+Artikolu 3 Entitajiet essenzjali u importanti
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
|
Artikolu 3 Entitajiet essenzjali u importanti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet segwenti għandhom jitqiesu li huma entitajiet essenzjali:
(a)
entitajiet ta' tip imsemmi fl-Anness I li jaqbżu l-limiti massimi għall-intrapriżi ta' daqs medju previsti fl-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(b)
fornituri kwalifikati ta' servizzi fiduċjarji u reġistri ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell kif ukoll fornituri ta' servizzi tad-DNS, irrispettivament mid-daqs tagħhom;
(c)
fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jikkwalifikaw bħala intrapriżi ta' daqs medju skont l-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(d)
l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (f)(i);
(e)
kwalunkwe entità oħra ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II li tkun identifikata minn Stat Membru bħala entità essenzjali skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e);
(f)
entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont id-Direttiva (UE) 2022/2557, imsemmija fl-Artikolu 2(3) ta' din id-Direttiva;
(g)
jekk l-Istat Membru jipprevedi hekk, entitajiet li dak l-Istat Membru jkun identifika qabel is-16 ta’ Jannar 2023 bħala operaturi ta' servizzi essenzjali f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1148 jew mal-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II li ma jikkwalifikawx bħala entitajiet essenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala entitajiet importanti. Dan jinkludi entitajiet identifikati mill-Istati Membri bħala entitajiet importanti skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e).
|
|
Artikolu 3 3.
|
Sas-17 ta’ April 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji. L-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami ta' dik il-lista u, fejn xieraq, jaġġornawha fuq bażi regolari u mill-inqas kull sentejn minn hemm 'il quddiem.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Għall-fini li tiġi stabbilita l-lista msemmija f'dak il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jippreżentaw mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:
(b)
l-indirizz u dettalji ta' kuntatt aġġornati, inklużi l-indirizzi tal-email, il-firxiet tal-IP u n-numri tat-telefon;
(c)
meta jkun applikabbli, is-settur u s-sottosettur rilevanti msemmija fl-Anness I jew II; u
(d)
meta jkun applikabbli, lista tal-Istati Membri fejn jipprovdu servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe bidla fid-dettalji ppreżentati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu mingħajr dewmien, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-bidla. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), għandha mingħajr dewmien żejjed tipprovdi linji gwida u mudelli rigward l-obbligi stipulati f'dan il-paragrafu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi nazzjonali biex l-entitajiet jirreġistraw lilhom infushom.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Sas-17 ta’ April 2025 u kull sentejn wara dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw:
(a)
lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta' Kooperazzjoni, l-għadd ta' entitajiet essenzjali u importanti elenkati skont il-paragrafu 3 għal kull settur u sottosettur imsemmija fl-Anness I jew II; u
(b)
lill-Kummissjoni, l-informazzjoni rilevanti dwar l-għadd ta' entitajiet essenzjali u importanti identifikati skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e), is-settur u s-sottosettur imsemmija fl-Anness I jew II li jappartjenu għalihom, it-tip ta' servizz li jipprovdu, u d-dispożizzjoni, minn fost dawk stipulati fl-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e), li skonthom ikunu ġew identifikati.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Sas-17 ta’ April 2025 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-entitajiet essenzjali u importanti msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|