+Artikolu 79 Kontijiet anonimi u ishma tal-portaturi u ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi
---+Artikolu 79 1
---+Artikolu 79 2
---+Artikolu 79 3

Artikolu 79 Kontijiet anonimi u ishma tal-portaturi u ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu pprojbiti milli jżommu kontijiet bankarji u ta’ pagament anonimi, passbooks anonimi, kaxex ta’ sikurezza għad-depożiti anonimi jew kontijiet anonimi tal-kriptoassi kif ukoll kwalunkwe kont li b’xi mod ieħor jippermetti l-anonimizzazzjoni tad-detentur ta’ kont tal-klijent jew l-anonimizzazzjoni jew l-oskurament akbar tat-tranżazzjonijiet, inkluż permezz ta’ muniti li jżidu l-anonimità.

Is-sidien u l-benefiċjarji ta’ kontijiet bankarji jew ta’ pagament anonimi, passbooks anonimi, kaxex ta’ sikurezza għad-depożiti anonimi miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, jew kontijiet tal-kriptoassi eżistenti għandhom ikunu soġġetti għal miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti qabel ma dawk il-kontijiet, passbooks, jew kaxax għad-depożiti jintużaw bi kwalunkwe mod.

Artikolu 79 2

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala akkwirenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) ma għandhomx jaċċettaw pagamenti magħmula b’kards anonimi mħallsin minn qabel maħruġin f’pajjiżi terzi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ riskju baxx ipprovat.

Artikolu 79 3

3.   Il-kumpaniji għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu ishma tal-portatur, u għandhom jikkonvertu l-ishma tal-portatur kollha eżistenti f’ishma reġistrati, jimmobilizzawhom skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, jew jiddepożitawhom ma’ istituzzjoni finanzjarja sal-10 ta’ Lulju 2029. Madankollu, il-kumpaniji b’titoli kkwotati fuq suq regolat jew li l-ishma tagħhom jinħarġu bħala titoli intermedjati kemm permezz ta’ immobilizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (3), ta’ dak ir-Regolament jew permezz ta’ ħruġ dirett f’forma dematerjalizzata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament għandu jkollhom permess joħorġu ishma tal-portatur ġodda u jżommu ishma tal-portatur eżistenti. Għal ishma tal-portatur eżistenti li ma jiġux ikkonvertiti, immobilizzati jew depożitati sal-10 ta’ Lulju 2029, id-drittijiet kollha tal-vot u d-drittijiet għad-distribuzzjoni marbuta ma’ dawk l-ishma għandhom jiġu sospiżi awtomatikament sal-konverżjoni, l-immobilizzazzjoni jew id-depożitu tagħhom. Lishma kollha bħal dawn mhux konvertiti, immobilizzati jew depożitati sal-10 ta’ Lulju 2030 għandhom jiġu kkanċellati, u dan iwassal għal tnaqqis fil-kapital azzjonarju tal-ammont korrispondenti.

Il-kumpaniji għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi li ma jkunux f’forma intermedjata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.