+68. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-reżiljenza tal-mudell tan-negozju …
|
68. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-reżiljenza tal-mudell tan-negozju …
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-reżiljenza tal-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni għal xokkijiet esterni u l-adattabilità tiegħu għal bidliet strutturali f’termini tal-kapaċità tiegħu li jassorbihom u li jadatta għal fatturi eżoġeni li jistgħu jipperikolaw l-objettivi tan-negozju u dawk strateġiċi. L-oqsma għal analiżi mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu: - a. ir-riskji relatati mal-klima u riskji ambjentali oħra, billi jiġi vvalutat l-impatt tagħhom fuq l-ambjent tan-negozju kurrenti u futur tal-istituzzjoni u l-istrateġija tan-negozju, l-iskopertura tal-istituzzjoni għal riskji ta’ tranżizzjoni materjali u riskji fiżiċi, kif ukoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjan biex jiġu mmonitorjati u indirizzati r-riskji finanzjarji li joħorġu minn fatturi tal-ESG - inklużi dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn l-objettivi regolatorji, b’mod partikolari l-objettivi relatati mal-klima applikabbli fil-ġuriżdizzjoni(jiet) fejn topera l-istituzzjoni;
- b. id-diġitalizzazzjoni, billi jiġi vvalutat l-użu u l-livell ta’ adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u l-impatt fuq l-istrateġija tan-negozju u l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-istituzzjoni, il-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni u l-kontroll tal-kostijiet, kif ukoll il-ġenerazzjoni tad-dħul;
- c. ir-reżiljenza operazzjonali, billi ssir reviżjoni tal-approċċ tar-reżiljenza operazzjonali tal-istituzzjoni u l-kunsiderazzjoni tagħha għall-istrateġija tan-negozju mill-korp maniġerjali;
- d. ir-riskji ġeopolitiċi, billi jiġi vvalutat is-sors tal-inċertezzi ġeopolitiċi u l-inklużjoni tiegħu fl-istrateġija tan-negozju, kif ukoll l-impatt finanzjarju tagħhom fuq il-profittabbiltà kurrenti u futura tal-istituzzjoni, filwaqt li titqies ukoll il-kapaċità tal-istituzzjoni li tiflaħ għal inċertezzi bħal dawn, pereżempju permezz tad-diversifikazzjoni tal-profil ġeografiku u tan-negozju tagħha;
- e. l-attivitajiet ta’ kriptoassi, jekk applikabbli, billi tiġi vvalutata l-provvista ta’ servizzi ta’ kriptoassi mill-istituzzjoni u kwalunkwe attività oħra relatata ma’ kriptoassi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|