+6. Kriterji relatati mat-trasparenza
---+69. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il- bejjiegħ ma jistax …
---+70. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi …
---+71. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sostanzjalment …
---+72. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti li …
---+73. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, parti għandha titqies …
---+74. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- verifika jenħtieġ li …
---+75. Fi kwalunkwe każ, in -numru minimu tal-iskoperturi sottostanti fil- kampjun għandu jkun 50. …
---+76. Il- verifika għandha tinkludi verifika tal - bażi tad - data jew tas-sistemi tal-IT tal- …
---+77. Il- verifika għandha titwettaq fil -forma ta’ rapport dwar il- proċeduri li jkun sar qbil …
---+78. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, għandha tiġi żvelata l - …
---+79. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn ma jinħarġu l -ebda …
---+80. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-mudell tal-fluss tal-flus …
---+81. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il-mudell tal-fluss …
---+82. Ir- rekwiżit fl -Artikolu 26d(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun applikabbli biss …
---+83. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-awtoritajiet kompetenti …

6. Kriterji relatati mat-trasparenza

Data dwar il - prestazzjoni tat - telf u ta’ inadempjenza fil - passat (l - Artikolu 26d(1) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
69. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il- bejjiegħ ma jistax …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il- bejjiegħ ma jistax jipprovdi data f'konformità mar- rekwiżiti tad - data li hemm fih, data esterna li hija disponibbli għall - pubbliku jew li hija pprovduta minn parti terza, bħal aġenzija ta’ klassifikazzjoni jew parteċipant ieħor tas - suq, jistgħu jintużaw, sakemm ir - rekwiżiti l - oħra kollha ta’ dak l -artikolu jiġu sodisfati.

Skoperturi sostanzjalment simili

70. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi sostanzjalment simili” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal skoperturi li għalihom jiġu sodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti huma simili;
  • b. bħala riżultat tas -similarità msemmija fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni, jew fuq massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja tat - tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il - prestazzjoni tagħhom ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi titolizzati.
71. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sostanzjalment …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sostanzjalment simili ma għandhomx ikunu limitati għal skoperturi miżmuma fil - karta bilanċjali tal - oriġinatur.

Verifika ta’ kampjun tal - iskoperturi sottostanti (l - Artikolu 26d(2) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Kampjun tal- iskoperturi sottostanti soġġetti għal verifika esterna

72. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti li …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti li għandhom ikunu soġġetti għal verifika qabel id -data tal- għeluq tat - tranżazzjoni għandhom ikunu kampjun rappreżentattiv tal - portafoll proviżorju li minnu jiġi estratt il -pula titolizzat u li huwa f’forma raġonevolment finali qabel id -data tal- għeluq tat - tranżazzjoni.

Parti li teżegwixxi l -verifika

73. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, parti għandha titqies …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, parti għandha titqies xierqa u indipendenti meta tissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. ikollha l-esperjenza u l- kapaċità biex twettaq il -verifika;
  • b. ma tkun l- ebda waħda minn dawn li ġejjin:
  • i. aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal -kreditu;
  • ii. parti terza li tivverifika l-konformità mal-STS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
  • iii. entità affiljata mal- oriġinatur, l -isponsor, l-investitur jew l-SSPE.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika

74. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- verifika jenħtieġ li …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- verifika jenħtieġ li titwettaq bl- applikazzjoni ta’ metodu statistiku xieraq u bbażata fuq kampjun aleatorju ta’ skoperturi sottostanti estratti mill-iskoperturi sottostanti fit-titolizza zzjoni, filwaqt li d - daqs tal -kampjun jenħtieġ li jiġi ddeterminat sabiex jiġi żgurat li l - probabbiltà (livell ta’ fiduċja) li tiġi rrifjutata b’mod korrett l- ipoteżi li ma hemm l - ebda eċċezzjoni għar - rekwiżit fl - aggregazzjoni sħiħa tal - iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni tkun mill- inqas 95 % (jiġifieri l -probabbiltà li l-hekk imsejjaħ żball tat - tip II li jiġi aċċettat b’mod falz aggregazzjoni sħiħa mingħajr eċċezzjonijiet jenħtieġ li tkun ta’ 5 %).

75. Fi kwalunkwe każ, in -numru minimu tal-iskoperturi sottostanti fil- kampjun għandu jkun 50. …

Fi kwalunkwe każ, in -numru minimu tal-iskoperturi sottostanti fil- kampjun għandu jkun 50. Għal titolizzazzjonijiet fejn l- aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti tikkonsisti f’inqas minn 50 skopertura sottostanti, il- kampjun għandu jikkonsisti mill -iskoperturi sottostanti kollha.

76. Il- verifika għandha tinkludi verifika tal - bażi tad - data jew tas-sistemi tal-IT tal- …

Il- verifika għandha tinkludi verifika tal - bażi tad - data jew tas-sistemi tal-IT tal- oriġinatur kontra l - ftehim ta’ protezzjoni tal- kreditu u dokumentazzjoni relatata sabiex jiġi kkonfermat li l - okkorrenza ta’ avveniment ta’ kreditu tiskatta pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu mill-investitur fejn it- telf fuq l - iskopertura sottostanti soġġetta għal avveniment ta’ kreditu jkun assenjat lis-segment(i) protett(i) fir-rigward tal- iskoperturi li huma soġġetti għall -verifika. Meta din il-verifika ma tkunx possibbli bl- użu tal - bażi tad - data jew tas-sistemi tal-IT tal- oriġinatur, il - parti li teżegwixxi l - verifika jenħtieġ li tivverifika tipi oħra ta’ dokumenti jew rekords biex twettaq il-verifika.

77. Il- verifika għandha titwettaq fil -forma ta’ rapport dwar il- proċeduri li jkun sar qbil …

Il- verifika għandha titwettaq fil -forma ta’ rapport dwar il- proċeduri li jkun sar qbil dwarhom.

Konferma tal-verifika

78. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, għandha tiġi żvelata l - …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, għandha tiġi żvelata l - konferma li din il-verifika saret u li ma nstabu l-ebda sejbiet avversi sinifikanti.

Qabel l- għeluq tat - tranżazzjoni

79. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn ma jinħarġu l -ebda …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn ma jinħarġu l -ebda noti taħt titolizzazzjoni sintetika, it - terminu qabel l - għeluq tat - tranżazzjoni għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għaż - żmien ta’ qabel ma l -garanzija jew id-derivattiv ta’ kreditu jsiru effettivi skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

Mudell tal - fluss tal - flus tal - obbligazzjonijiet (l - Artikolu 26d(3) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Rappreżentazzjoni preċiża tar -relazzjoni kuntrattwali

80. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-mudell tal-fluss tal-flus …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet jenħtieġ li jitqies li jkun sar “b’mod preċiż” meta jsir b’mod preċiż u b’ammont ta’ dettall suffiċjenti biex jippermetti lill -investituri jimmudellaw l- obbligi ta’ pagament, inklużi dawk tal-SSPE, fejn applikabbli, u biex jipprezzaw it- titolizzazzjoni kif xieraq. Dan jista’ jinkludi algoritmi li jippermettu lill-investituri jimmudellaw firxa ta’ xenarji differenti li jaffettwaw il-flussi ta’ flus, bħal rati ta’ prepagamenti jew rati ta’ inadempj enza differenti.

Partijiet terzi

81. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il-mudell tal-fluss …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il-mudell tal-fluss tal-flus tal- obbligazzjonijiet huwa żviluppat minn fornituri terzi, l - oriġinatur għandu jibqa’ responsabbli biex jagħmel l - informazzjoni disponibbli għall -investituri potenzjali.

Divulgazzjonijiet dwar il - prestazzjoni ambjentali u s - sostenibbiltà tal - assi (l - Artikolu 26d(4) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Informazzjoni disponibbli relatata mal-prestazzjoni ambjentali u l- impatti avversi prinċipali fuq il -fatturi ta’ sostenibbiltà

82. Ir- rekwiżit fl -Artikolu 26d(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun applikabbli biss …

Ir- rekwiżit fl -Artikolu 26d(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun applikabbli biss jekk l - informazzjoni dwar iċ - ċertifikati tal -prestazzjoni tal- enerġija msemmija fl -ewwel subparagrafu tkun disponibbli, jew fejn l-informazzjoni dwar l- impatti negattivi prinċipali fuq fattu ri ta’ sostenibbiltà tal-assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti msemmija fit-tieni subparagrafu tkun disponibbli għall - oriġinatur u l - oriġinatur jiddeċiedi li japplika dak it -tieni subparagrafu, u fejn l-informazzjoni rispett iva tkun inkluża fil - bażi tad - data interna jew fis-sistemi tal- IT tiegħu. Fejn tali informazzjoni tkun disponibbli biss għal proporzjon tal -iskoperturi sottostanti, ir- rekwiżit għandu japplika biss fir -rigward tal-proporzjon tal- iskoperturi sottostanti li għalihom l - informazzjoni hija disponibbli.

Konformità mar - rekwiżiti ta’ divulgazzjoni skont l - Artikolu 7 (l - Artikolu 26d(5) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

83. Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-awtoritajiet kompetenti …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26d(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l -Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament, jenħtieġ li ji kkooperaw mill- qrib f’konformità mal-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.