+Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet li skonthom id-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
|
Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet li skonthom id-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Meta, fir-relazzjonijiet bejn in-negozji, detentur tad-data jkun obbligat li jagħmel id-data disponibbli għal riċevitur tad-data skont l-Artikolu 5 jew skont liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra applikabbli adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, huwa għandu jiftiehem ma' riċevitur tad-data dwar l-arranġamenti li bihom jagħmel id-data disponibbli u għandu jagħmel dan skont termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji u b'mod trasparenti f'konformità ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu IV.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Terminu kuntrattwali li jikkonċerna l-aċċess għad-data u l-użu tagħha, jew ir-responsabbiltà u r-rimedji għall-ksur jew terminazzjoni ta' obbligi relatati mad-data, ma għandux ikun vinkolanti jekk jikkostitwixxi terminu kuntrattwali inġust skont it-tifsira tal-Artikolu 13 jew jekk, għad-detriment tal-utent, jeskludi l-applikazzjoni ta’, jidderoga minn, jew ivarja l-effett tad-drittijiet tal-utent skont il-Kapitolu II.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. Detentur tad-data ma għandux jiddiskrimina fir-rigward tal-arranġamenti biex issir disponibbli data bejn kategoriji komparabbli ta' riċevituri tad-data, inkluż intrapriżi sħab jew intrapriżi relatati tad-detentur tad-data meta jagħmel id-data disponibbli. Fejn riċevitur tad-data jqis li l-kundizzjonijiet li bihom id-data tkun saret disponibbli għalih huma diskriminatorji, id-detentur tad-data għandu mingħajr dewmien żejjed jipprovdi lir-riċevitur tad-data, wara talba motivata tiegħu, informazzjoni li turi li ma kien hemm ebda diskriminazzjoni.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Detentur tad-data ma għandux jagħmel id-data disponibbli lil riċevitur tad-data, inkluż fuq bażi esklużiva, għajr jekk jintalab jagħmel hekk mill-utent skont il-Kapitolu II.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu kwalunkwe informazzjoni lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tiġi vverifikata l-konformità mat-termini kuntrattwali miftiehma biex id-data tkun magħmula disponibbli jew mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra applikabbli adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 8 6
|
6. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, inkluż fl-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(9) ta' dan ir-Regolament, jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, obbligu li d-data tkun magħmula disponibbli għal riċevitur tad-data ma għandux jobbliga d-divulgazzjoni ta' sigrieti kummerċjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2854
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|