+4. Rekwiżiti għall - istituzzjonijiet finanzjarji għas -sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika
---+13. Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jiskopru kwalunkwe ineżattezza jew żball fid - data …
---+14. Il- korrezzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill - ġdid lill - awtoritajiet għandhom …
---+15. Fejn l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data …
---+16. Fejn żbalji, ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data attwali jaffettwaw ukoll id …
---+17. Meta l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data rrapportata bi …
---+18. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw frekwenzi ta’ rapportar ogħla bħala miżura …
---+19. Fejn żbalji, ineżattezzi u korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data storika sa sena …
---+20. L- obbligu għall - istituzzjonijiet finanzjarji li jikkoreġu d - data attwali u storika għal …
---+21. Fejn meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet …
---+22. Skont il- valutazzjoni proprja tal - istituzzjonijiet finanzjarji tal - materjalità tal - …
---+23. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - kapaċitajiet tekniċi biex jissottomettu u …
---+24. L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data …

4. Rekwiżiti għall - istituzzjonijiet finanzjarji għas -sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika

4. Rekwiżiti għall - istituzzjonijiet finanzjarji għas -sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
13. Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jiskopru kwalunkwe ineżattezza jew żball fid - data …

Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jiskopru kwalunkwe ineżattezza jew żball fid - data storika rrapportata, jenħtieġ li jintroduċu korrezzjonijiet fid - data diġà rrapportata, li jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed.

14. Il- korrezzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill - ġdid lill - awtoritajiet għandhom …

Il- korrezzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill - ġdid lill - awtoritajiet għandhom jinkludu kemm l - elementi fejn ikunu ġew skoperti l - iżbalji kif ukoll id - data relatata kollha affettwata mill - korrezzjonijiet fl - istess rapporti jew f’rapporti relatati. Id - data kkoreġuta għandha tikkonforma mar- regoli ta’ validazzjoni kollha, anki fil - moduli ta’ rapportar u fil - ġerarkiji ta’ validazzjoni.

15. Fejn l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data …

Fejn l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data attwali, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jerġgħu jissottomettu d - data attwali kkoreġuta lill - awtoritajiet kompetenti jew tar - riżoluzzjoni.

16. Fejn żbalji, ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data attwali jaffettwaw ukoll id …

Fejn żbalji, ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data attwali jaffettwaw ukoll id - data storika, l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom, minbarra li jerġgħu jissottomettu d - data attwali kkoreġuta, jissottomettu mill - ġdid id - data storika affettwata għad - dati ta’ referenza kif ipprovdut hawn taħt skont il - frekwenza tar - rappurtar affettwat:

  • a. għad - data rrapportata bi frekwenza annwali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill- inqas sena kalendarja waħda (data ta’ referenza waħda minbarra d - data ta’ referenza tad - data attwali);
  • b. għad - data rrapportata bi frekwenza semiannwali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill - inqas sena kalendarja waħda (żewġ dati ta’ referenza minbarra d -data ta’ referenza tad - data attwali);
  • c. għad - data rrapportata bi frekwenza trimestrali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill- inqas sena kalendarja waħda (erba’ dati ta’ referenza minbarra d - data ta’ referenza tad- data attwali);
  • d. għad - data rrapportata bi frekwenza ta’ kull xahar, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill - inqas sitt xhur kalendarji (mill - inqas sitt dati ta’ referenza minbarra d - data ta’ referenza tad - data attwali li għandha tiġi sottomessa mill - ġdid) u, fejn id - data ta’ tmiem is - sena kalendarja preċedenti ma tkunx koperta minn dawn is - sitt xhur kalendarji, għandhom jissottomettu mill - ġdid ukoll id - dati ta’ referenza kollha sal -a ħħar tas- sena kalendarja preċedenti.
17. Meta l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data rrapportata bi …

Meta l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data rrapportata bi frekwenza ta’ kull xahar jaffettwaw ukoll l - istess data jew data relatata rrapportata bi frekwenza differenti, l - istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jikkoreġu u jissottomettu mill - ġdid ukoll id - data relatata għad - dati ta’ referenza li jaqgħu fil - perjodu kopert mis -sottomissjoni mill- ġdid tad - data kkoreġuta ta’ kull xahar.

18. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw frekwenzi ta’ rapportar ogħla bħala miżura …

Fejn l - awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw frekwenzi ta’ rapportar ogħla bħala miżura superviżorja f’konformità mal - Artikolu 104(1) ittra (j) tad - Direttiva 2013/36/UE jew l - Artikolu 39(2) ittra (j) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika f’konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fil - paragrafu 16 tal-Linji Gwida filwaqt li jassumu li l - frekwenzi ta’ rapportar ikunu l - frekwenza regolari tar - rekwiżit ta’ rapportar skont il- qafas ta’ rapportar ta l-EBA.

19. Fejn żbalji, ineżattezzi u korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data storika sa sena …

Fejn żbalji, ineżattezzi u korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data storika sa sena kalendarja waħda qabel id - data attwali, b’deroga mill - paragrafu 16, l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid id - data storika kkoreġuta għad - data ta’ referenza fejn ikun seħħ l - iżball u għad - dati ta’ referenza kollha sad - data attwali jew sad - data ta’ referenza meta d- data titqies bħala korretta.

20. L- obbligu għall - istituzzjonijiet finanzjarji li jikkoreġu d - data attwali u storika għal …

L- obbligu għall - istituzzjonijiet finanzjarji li jikkoreġu d - data attwali u storika għal data ta’ referenza speċifika ma jitnaqqasx biż - żmien u l - istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jieħdu azzjoni f’konformità ma’ dawn il - Linji Gwida mingħajr dewmien żejjed. Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jkomplu jissottomettu mill- ġdid data għal dati ta’ referenza aktar tard, xorta għandhom jaġġornaw id - data storika ta’ dak iż - żmien, ladarba jkun ġie identifikat obbligu ta’ sottomissjoni mill- ġdid f’konformità ma’ dawn il-Linji Gwida.

21. Fejn meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet …

Fejn meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplimentaw id - data storika sottomessa mill - ġdid bi spjegazzjonijiet xierqa tal - korrezzjonijiet u r - raġunijiet relatati.

22. Skont il- valutazzjoni proprja tal - istituzzjonijiet finanzjarji tal - materjalità tal - …

Skont il- valutazzjoni proprja tal - istituzzjonijiet finanzjarji tal - materjalità tal - korrezzjonijiet, u fejn mhux meħtieġ b’mod espliċitu mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jissupplimentaw id - data storika sottomessa mill - ġdid bi spjegazzjonijiet xierqa tal - korrezzjonijiet u r - raġunijiet jew jissottomettu mill - ġdid data storika għal aktar dati ta’ referenza meta mqabbla mar - rekwiżiti stabbiliti fil - paragrafu 16.

23. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - kapaċitajiet tekniċi biex jissottomettu u …

L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - kapaċitajiet tekniċi biex jissottomettu u jissottomettu mill - ġdid id - data rilevanti bl - użu tal - format tekniku meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni.

24. L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data …

L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data storika kif previst fil - paragrafu 16 tal-Linji Gwida fis- sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. fejn it - tweġibiet għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet dwar il - Ġabra Unika tar - Regoli tal -EBA2 (li tkopri mistoqsijiet tekniċi kemm dwar ir - rapportar kif ukoll dwar il - politika) jipprevedu b’mod ċar li d - dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew ir - rekwiżiti ta’ rapportar tqiesu bħala mhux preċiżi u l - kjarifiki ta’ tali rekwiżiti regolatorji pprovduti fit - Tweġibiet se jeħtieġu bidliet fid - data rrapportata. F’każijiet bħal dawn, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw il - bidliet rilevanti biss għal data futura għad - dati ta’ referenza wara l- pubblikazzjoni tat - tweġiba għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet.

Din l- eżenzjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 28 tal- Linji Gwida. Huwa nnotat ukoll li l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - approċċ ġenerali għas - sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika kif stabbilit fil- Linji Gwida għat - tweġibiet l - oħra kollha għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet, fejn il - korrezzjonijiet għad - data huma mistennija mit - Tweġiba;

  • b. meta bħala parti mill - proċess ta’ validazzjoni tad - data u ta’ assigurazzjoni tal - kwalità l - korrezzjonijiet jaqgħu fi ħdan il - limiti ta’ tolleranza definiti permezz tar - regoli ta’ arkivjar miftiehma3 , u għalhekk l - awtoritajiet kompetenti, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l - EBA jqisu d - data sottomessa mill - istituzzjonijiet finanzjarji bħala preċiża biżżejjed.

2 https://www.eba.europa.eu/single - rule -book-qa

3 Ara l- paġna web tal - Oqfsa ta’ Rapportar tal -EBA: https://www.eba.europa.eu/risk -analysis-and- data/reporting - frameworks

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.