+Titolu VI – Immaniġġjar tal - kontinwità tan - negozju
---+155. Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti applikabbli skont id - DORA, l -emittenti tal-ARTs …
---+156. L-emittenti tal- ARTs jiddependi minn diversi riżorsi kritiċi (eż. sistemi tal - IT inklużi …
---+157. Sabiex tistabbilixxi pjan sod għall - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju, emittent tal …
---+158. Abbażi tal - analiżi msemmija hawn fuq, emittent tal - ARTs għandu jistabbilixxi: a. pjanijiet …
---+159. Il- pjanijiet ta’ kontinġenza, ta’ kontinwità tal - operat u ta’ rkupru għandhom jiġu …

Titolu VI – Immaniġġjar tal - kontinwità tan - negozju

Titolu VI – Immaniġġjar tal - kontinwità tan - negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
155. Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti applikabbli skont id - DORA, l -emittenti tal-ARTs …

Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti applikabbli skont id - DORA, l -emittenti tal-ARTs jenħtieġ li jistabbilixxu, bħala parti mill - implimentazzjoni tal - politika u tal - pjanijiet tal - kontinwità tal - operat tagħhom stabbiliti f’konformità mal - Artikolu 34(9) tar -R egolament (UE) 2023/1114, ġestjoni tal - kontinwità tal - operat u pjanijiet ta’ rispons u rkupru sodi biex jiżguraw il- kapaċità tagħhom li joperaw fuq bażi kontinwa, biex jimmaniġġjaw inċidenti li jistgħu jfixklu t- twassil ta’ operazzjonijiet kritiċi f’konformità mal - predispożizzjoni għar -riskju u t- tolleranza tal-emittent tal- ARTs għat - tfixkil, u biex jillimitaw it -telf u t- tfixkil għall -forniment tas- servizz f’każ ta’ tfixkil serju fil - kummerċ. L -emittenti tal- ARTs jistgħu jistabbilixxu funzjoni ta’ kontinwi tà tan - negozju indipendenti speċifika filwaqt li jqisu l -kriterji tal- proporzjonalità elenkati fit-Titolu I.

156. L-emittenti tal- ARTs jiddependi minn diversi riżorsi kritiċi (eż. sistemi tal - IT inklużi …

L-emittenti tal- ARTs jiddependi minn diversi riżorsi kritiċi (eż. sistemi tal - IT inklużi servizzi ta’ cloud, sistemi ta’ komunikazzjoni, il - persunal ewlieni u bini). L - għan tal - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju huwa li jitnaqqsu l - konsegwenzi operazzjonali, finanzjarji, legali, reputazzjonali u konsegwenzi materjali oħrajn bħala riżultat ta’ diżastru jew interruzzjoni fit -tul f’dawn ir - riżorsi u t - tfixkil konsegwenti fil - proċeduri ordinarji tan - negozju tal -emittent tal-ARTs. Miżuri oħrajn ta’ ġestjoni tar - riskji jistgħu jkunu maħsuba biex titnaqqas il - probabbiltà ta’ tali inċidenti jew sabiex l - impatt finanzjarju tagħhom jiġi ttrasferit lil partijiet terzi (eż. permezz ta’ assigurazzjoni).

157. Sabiex tistabbilixxi pjan sod għall - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju, emittent tal …

Sabiex tistabbilixxi pjan sod għall - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju, emittent tal -ARTs għandu janalizza bir - reqqa fatturi tar - riskju għal, u l - iskopertura tagħha għal, tfixkil qawwi tal - operat u tivvaluta (b’mod kwantitattiv u kwalitattiv) l - impatt potenzjali tagħhom, billi tuża data interna u/jew esterna u analiżi tax - xenarji. Din l - analiżi jenħtieġ li tittestja l - kapaċità tal - emittent tal- ARTs li jwasslu operazzjonijiet kritiċi permezz ta’ tfixkil u jenħtieġ li tkopri l -linji operatorji u l -unitajiet interni kollha, inklużi l - RMF jew il - proċeduri tal - ġestjoni tar - riskju, u jenħtieġ li tqis l - interdipendenza tagħhom. Ir - riżultati tal - analiżi għandhom jikkontribwixxu għad - definizzjoni tal - prijoritajiet u tal - objettivi ta’ rkupru tal -emittent tal-ARTs.

158. Abbażi tal - analiżi msemmija hawn fuq, emittent tal - ARTs għandu jistabbilixxi: a. pjanijiet …

Abbażi tal - analiżi msemmija hawn fuq, emittent tal - ARTs għandu jistabbilixxi:

  • a. pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan - negozju biex jiġi żgurat li l -emittent tal-ARTs jirreaġixxi b’mod xieraq għal emerġenzi u jkun kapaċi jwettaq operazzjonijiet kritiċi u jżomm data essenzjali f’każ ta’ tfixkil fil - proċeduri ordinarji tal - operat tiegħu;
  • b. pjanijiet ta’ rkupru għal riżorsi kritiċi u funzjonijiet kritiċi jew importanti biex jirkupraw mit- tfixkil u jippermettu lill -emittent tal- ARTs jirritorna għal proċeduri kummerċjali ordinarji f’perjodu ta’ żmien xieraq. Kwalunkwe riskju residwu minn tfixkil potenzjali tal- operat għandu jkun konsistenti mal - predispożizzjoni għar -riskju tal-emittent tal-ARTs.
  • c. għal attivitajiet oħra, jew fejn il - kontinwità ta’ funzjonijiet essenzjali kritiċi hija impossibbli li tiġi żgurata, l -emittenti tal- ARTs għandu jkollhom fis - seħħ proċeduri għall - irkupru f’waqtu ta’ data u funzjonijiet u t - tkomplija f’waqtha tal - attivitajiet tagħhom.
159. Il- pjanijiet ta’ kontinġenza, ta’ kontinwità tal - operat u ta’ rkupru għandhom jiġu …

Il- pjanijiet ta’ kontinġenza, ta’ kontinwità tal - operat u ta’ rkupru għandhom jiġu dokumentati u implimentati bir - reqqa. Id - dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli fil -linji operatorji, l -unitajiet interni u l- RMF għall - persunal responsabbli mill - proċedur i tal- ġestjoni tar - riskju, u għandha tinħażen fuq sistemi li huma fiżikament separati u faċilment aċċessibbli f’każ ta’ kontinġenza. Għandu jingħata taħriġ xieraq. Il - pjanijiet għandhom jiġu ttestjati u aġġornati regolarment. Kwalunkwe sfida jew nuqqas li jseħħ fit - testijiet għandu jiġi dokumentat u analizzat, u l - pjanijiet għandhom jiġu rieżaminati skont dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.