+214. F’konformità mad-DORA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-identifikazzjoni …
|
214. F’konformità mad-DORA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-identifikazzjoni …
F’konformità mad-DORA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-istituzzjoni tal-funzjonijiet, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet kollha tan-negozju appoġġati mill-ICT, l-assi tal-informazzjoni34 u l-assi tal-ICT35 li jappoġġaw dawk il-funzjonijiet, u r-rwoli u d-dipendenzi tagħhom fir-rigward tar-riskju tal-ICT. Din ir-reviżjoni għandha tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jiżviluppaw fehim profond tal-iskoperturi inerenti għar-riskju tal-ICT tal-istituzzjoni (profil tar-riskju tal-ICT), jidentifikaw ir-riskju materjali inerenti tal-ICT tagħha u jiffurmaw opinjoni dwar l-impatt prudenzjali tagħha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw mill-inqas dan li ġej, fejn ikun rilevanti u applikabbli: - a. rapport dwar ir-reviżjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskji tal-ICT (skont l-Artikolu 6(5) tad-DORA);
- b. sorsi tar-riskju tal-ICT, b’mod partikolari l-iskopertura għar-riskju lejn u minn entitajiet finanzjarji oħra, identifikati mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 8(2) tad-DORA;
- c. inċidenti ewlenin relatati mal-ICT irrapportati (skont l-Artikolu 19(1) tad-DORA), inkluża x-xejra tal-kostijiet u t-telf annwali aggregati kkawżati minn inċidenti ewlenin relatati mal-ICT (skont l-Artikolu 11(10) tad-DORA);
- d. eżiti tat-testijiet previsti fil-programm ta’ ttestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali (skont l-Artikolu 24 tad-DORA), inkluż sommarju tas-sejbiet tal-ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid (TLPT) u l-pjanijiet ta’ rimedjazzjoni relatati (skont l-Artikolu 26(6) ta’ DORA);
- e. reġistru ta’ informazzjoni (skont l-Artikolu 28(3) tad-DORA), inkluż il-grad ta’ konċentrazzjoni fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inklużi fornituri intragrupp tal-ICT, skont it-tip ta’ servizzi tal-ICT u/jew sistemi tal-ICT;
- f. rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mis-Sorveljanti Ewlenin (skont l-Artikolu 40(3) u l-Artikolu 42(7) tad-DORA) u t-tweġibiet, ir-rapporti u l-informazzjoni relatati minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT (skont l-Artikolu 35(1)(c), l-Artikolu 42(1) u l-Artikolu 48(2) tad-DORA);
- g. livell ta’ kumplessità tas-sistemi tal-ICT u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT fuq sistemi tal-ICT miruta (skont l-Artikolu 8(7) tad-DORA);
- h. valutazzjoni tar-riskju dwar bidliet kbar (skont l-Artikolu 8(3) tad-DORA);
- i. livell ta’ adozzjoni u integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi tal-ICT;
- j. postijiet, jiġifieri r-reġjuni jew il-pajjiżi, taċ-ċentri tad-data u żoni deżinjati sensittivi, inkluż fejn is-servizzi kuntrattwali tal-ICT huma pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u jkopru wkoll il-post tal-ipproċessar u tal-ħżin tad-data;
- k. kwalunkwe nuqqas jew dgħufija materjali relatata identifikata taħt it-Titolu 5;
- l. awtovalutazzjonijiet tar-riskju u tal-kontrolli tal-ICT (jekk jingħataw fl-informazzjoni tal-ICAAP);
- m. informazzjoni dwar il-ġestjoni relatata mar-riskju tal-ICT ippreżentata lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni;
- n. sejbiet tal-awditjar intern u estern relatati mal-ICT;
- o. ambjent ta’ theddid estern, inkluża l-intelligence dwar it-theddid u l-vulnerabbiltà.
Reviżjoni tas-sistemi tal-ICT u s-servizzi tal-ICT
34 L-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554 35 L-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|