+Eligible Instruments
---+11. Sabiex il-fergħat ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali …
---+12. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 11 għandhom ikunu f'wieħed mill-formati li ġejjin: a) …
---+13. Għall-finijiet tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12, punt c), fergħat ta’ pajjiżi terzi …
---+14. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jiġu elenkati fuq skambju rikonoxxut u jkunu …
---+15. M'għandhomx jiġu maħruġa mill-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz, minn kwalunkwe …
---+16. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi …

Eligible Instruments

Eligible Instruments

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
11. Sabiex il-fergħat ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali …

Sabiex il-fergħat ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali stabbilit fl-Artikolu 48e tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 punt (c) ta' dak l-Artikolu għandhom, mill-inqas, jikkonformaw mal-paragrafi 12 sa 16.

12. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 11 għandhom ikunu f'wieħed mill-formati li ġejjin: a) …

L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 11 għandhom ikunu f'wieħed mill-formati li ġejjin:

  • a) Titoli ta’ dejn garantiti mill-gvernijiet ċentrali tal-Unjoni Ewropea jew mill-banek ċentrali tas-SEBĊ;
  • b) Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu ssodisfati;
  • c) Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali jew banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni Ewropea u li jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-approċċ standardizzat bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikoli 114(7) u 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • d) Titoli ta' dejn maħruġa jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku li jirċievu piż ta' riskju ta' 0% taħt l-approċċ standardizzat bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 116(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • e) Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti mill-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • f) Titoli ta' dejn maħruġa jew garantiti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
13. Għall-finijiet tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12, punt c), fergħat ta’ pajjiżi terzi …

Għall-finijiet tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12, punt c), fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jikkunsidraw il-munita tal-finanzjament tagħhom stess biex jiddeterminaw jekk l-assi ta’ allokazzjoni kapitali humiex denominati u ffinanzjati fil-munita domestika f’konformità mal-Artikolu 114(7) tas-CRR, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. RAPPORT FINALI RIGWARD IL-LINJI GWIDA DWAR L-ISTRUMENTI DISPONIBBLI GĦAL FERGĦAT TA’ PAJJIŻI TERZI GĦAL UŻU MHUX RISTRETT U IMMEDJAT BIEX IKOPRU R-RISKJI JEW IT-TELF SKONT L-ARTIKOLU 48E(2)(C) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

14. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jiġu elenkati fuq skambju rikonoxxut u jkunu …

L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jiġu elenkati fuq skambju rikonoxxut u jkunu faċilment monetizzati fi kwalunkwe ħin.

15. M'għandhomx jiġu maħruġa mill-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz, minn kwalunkwe …

M'għandhomx jiġu maħruġa mill-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz, minn kwalunkwe sussidjarja tagħha, jew minn entità speċjali ta' titolizzazzjoni li magħha l-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz għandha rabtiet mill-qrib.

16. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi …

Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi fl-Artikolu 48e(1) tad-Direttiva 2013/36/UE huwiex issodisfat, fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jużaw il-valur tas-suq tal-assi ta’ allokazzjoni kapitali. Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-valur tas-suq tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 fuq il-bażi ta’ prezzijiet tas-suq mifruxa b’mod wiesa’ u faċilment disponibbli, jew, fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet, fuq il-bażi ta’ formula faċli biex tiġi kkalkulata li tuża inputs disponibbli pubblikament u li ma tiddependix b’mod sinifikanti fuq suppożizzjonijiet solidi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.