+230. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw fehim dettaljat tal-qafas tal-ġestjoni …

230. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw fehim dettaljat tal-qafas tal-ġestjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw fehim dettaljat tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-istituzzjoni u jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex fis-seħħ strateġiji, politiki, proċeduri, protokolli u għodod tal-ICT suffiċjenti u xierqa, inklużi livelli ta’ tolleranza, sabiex tindirizza b’mod effettiv, effiċjenti u komprensiv ir-riskju materjali tal-ICT f’konformità mad-DORA. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, fejn applikabbli:

  • a. l-adegwatezza u l-effettività tal-politiki36 , tal-proċessi u tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-istituzzjoni, li jkopru inter alia l-ġestjoni ta’ partijiet terzi tal-ICT, l-individwazzjoni u r-rispons għal inċidenti relatati mal-ICT, il-ġestjoni, il-kriptaġġ u l-kriptografija tal-assi tal-ICT, is-sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT, is-sigurtà tan-network, il-kontroll tal-aċċess, u jekk dawn ġewx approvati mill-korp maniġerjali u kkomunikati lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha (skont l-Artikolu 14 tad-DORA);
  • b. l-adegwatezza tal-livell ta’ tolleranza tar-riskju tal-ICT tal-istituzzjoni u t-tolleranza tal-impatt għal tfixkil fl-ICT (skont l-Artikolu 6(8)(b) tad-DORA);
  • c. l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tal-istituzzjoni, inkluż l-allinjament tagħha mal-istrateġija tan-negozju;
  • d. il-konsistenza tal-istrateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, inkluża l-istrateġija ta’ diversi bejjiegħa tal-ICT, fejn disponibbli, mal-istrateġija tan-negozju globali u mal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT;
  • e. ir-riskju residwu mir-riskji identifikati tal-istituzzjoni fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
  • f. ir-riskju residwu mir-riskji identifikati tal-istituzzjoni fuq proġetti tal-ICT li jħallu impatt fuq funzjonijiet kritiċi jew importanti rrapportati lill-korp maniġerjali, kif ukoll fuq l-akkwisti, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT u l-bidliet fl-ICT;
  • g. is-solidità u l-komprensività tal-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali;
  • h. ix-xejra u l-kobor ta’ inċidenti maġġuri relatati mal-ICT u s-sejbiet irrapportati lill-korp maniġerjali skont l-Artikolu 17(3)(e) u l-Artikolu 13(5) tad-DORA;
  • i. il-kontrolli tar-riskju tal-ICT li huma speċifiċi għar-riskju materjali tal-ICT identifikat;
  • j. ir-rapportar fil-ħin ta’ aspetti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri;
  • k. kopertura u sejbiet tal-awditjar intern.

36 F’konformità mad-DORA, dawn għandhom jinkludu mill-inqas il-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, il-politiki ta’ backup, il-politika dwar il-ġestjoni tal-assi tal-ICT, il-politika dwar il-kriptaġġ u l-kontrolli kriptografiċi, il-politika dwar il-ġestjoni taċ-ċavetta kriptografika, il-politika dwar il-ġestjoni tal-proġetti tal-ICT, il-politika dwar l-akkwist, l-iżvilupp, u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ICT, il-politika dwar ir-riżorsi umani, il-politika dwar is-sigurtà fiżika u ambjentali, il-politika dwar il-ġestjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT, il-politika dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti mill-fornituri terzi tas-servizzi tal-ICT.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.