+Artikolu 11 Miżuri tekniċi ta' protezzjoni dwar l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Miżuri tekniċi ta' protezzjoni dwar l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Detentur tad-data jista' japplika miżuri tekniċi ta' protezzjoni adatti, inkluż kuntratti intelliġenti u kriptaġġ, biex jipprevjeni aċċess mhux awtorizzat għad-data, inkluż metadata , u biex jiżgura l-konformità mal-Artikoli 4, 5, 6, 8 u 9, kif ukoll mat-termini kuntrattwali miftiehma biex id-data tkun magħmula disponibbli. Tali miżuri tekniċi ta' protezzjoni ma għandhomx jiddiskriminaw bejn ir-riċevituri tad-data jew ifixklu d-dritt ta’ utent li jikseb kopja tad-data, jirkupraha, jużaha jew ikollu aċċess għaliha, biex jipprovdi data lil partijiet terzi skont l-Artikolu 5 jew kwalunkwe dritt ta' parti terza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-utenti, il-partijiet terzi u r-riċevituri tad-data ma għandhomx ibiddlu jew ineħħu tali miżuri tekniċi ta' protezzjoni sakemm ma jkunx hemm qbil mid-detentur tad-data.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3, il-parti terza jew riċevitur tad-data għandhom jikkonformaw, mingħajr dewmien żejjed, mat-talbiet tad-detentur tad-data u, fejn ikun japplika, u fejn dawn ma jkunux l-istess persuna, id-detentur ta' sigriet kummerċjali jew l-utent:
|
(a)
|
iħassru d-data magħmula disponibbli mid-detentur tad-data u kwalunkwe kopja tagħha;
|
|
(b)
|
itemmu l-produzzjoni, l-offerta, jew it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' oġġetti, data derivattiva jew servizzi prodotti abbażi tal-għarfien miksub permezz ta' dik id-data, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħżin ta' oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, u jeqirdu kwalunkwe oġġett kontraventorju, fejn ikun hemm riskju serju li l-użu illegali ta' dik id-data jikkawża ħsara sinifikanti lid-detentur tad-data, lid-detentur tas-sigriet kummerċjali jew lill-utent jew fejn tali miżura ma tkunx sproporzjonata fid-dawl tal-interessi tad-detentur tad-data, id-detentur tas-sigriet kummerċjali jew tal-utent;
|
|
(c)
|
jgħarrfu lill-utent bl-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data u bil-miżuri meħuda biex jitwaqqfu l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data;
|
|
(d)
|
jikkumpensaw lill-parti li ġarrbet dannu mill-użu ħażin jew mid-divulgazzjoni ta' dik id-data li sar aċċess għaliha jew intużat illegalment.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta parti terza jew riċevitur tad-data jkunu:
|
(a)
|
għall-finijiet li tinkiseb data, ipprovdew informazzjoni falza lil detentur tad-data, użaw mezzi qarrieqa jew koerċittivi jew abbużaw minn lakuni fl-infrastruttura teknika tad-detentur tad-data mfassla biex tipproteġi d-data;
|
|
(b)
|
użaw id-data magħmula disponibbli għal finijiet mhux awtorizzati, inkluż l-iżvilupp ta' prodott konness li jikkompeti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(2), il-punt (e);
|
|
(c)
|
iddivulgaw data illegalment lil parti oħra;
|
|
(d)
|
ma żammewx il-miżuri tekniċi u organizzattivi miftiehma skont l-Artikolu 5(9); jew
|
|
(e)
|
biddlu jew neħħew miżuri tekniċi ta' protezzjoni applikati mid-detentur tad-data skont il-paragrafu 1 mingħajr il-qbil tad-detentur tad-data.
|
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika fejn utent ibiddel jew ineħħi miżuri tekniċi ta' protezzjoni applikati mid-detentur tad-data jew ma jżommx il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda mill-utent bi ftehim mad-detentur tad-data jew, fejn dawn mhumiex l-istess persuna, mad-detentur ta' sigrieti kummerċjali sabiex jippreserva sigrieti kummerċjali, kwalunkwe parti oħra li tkun irċeviet id-data mingħand l-utent permezz ta’ ksur ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Meta r-riċevitur tad-data jkun kiser l-Artikolu 6(2), il-punti (a) jew (b), l-utenti għandu jkollhom l-istess drittijiet bħad-detenturi tad-data skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2854
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|