+5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet …

5. Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet …

Dawn il- linji gwida jispeċifikaw arranġamenti ta’ governanza robusti li l - istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollhom fis - seħħ f’konformità mal - Artikolu 87a(1) u l - Artikolu 74 tad - Direttiva 2013/36/UE2 , u jkopru:

  • (a) standards minimi u metodoloġiji ta’ referenza biex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw ir - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), f’konformità mal - Artikolu 87a(5)a) ta’ dik id - Direttiva;
  • (b) kriterji kwalitattivi u kwantitattivi biex jivvalutaw l - impatt tar - riskji tal - ESG fuq il - profil tar - riskju u s - solvenza tal - istituzzjonijiet fuq terminu qasir, medju u fit - tul, f’konformità mal - Artikolu 87a(5)c) ta’ dik id - Direttiva;
  • (c) il- kontenut tal - pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal - Artikolu 76(2) ta’ dik id - Direttiva mill - korp ta’ ġestjoni, li għandhom jinkludu skedi ta’ żmien speċifiċi u miri u stadji importanti kwantifikabbli intermedji, sabiex jimmonitorjaw u jindirizzaw ir - riskji finanzjarji li jirriżultaw minn fatturi tal - ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill - proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni lejn l - Istati Membri rilevanti u l - objettivi regolatorji tal - Unjoni fir - rigward tal - fatturi tal - ESG, b’mod partikolari l - objettiv li tinkiseb in - newtralità klimatika sal - 2050 kif stabbilit fir - Regolament (UE) 2021/1119, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal - Artikolu 87a(5)b) ta’ dik id - Direttiva.

2 Id- Direttiva 2013/36/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad - ditti tal - investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.