istandards tekniċi regolatorji previsti fl - Artikolu 84(5) tas -CRD.
|
|
104. Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma …
|
Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma marbuta mal - inflazzjoni jew ma’ fatturi oħrajn tas - suq, għandhom jiġu applikati suppożizzjonijiet prudenti. Dawn is - suppożizzjonijiet jistgħu jkunu bbażati, pereżempju, fuq il - valur kurrenti/l - aktar reċenti osservat, fuq previżjonijiet ta’ istitut ta’ riċerka ekonomika ta’ reputazzjoni tajba jew fuq prattiki tas - suq aċċettati b’mod ġenerali oħrajn (fil - każ tal - inflazzjoni: kurvi tal - aspettattiva ta’ inflazzjoni bil - quddiem, pereżempju).
|
|
105. Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - …
|
Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - pensjoni għandhom jiġu inklużi, diment li r - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax tagħhom ma jkunx irreġistrat f’kejl tar - riskju ieħor.
|
|
106. L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn …
|
L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn applikabbli, iqisu s - suppożizzjonijiet magħmula għall - finijiet tal - kwantifikazzjoni tar - riskju b’relazzjoni għal mill - anqas dawn l - oqsma li ġejjin: - a) L- eżerċitar ta’ opzjonijiet tar - rati tal - imgħax (awtomatiċi jew komportamentali) kemm min - naħa tal - istituzzjoni kif ukoll min - naħa tal - klijent tagħha taħt xenarji speċifiċi ta’ xokk u ta’ stress fuq l - imgħax;
- b) It - trattament tal - bilanċi u l - imgħax li jirriżultaw mill - NMDs;
- c) It - trattament ta’ depożiti ta’ terminu fiss b’riskju ta’ tifdija bikrija;
- d) It - trattament ta’ self b’rata fissa u impenji ta’ self b’rata fissa;
- e) It - trattament tal - ekwità proprja fil - kejl intern tal - valur ekonomiku;
- f) L- implikazzjonijiet tal - prattiki kontabilistiċi għall - kejl tal - IRRBB, u b’mod partikolari l - effettività tal - kontabbiltà għall - iħħeġġjar; u
- g) Il - validazzjoni tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni.
|
|
107. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …
|
Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu matul iż - żmien, l - istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw suppożizzjonijiet sinifikanti tal - kejl mill - anqas darba f’sena, u b’mod aktar frekwenti matul kundizzjonijiet tas - suq li jinbidlu rapidament. - a) Suppożizzjonijiet komportamentali għall - kontijiet tal - klijenti b’opzjonalità inkorporata tal - klijenti għall - fini tal -IRRBB
|
|
108. Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu …
|
Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont: - (a) Tal - impatt potenzjali fuq il - veloċitajiet ta’ prepagament ta’ self attwali u futur li jirriżulta mix - xenarju tar - rati tal - imgħax, mill - ambjent ekonomiku sottostanti u mill - karatteristiċi kuntrattwali. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d - diversi dimensjonijiet li jinfluwenzaw l - opzjonijiet komportamentali inkorporati.
- (b) L- elastiċità tal - aġġustament tar - rati tal - prodotti għall - bidliet fir - rati tal - imgħax tas - suq.
- (c) II- migrazzjoni tal - bilanċi bejn tipi ta’ prodotti b’riżultat ta’ bidliet fil - karatteristiċi, fit - termini u l - kundizzjonijiet tagħhom.
|
|
109. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - valutazzjoni regolari tas - suppożizzjonijiet ewlenin għat - trattament ta’ entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta bilanċjali li jkollhom opzjonijiet inkorporati fil - qafas tagħhom tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax. Dan ifisser li l - istituzzjonijiet għandhom: - (a) Jidentifikaw il - prodotti u l - elementi materjali kollha soġġetti għal opzjonijiet inkorporati li jistgħu jaffettwaw jew ir - rata tal - imgħax iddebitata jew inkella d - data tal - ipprezzar mill - ġdid komportamentali (minflok id - data tal - maturità kuntrattwali) tal - bilanċi rilevanti;
- (b) Ikollhom strateġiji xierqa ta’ pprezzar u ta’ mitigazzjoni tar - riskji (eż., l - użu ta’ derivattivi) sabiex jiġġestixxu l - impatt tal - opzjonalità fi ħdan il - predispożizzjoni għar - riskju, li jistgħu jinkludu penali għat - tifdija bikrija li jiġu ddebitati lill - klijent bħala tpaċija għall - kostijiet ta’ terminazzjoni potenzjali (fejn ikun permess);
- (c) Jiżguraw li l - immudellar ta’ suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali jkun ġustifikabbli b’relazzjoni mad - data storika sottostanti, u bbażat fuq ipoteżi prudenti;
- (d) Ikunu kapaċi juru li għandhom immudellar preċiż (ittestjat b’lura kontra l - esperjenza);
- (e) Iżommu dokumentazzjoni xierqa tas - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u jkollhom proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami;
- (f) Jifhmu s - sensittività tal - outputs tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni għal dawn is - suppożizzjonijiet, inkluż li jwettqu ttestjar tal - istress tas - suppożizzjonijiet u li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet dwar l - allokazzjoni tal - kapital intern; u
- (g) Iwettqu validazzjoni interna regolari ta’ dawn is - suppożizzjonijiet sabiex jivverifikaw l - istabbiltà tagħhom maż - żmien u jaġġustawhom jekk ikun meħtieġ.
|
|
110. Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal …
|
Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal mmudellar komportamentali ħlief jekk ikunu depożiti operazzjonali kif definiti fl - Artikolu 27(1)(a) tar - Regolament ta’ Delega tal -LCR.
|
|
111. Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR …
|
Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR, iżda mhux limitat għall - parti ċentralizzata, u għal dawk b’restrizzjonijiet ekonomiċi jew fiskali materjali f’każ ta’ ġbid, id - data preżunta tal - ipprezzar mill - ġdid komportamentali għad - depożiti fil - livell tal - konsumatur u għad - depożiti fil - livell tal - operaturi minn klijenti mhux finanzjarji u depożiti operazzjonali msemmija fil - paragrafu 110, mingħajr l - ebda data speċifika tal - ipprezzar mill - ġdid (depożiti mingħajr maturità), għandha tiġi ristretta għal data medja ponderata massima tal - ipprezzar mill - ġdid ta’ 5 snin. Il - limitu massimu ta’ 5 snin japplika għall - ammont sħiħ (jiġifieri, ta’ bażi u ġenerali) tal - portafoll aggregat ta’ dawk id - depożiti u separatament għal kull munita.
|
|
112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …
|
Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ pprezzar mill - ġdid għall - iskopijiet ta’ ġestjoni tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom: - (a) Ikunu kapaċi jidentifikaw bilanċi “ewlenin” – jiġifieri, depożiti li jkunu stabbli u li x’aktarx ma jiġux ipprezzati mill - ġdid anke taħt bidliet sinifikanti fl - ambjent tar - rata tal - imgħax, u/jew depożiti oħrajn li l - elastiċità limitata tagħhom għal bidliet fir - rata tal - imgħax tista’ tiġi mmudellata mill - banek.
- (b) Is - suppożizzjonijiet tal - immudellar għal dawn id - depożiti għandhom jirriflettu l - karatteristiċi tad - depożitur (eż., bl - imnut/bl - ingrossa) u l - karatteristiċi tal - kont (eż., tranżazzjonali/mhux tranżazzjonali). Hawn taħt tista’ tinstab deskrizzjoni ta’ livell għoli tal - kategoriji deskritti hawn fuq:
- i. Depożiti tranżazzjonali bl - imnut jinkludu kontijiet mingħajr imgħax u kontijiet oħrajn bl - imnut li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ma huwiex rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
- ii. Depożiti tranżazzjonali mhux bl - imnut jinkludu kontijiet bl - imnut (inklużi dawk regolati) li l - komponent ta’ remunerazzjoni tagħhom ikun rilevanti fid - deċiżjoni tal - klijent li jżomm xi flus fil - kont.
- iii. Depożiti bl - ingrossa jinkludu kontijiet minn klijenti korporattivi u klijenti bl - ingrossa oħrajn, bl - esklużjoni ta’ kontijiet interbankarji jew kontijiet oħrajn kompletament sensittivi għall - prezz.
- (c) Jivvalutaw il - migrazzjoni potenzjali bejn depożiti mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid u depożiti oħrajn li, taħt xenarji differenti ta’ rati tal - imgħax, jistgħu jimmodifikaw suppożizzjonijiet ewlenin komportamentali tal - immudellar.
- (d) Jikkunsidraw ir - restrizzjonijiet potenzjali fuq l - ipprezzar mill - ġdid tad - depożiti fil - livell tal - konsumatur f’ambjenti b’rati tal - imgħax baxxi jew negattivi u l - effett li tali restrizzjonijiet jista’ jkollhom fuq l - istabbiltà tad - depożiti f’xenarji differenti tar - rati tal - imgħax.
- (e) Jiżguraw li s - suppożizzjonijiet dwar it - tnaqqis tal - bilanċi ewlenin jew il - bilanċi mmudellati oħrajn jkunu prudenti u xierqa fl - ibbilanċjar tal - benefiċċji bi tqabbil mal - introjtu mill - imgħax nett kontra r - riskju addizzjonali għall - valur ekonomiku involut fl - iffissar ta’ redditu futur fuq ir - rata tal - imgħax fuq l - assi ffinanzjati minn dawn il - bilanċi, u d - dħul potenzjali mitluf f’ambjent b’rati tal - imgħax li jkunu qegħdin jogħlew.
- (f) Jenfasizzaw l - importanza ta’ metodi statistiċi jew kwantitattivi sabiex jiddeterminaw id - dati tal -i pprezzar mill - ġdid komportamentali u l - profil tal - fluss tal - flus tal - NMDs, id - determinazzjoni ta’ suppożizzjonijiet xierqa ta’ mmudellar għall - NMDs tista’ teħtieġ (jiġifieri, f’perspettiva li tħares ’il quddiem) il - kontribuzzjoni komplementari minn esperti differenti fi ħdan istituzzjoni (eż., id - dipartiment tal - ġestjoni tar - riskju u l - kontroll tar - riskju, il - bejgħ u t - teżor).
- (g) Ikollhom dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami.
- (h) Jifhmu l - impatt tas - suppożizzjonijiet fuq l - outputs proprji magħżula tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni u fuq id - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital, inkluż billi perjodikament jikkalkolaw analiżijiet tas - sensittività fuq parametri ewlenin (eż., perċentwal u maturità tal - bilanċi ewlenin fuq il - kontijiet u r - rata pass - through) u fuq il - kejl li jużaw termini kuntrattwali minflok suppożizzjonijiet komportamentali, sabiex jiżolaw l - impatt tas - suppożizzjonijiet dwar il - kejl tal - IRRBB differenti.
- (i) Iwettqu ttestjar tal - istress sabiex jifhmu s - sensittività tal - kejl magħżul tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet interni dwar l - allokazzjoni tal - kapital.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|