+Artikolu 4 Atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Fejn l-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur ikunu jeżiġu li l-entitajiet essenzjali jew importanti jadottaw miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà jew li jinnotifikaw l-inċidenti sinifikanti, u meta dawk ir-rekwiżiti jkunu tal-inqas ekwivalenti fl-effett għall-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti fil-Kapitolu VII, ma għandhomx japplikaw għal tali entitajiet. Fejn l-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur ma jkoprux l-entitajiet kollha f'settur speċifiku li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva għandhom ikomplu japplikaw għall-entitajiet mhux koperti minn dawk l-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li jkunu ekwivalenti fl-effett għall-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva meta:
(a)
il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà jkunu tal-inqas ekwivalenti fl-effett għal dawk stipulati fl-Artikolu 21(1) u (2); jew
(b)
l-att legali tal-Unjoni speċifiku għas-settur jipprevedi aċċess immedjat, fejn xieraq awtomatiku u dirett, għan-notifiki tal-inċidenti mis-CSIRTs, mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-punti uniċi ta' kuntatt skont din id-Direttiva u fejn ir-rekwiżiti għan-notifika ta' inċidenti sinifikanti jkunu tal-inqas ekwivalenti fl-effett għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, sas-17 ta’ Lulju 2023, tipprovdi linji gwida li jiċċaraw l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dawk il-linji gwida fuq bażi regolari. Meta tkun qed tħejji dawk il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe osservazzjoni tal-ENISA u tal-Grupp ta' Kooperazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|