+Artikolu 7 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u l-konsumaturi u bejn in-negozji
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
|
Artikolu 7 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u l-konsumaturi u bejn in-negozji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. L-obbligi ta' dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għal data ġġenerata bl-użu ta' prodotti konnessi manifatturati jew ddisinjati jew servizzi relatati pprovduti minn intrapriża mikro jew intrapriża żgħira, dment li dik l-intrapriża ma jkollhiex intrapriża msieħba jew intrapriża relatata fi-sens tal-Artikolu 3 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE li ma tikkwalifikax bħala intrapriża mikro jew intrapriża żgħira u fejn il-mikrointrapriża u l-intrapriża żgħira ma tkunx sottokuntrattata biex timmanifattura jew tiddisinja prodott konness jew biex tipprovdi servizz relatat.
L-istess għandu japplika għad-data ġġenerata permezz tal-użu ta' prodotti konnessi mmanifatturati minn jew servizzi relatati pprovduti minn intrapriża li tkun ikkwalifikat bħala intrapriża ta’ daqs medju skont l-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE għal inqas minn sena u għal prodotti konnessi għal sena wara d-data li fiha jkunu tqiegħdu fuq is-suq minn intrapriża ta’ daqs medju.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Kwalunkwe terminu kuntrattwali li, għad-detriment tal-utent, jeskludi l-applikazzjoni ta', jidderoga minn jew ivarja l-effett tad-drittijiet tal-utent skont dan il-Kapitolu ma għandux ikun vinkolanti fuq l-utent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2854
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|