+1. Kampjun ta’ istituzzjonijiet u ditti ta’ investiment li għandhom jiġu inklużi fl - eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tad- diversità
---+12. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru u jissottomettu lill -EBA data dwar il - prattiki …
---+13. Il - kampjun għandu jikkonsisti f’istituzzjonijiet soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE u ditti …
---+14. L- EBA se tavviċina lill - awtoritajiet kompetenti fi żmien xieraq qabel kull eżerċizzju ta’ …
---+15. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill - istituzzjonijiet u lid - ditti ta’ …

1. Kampjun ta’ istituzzjonijiet u ditti ta’ investiment li għandhom jiġu inklużi fl - eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tad- diversità

1. Kampjun ta’ istituzzjonijiet u ditti ta’ investiment li għandhom jiġu inklużi fl - eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tad- diversità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru u jissottomettu lill -EBA data dwar il - prattiki …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru u jissottomettu lill -EBA data dwar il - prattiki tad - diversità, inkluż dwar il - politiki dwar id - diversità u d - differenza fil - pagi bejn il - ġeneri fil - livell tal - korp ta’ ġestjoni għal kampjun rappreżentattiv ta’ istituzzjonijiet u ditti ta’ investiment fi ħdan l - Istat Membru fuq bażi individwali kif speċifikat fl - annessi ppubblikati separatament.

13. Il - kampjun għandu jikkonsisti f’istituzzjonijiet soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE u ditti …

Il - kampjun għandu jikkonsisti f’istituzzjonijiet soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE u ditti ta’ investiment li jew huma soġġetti għar - rekwiżiti dwar il - governanza skont l - Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE, f’konformità mal - Artikolu 1(2) jew (5) tar - Regolament (UE) 2019/2033 (Klassi 1), jew soġġetti għall - Artikolu 26 tad- Direttiva (UE) 2019/2034 (Klassi 2). Il - kampjun jista’ jinkludi aktar minn istituzzjoni waħda jew ditta ta’ investiment waħda fi ħdan grupp, b’mod partikolari, meta jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. L - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx iżidu d - ditti ta’ investiment mal - kampjun meta jkunu pprovdew awtorizzazzjoni lid - ditta ta’ investiment ġestita minn persuna fiżika waħda skont l - Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

14. L- EBA se tavviċina lill - awtoritajiet kompetenti fi żmien xieraq qabel kull eżerċizzju ta’ …

L- EBA se tavviċina lill - awtoritajiet kompetenti fi żmien xieraq qabel kull eżerċizzju ta’ ġbir tad - data u se tipprovdi aktar informazzjoni dwar kif għandu jiġi ddeterminat il - kampjun ta’ istituzzjonijiet u ditti ta’ investiment li għalihom għandha tinġabar id - data . Wara t - talba, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill - EBA dwar il - lista ta’ istituzzjonijiet u ditti ta’ investiment li beħsiebhom jinkludu fl - eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal - prattiki tad - diversità, fl - iskeda ta’ żmien mogħtija mill -EBA.

15. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill - istituzzjonijiet u lid - ditti ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill - istituzzjonijiet u lid - ditti ta’ investiment li jifformaw parti mill - kampjun fi żmien xieraq qabel il - ġbir tad - data , u mill - inqas tliet xhur qabel ma tintalab is - sottomissjoni tad - data .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.