+Artikolu 33 Miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5

Artikolu 33 Miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   Meta, b’kont meħud tal-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Annessi II u III, ir-relazzjoni tan-negozju jew it-tranżazzjoni tippreżenta grad baxx ta’ riskju, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw il-miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta li ġejjin:

(a)

il-verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju wara l-istabbiliment tar-relazzjoni tan-negozju, dment li r-riskju aktar baxx speċifiku identifikat jiġġustifika tali posponiment, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 60 jum mill-istabbiliment tar-relazzjoni;

(b)

it-tnaqqis tal-frekwenza tal-aġġornamenti tal-identifikazzjoni tal-klijenti;

(c)

it-tnaqqis tal-ammont ta’ informazzjoni miġbura sabiex jidentifikaw l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju, jew it-tranżazzjoni okkażjonali jew jiddeduċuha mit-tip ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ relazzjoni tan-negozju stabbilita;

(d)

it-tnaqqis tal-frekwenza jew il-grad ta’ skrutinju tat-tranżazzjonijiet imwettqin mill-klijent;

(e)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura simplifikata rilevanti oħra ta’ diliġenza dovuta identifikata mill-AMLA skont l-Artikolu 28.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u għad-daqs tan-negozju u għall-elementi speċifiċi ta’ riskju aktar baxx identifikat. Madankollu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

Artikolu 33 2

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-proċeduri interni stabbiliti skont l-Artikolu 9 ikun fihom il-miżuri speċifiċi ta’ verifika simplifikata li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-tipi differenti ta’ klijenti li jippreżentaw riskju aktar baxx. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddokumentaw deċiżjonijiet li jqisu fatturi addizzjonali ta’ riskju aktar baxx.

Artikolu 33 3

3.   Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jadottaw proċeduri ta’ maniġġar tar-riskju fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jipprovdu servizzi jew iwettqu tranżazzjonijiet għal klijent qabel ma ssir il-verifika, inkluż billi jillimitaw l-ammont, in-numru jew it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu jew billi jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet sabiex jiżguraw li dawn ikunu allinjati man-normi mistennija għar-relazzjoni tan-negozju inkwistjoni.

Artikolu 33 4

4.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw fuq bażi regolari li jkunu għadhom jeżistu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri tad-diliġenza dovuta simplifikata. Il-frekwenza ta’ tali verifiki għandha tkun proporzjonata man-natura u għad-daqs tan-negozju u għar-riskji ppreżentati mir-relazzjoni speċifika.

Artikolu 33 5

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu lura milli japplikaw miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom dubji dwar il-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent jew mis-sid benefiċjarju fl-istadju tal-identifikazzjoni, jew jidentifikaw inkonsistenzi fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni;

(b)

il-fatturi li jindikaw riskju aktar baxx ma jkunux għadhom preżenti;

(c)

il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet tal-klijent u l-informazzjoni miġbura fil-kuntest tar-relazzjoni tan-negozju jkunu jeskludu xenarju ta’ riskju aktar baxx;

(d)

ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu;

(e)

ikun hemm suspett li l-klijent, jew il-persuna li taġixxi f’isem il-klijent, qed jipprova jevita jew jevadi sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.