+5. Kriterji relatati mal-istandardizzazzjoni
---+50. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-awtoritajiet kompetenti …
---+51. Għall -finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26c(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+52. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+53. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li …
---+54. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-limiti massimi jew minimi …
---+55. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+56. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li jkun …
---+57. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, minbarra l-iskattaturi …
---+58. Għall -fini tal-Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, ladarba …
---+59. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards …
---+60. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- proċeduri …
---+61. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- fiduċjarju …
---+62. Sabiex jiġi ddeterminat jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ …
---+63. Jenħtieġ li ġestur jitqies bħala li għandu l - għarfien espert meħtieġ meta tapplika waħda jew …
---+64. Għall -finijiet li jintwera n-numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l- għarfien espert …
---+65. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-interpretazzjoni …
---+66. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur jenħtieġ li …
---+67. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id- dispożizzjonijiet tad - …
---+68. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn jeżistu …
|
5. Kriterji relatati mal-istandardizzazzjoni
Konformità mar - rekwiżiti tar - ritenzjoni tar - riskju (l - Artikolu 26c(1) tar - Regolament (UE) 2017/2402)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
50. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-awtoritajiet kompetenti …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l -Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jik kooperaw mill- qrib f’konformità mal-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti. Mitigazzjoni xierqa tar - riskji tal - imgħax u tal - munita (l - Artikolu 26c(2) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Derivattivi
|
|
51. Għall -finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26c(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
|
Għall -finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26c(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi fil- pula ta’ skoperturi sottostanti li sempliċement fihom komponent derivattiv li jservi esklussivament għall - iskop ta' ħħeġġjar dirett tar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax jew tar - riskju tal-kambju tal-iskopertura sottostanti rispettiva fiha innifisha, li mhumiex huma stess derivattivi, m’għandhomx jinftiehmu li huma projbiti. Standards komuni fil-finanzi internazzjonali
|
|
52. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards komuni fil- finanzi internazzjonali għandhom jinkludu l -ISDA jew standards ta’ dokumentazzjoni nazzjonali stabbiliti simili. Pagamenti tal - imgħax referenzjati (l - Artikolu 26c(3) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Rati tal- imgħax referenzjati
|
|
53. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li għandhom jiġu kkunsidrati bħala bażi ta’ referenza adegwata għall - pagamenti ta' mgħax imsemmija jenħtieġ li jinkludu dan kollu li ġej: - a. ir- rati interbankarji inklużi Libor, Euribor u parametri referenzjarji rikonoxxuti oħra;
- b. rati tal- imgħax ta’ referenza stabbiliti oħrajn bħal €STR, SONIA, SOFR u TONA;
- c. rati stabbiliti mill-awtoritajiet tal- politika monetarja, inkluż ir -rati tal-fondi u r-rati ta’ skont tal- banek ċentrali;
- d. rati settorjali li jirriflettu l-kost tal- fondi ta’ mutwanti, inklużi rati varjabbli standard u rati ta’ mgħax interni li jirriflettu b’mod dirett l - ispejjeż tas - suq tal -finanzjament ta’ bank jew subsett ta’ istituzzjonijiet, sal-punt li tkun ipprovduta bi żżejjed data lill- investituri biex ikunu jistgħu jevalwaw ir -relazzjoni tar-rati settorjali ma’ rati oħra tas - suq.
Formuli u derivattivi kumplessi
|
|
54. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-limiti massimi jew minimi …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-limiti massimi jew minimi tar-rati tal- imgħax ma għandhomx jinftiehmu li jikkostitwixxu formula jew derivattivi kumplessi. Rekwiżiti wara l - avviż ta’ infurzar (l - Artikolu 26c(4) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Ammont maqbud fl -SSPE
|
|
55. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammont ta’ flus kontanti li għandu jitqies bħala maqbud fl - SSPE għandu jiġi ddeterminat kif stabbilit fid-dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.
|
|
56. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li jkun …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li jkun permissibbli li l - flus kontanti fl- SSPE jiġu ntraċċati fil - forma ta’ fond ta’ riżerva għall - użu futur, dment li l - użu tal - fond ta’ riżerva jkun limitat esklussivament għall -finijiet stabbiliti fl-Artikolu 26c(4), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir- Regolament inkluż ir -ripagament ordnat lill-investituri. Allokazzjoni tat - telf u amortizzament tas - segmenti (l - Artikolu 26c(5) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Skattaturi
|
|
57. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, minbarra l-iskattaturi …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, minbarra l-iskattaturi minimi meħtieġa, il - partijiet għat - tranżazzjoni jistgħu jaqblu li jinkludu skattaturi oħra relatati mal - prestazzjoni. L- okkorrenza ta’ avveniment skattatur għal kwalun kwe skattaturi relatati mal-prestazzjoni bħal dawn jenħtieġ li twassal għall -amortizzazzjoni tas-segmenti ta’ titolizzazzjoni li jerġgħu lura għal pagament sekwenzjali f’ordni ta’ anzjanità, irrispettivament minn jekk japplikawx skattaturi oħra jew le. Riverżjoni għal amortizzament mhux sekwenzjali
|
|
58. Għall -fini tal-Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, ladarba …
|
Għall -fini tal-Artikolu 26c(5), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, ladarba r-riverżjoni tal - amortizzament għall - pagament sekwenzjali tiġi applikata bħala konsegwenza tal - ksur ta’ kwalunkwe skattatur relatat mal- prestazzjoni, jenħtieġ li ma tkunx permessa riverżjoni ulterjuri lura għal amortizzament mhux sekwenzjali f’konformità mad -dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. Dokumentazzjoni tat - tranżazzjoni (l - Artikolu 26c(7) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Standards tal- Ġestjoni
|
|
59. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ ġestjoni jenħtieġ li jinftiehmu bħala standards relatati mal - ġestjoni speċifikati fid - dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni li jridu jiġu ssodisfati matul il - ħajja tat- tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni. Proċeduri ta’ ġestjoni
|
|
60. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- proċeduri …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- proċeduri ta’ ġestjoni għandhom jinftiehmu bħala proċeduri attwali meħtieġa biex tiġi żgurata l -konformità mal-istandards tal- ġestjoni. Il - proċeduri jistgħu jiġu adattati matul il - ħajja tat - tranżazzjon i ta’ titolizzazzjoni sakemm jibqgħu jiġu ssodisfati l - istandards ta’ ġestjoni. Kontropartijiet ta’ tranżazzjoni
|
|
61. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- fiduċjarju …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- fiduċjarju u l - aġent ta’ verifika ta’ parti terza għandhom dejjem ikunu differenti mill - ġestur, l -investitur u l-oriġinatur. L - aġent ta’ verifika ta’ parti terza jenħtieġ li jissodisfa wkoll ir - rekwiżiti speċifikati fil - paragrafu73. Għarfien espert u rekwiżiti ta’ ġestjoni tal - ġestur (l - Artikolu 26c(8) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Kriterji biex ikun determinat l- ġħarfien espert tal - ġestur
|
|
62. Sabiex jiġi ddeterminat jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ …
|
Sabiex jiġi ddeterminat jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati skont l -Artikolu 26(8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li japplikaw dawn li ġejjin: - a. il-membri tal- korp maniġerjali tal - ġestur u l - persunal ta’ livell għoli, għajr membri tal- korp maniġerjali, responsabbli mill - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati għandu jkollhom għarfien u ħiliet adegwati fil - ġestjoni ta’ skoper turi ta’ natura simili għal dawk titolizzati;
- b. kwalunkwe wieħed mill - prinċipji li ġejjin dwar il -kwalità tal- għarfien espert għandu jitqies fid -determinar tal- għarfien espert:
| i. | ir-rwol u d-dmirijiet tal-membri tal- korp maniġerjali u tal -persunal superjuri u l- kapaċitajiet meħtieġa għandhom ikunu adegwati; | | ii. | l-esperjenza tal-membri tal- korp maniġerjali u l - persunal ta’ livell għoli miksuba f'pożizzjonijiet preċedenti, l -edukazzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu biżżejjed; | | iii. | l-involviment tal-membri tal- korp maniġerjali u l - persunal ta’ livell għoli fi ħdan l -istruttura ta’ governanza tal- funzjoni ta’ ġestjoni tal -iskoperturi għandu jkun xieraq; | | iv. | fil- każ ta’ entità regolata b’mod prudenti, l -awtorizzazzjonijiet regolatorji jew il- permessi miżmuma mill - entità għandhom jitqiesu rilevanti għall - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ simili għal dawk titolizzati. |
|
|
63. Jenħtieġ li ġestur jitqies bħala li għandu l - għarfien espert meħtieġ meta tapplika waħda jew …
|
Jenħtieġ li ġestur jitqies bħala li għandu l - għarfien espert meħtieġ meta tapplika waħda jew l - oħra minn dawn li ġejjin: - a. in-negozju tal-entità, jew tal- grupp konsolidat li għalih tappartjeni l - entità għal finijiet ta’ kontabilità jew prudenzjali, ikun inkluda l- oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati, għal mill - inqas ħames snin;
- b. meta r- rekwiżit imsemmi fil - punt (a) ma jiġix issodisfat, dan jikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:
| i. | tal- inqas tnejn mill -membri tal- korp maniġerjali jkollhom esperjenza professjonali rilevanti fil- ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill - inqas ħames snin; | | ii. | persunal ta’ livell għoli, għajr membri tal - korp maniġerjali, li huma responsabbli mill- immaniġġar tal - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati tal - entità, għandhom esperjenza professjonali relevanti fil- ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill- inqas ħames snin. | | iii. | il- funzjoni ta’ ġestjoni tal - entità hija appoġġata minn ġestur ta’ riżerva konformi mal-punt (a). |
|
|
64. Għall -finijiet li jintwera n-numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l- għarfien espert …
|
Għall -finijiet li jintwera n-numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l- għarfien espert rilevanti għandu jiġi żvelat f’biżżejjed dettall u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli biex l- investituri jkunu jistgħu jwettqu l -obbligi tag ħhom imsemmija fl -Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Skoperturi ta’ natura simili
|
|
65. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-interpretazzjoni …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-interpretazzjoni tat-terminu “skoperturi ta’ natura simili” jenħtieġ li ssegwi l -interpretazzjoni pprovduta fil-paragrafu 37. Politiki, proċeduri u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju ddokumentati sew u adegwati
|
|
66. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur jenħtieġ li …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur jenħtieġ li jitqies li jkollu “politiki, proċeduri u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju dokumentati sew u adegwati relatati mas-servizzjar tal- iskoperturi” meta tiġi ssodisfata waħd a mill- kundizzjonijiet li ġejjin: - a. il- ġestur huwa entità soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali u kapitali fl- Unjoni u tali awtorizzazzjonijiet jew permessi regolatorji huma meqjusa rilevanti għall - ġestjoni;
- b. il- ġestur huwa entità li mhijiex soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali u kapitali fl- Unjoni, u tiġi pprovduta prova tal - eżistenza ta’ politiki u kontrolli tal- ġestjoni tar -riskju dokumentati sew u adegwati, li tinkludi wkoll prova ta’ aderenza ma’ prattiki tajba tas- suq u kapaċitajiet ta’ rappurtar. Il - prova għandha tkun sostanzjata minn rieżami xieraq minn parti terza, bħal pereżempju minn aġenzija tal -klassifikazzjoni tal-kreditu jew awditur estern.
Riżoluzzjoni f’waqtha tal - kunflitti bejn l - investituri (l - Artikolu 26c(10) tar - Regolament (UE) 2017/2402) Dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir - riżoluzzjoni f'waqtha tal -kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri
|
|
67. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id- dispożizzjonijiet tad - …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id- dispożizzjonijiet tad - dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni li “jiffaċilitaw ir - riżoluzzjoni f’waqtha tal -kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri” għal tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma’ aktar minn investitur wieħed għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin: - a. il- metodu biex jissejħu laqgħat jew jiġu organizzati sejħiet għall -konferenzi;
- b. il- perjodu ta’ żmien massimu biex tkun organizzata laqgħa jew biex tkun imsejħa konferenza;
- c. il- kworum meħtieġ;
- d. il- limitu minimu ta’ voti biex tiġi vvalidata deċiżjoni bħal din, b’differenzjar ċar bejn il- limiti minimi għal kull tip ta’ deċiżjoni;
- e. fejn applikabbli, post għal - laqgħat li għandhom ikunu fl -Unjoni.
|
|
68. Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn jeżistu …
|
Għall -finijiet tal-Artikolu 26c(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn jeżistu dispożizzjonijiet statutorji obbligatorji fil- ġurisdizzjoni applikabbli li jistabbilixxu kif il -kunflitti bejn l-investituri għandhom jiġu riżolti, id -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni tista’ tirreferi għa l dawn id-dispożizzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|