+Artikolu 6 Definizzjonijiet

Artikolu 6 Definizzjonijiet

Artikolu 6

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

"network u sistema tal-informazzjoni" tfisser:

(a) 

network tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(b) 

kwalunkwe apparat jew grupp ta' apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed minnhom jew aktar, skont programm, iwettqu pproċessar awtomatiku ta' data diġitali; jew

(c) 

data diġitali maħżuna, ipproċessata, miġbura jew trażmessa minn elementi koperti fil-punti (a) u (b) għall-finijiet tal-operazzjoni, l-użu, il-protezzjoni u ż-żamma tagħhom;

(2) 

''sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni'' tfisser l-abbiltà tan-networks u s-sistemi tal-informazzjoni li jirreżistu, f'livell partikolari ta' kunfidenza, kwalunkwe avveniment li jista' jikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, trażmessa jew ipproċessata, jew tas-servizzi offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta' dawk in-network u s-sistemi tal-informazzjoni;

(3) 

"ċibersigurtà" tfisser ċibersigurtà kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2019/881;

(4) 

"strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà" tfisser qafas koerenti ta' Stat Membru li jipprovdi objettivi u prijoritajiet strateġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-governanza biex jintlaħqu f'dak l-Istat Membru;

(5) 

"kważi inċident" tfisser avveniment li seta' jikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, trażmessa jew ipproċessata jew tas-servizzi offruti minn network u sistemi tal-informazzjoni, jew aċċessibbli permezz tagħhom, iżda li jkun twaqqaf b'suċċess milli jseħħ jew li ma seħħx;

(6) 

''inċident'' tfisser avveniment li jikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, trażmessa jew ipproċessata jew tas-servizzi offruti minn networks u sistemi tal-informazzjoni, jew aċċessibbli permezz tagħhom;

(7) 

"inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira" tfisser inċident li jikkawża livell ta' tfixkil li jaqbeż il-kapaċità ta' Stat Membru li jirrispondi għalih jew li jkollu impatt sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri;

(8) 

"trattament tal-inċident" tfisser kwalunkwe azzjoni u proċedura mmirati għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-analiżi u t-trażżin ta' inċident jew għar-rispons għalih u l-irkupru minnu;

(9) 

"riskju" tfisser il-potenzjal ta' telf jew tfixkil ikkawżat minn inċident u għandu jiġi espress bħala kombinament tad-daqs ta' tali telf jew tfixkil, u l-probabbiltà li dak l-inċident iseħħ;

(10) 

"theddida ċibernetika" tfisser theddida ċibernetika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/881;

(11) 

''theddida ċibernetika sinifikanti'' tfisser theddida ċibernetika li, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tagħha, tista' titqies li għandha l-potenzjal li jkollha impatt gravi fuq in-network u s-sistemi tal-informazzjoni ta' entità jew fuq l-utenti tas-servizzi tal-entità billi tikkawża dannu materjali jew mhux materjali konsiderevoli;

(12) 

"prodott tal-ICT" tfisser prodott tal-ICT kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament (UE) 2019/881;

(13) 

"servizz tal-ICT" tfisser servizz tal-ICT kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2019/881;

(14) 

"proċess tal-ICT" tfisser proċess tal-ICT kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tar-Regolament (UE) 2019/881;

(15) 

''vulnerabbiltà'' tfisser dgħufija, suxxettibbiltà jew difett fi prodotti tal-ICT jew servizzi tal-ICT li jistgħu jiġu sfruttati minn theddida ċibernetika;

(16) 

"standard" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(17) 

"speċifikazzjoni teknika" tfisser speċifikazzjoni teknika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(18) 

"punt ta' skambju fuq l-internet" tfisser faċilità ta' network li tippermetti l-interkonnessjoni ta' aktar minn żewġ networks indipendenti (sistemi awtonomi), primarjament biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tat-traffiku tal-internet, li tipprovdi interkonnessjoni għal sistemi awtonomi biss u li la tirrikjedi li t-traffiku tal-internet, li jgħaddi bejn kwalunkwe par sistemi awtonomi parteċipanti, jgħaddi minn kwalunkwe tielet sistema awtonoma, u lanqas ma tbiddel tali traffiku jew tinterferixxi b'xi mod ieħor miegħu;

(19) 

"sistema tal-ismijiet ta' dominji" jew "DNS" tfisser sistema ta' ismijiet distribwiti ġerarkikament li tagħmel possibbli l-identifikazzjoni ta' servizzi u riżorsi tal-internet, filwaqt li tippermetti lill-apparati tal-utenti finali jużaw servizzi ta' routing u konnettività tal-internet, biex jilħqu lil dawk is-servizzi u r-riżorsi;

(20) 

"fornitur ta' servizzi tad-DNS" tfisser entità li tipprovdi:

(a) 

servizzi ta' riżoluzzjoni tal-ismijiet ta' dominji rikursivi disponibbli pubblikament għall-utenti finali tal-internet; jew

(b) 

servizzi ta' riżoluzzjoni tal-ismijiet ta' dominji awtoritattivi għall-użu minn partijiet terzi, bl-eċċezzjoni tar-root name servers;

(21) 

"reġistru ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell" jew "reġistru ta' ismijiet tat-TLD" tfisser entità li tkun ġiet iddelegata TLD speċifiku u li tkun responsabbli għall-amministrazzjoni tat-TLD, inkluż ir-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji taħt it-TLD u t-tħaddim tekniku tat-TLD, inkluż it-tħaddim tas-servers tal-isem tiegħu, il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data tiegħu u d-distribuzzjoni tal-fajls taż-żona tat-TLD fost is-servers tal-ismijiet, irrispettivament minn jekk kwalunkwe waħda minn dawk l-operazzjonijiet titwettaqx mill-entità nfisha jew tiġix esternalizzata, iżda bl-esklużjoni ta' sitwazzjonijiet fejn l-ismijiet tat-TLD jintużaw minn reġistru għall-użu proprju biss;

(22) 

"entità li tipprovdi servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji" tfisser reġistratur jew aġent li jaġixxi f'isem reġistraturi, bħal fornitur jew rivenditur ta' servizz ta' reġistrazzjoni ta' privatezza jew proxy;

(23) 

''servizz diġitali'' tfisser servizz kif definit fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(24) 

"servizz fiduċjarju" tfisser servizz fiduċjarju kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (16), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(25) 

"fornitur ta' servizz fiduċjarju" tfisser fornitur ta' servizz fiduċjarju kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(26) 

"servizz fiduċjarju kwalifikat" tfisser servizz fiduċjarju kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (17), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(27) 

"fornitur kwalifikat ta' servizzi fiduċjarji" tfisser fornitur kwalifikat ta' servizzi fiduċjarji kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(28) 

"suq online" tfisser suq online kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (n), tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(29) 

"magna tat-tiftix online" tfisser magna tat-tiftix online kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(30) 

''servizz tal-cloud computing'' tfisser servizz diġitali li jippermetti amministrazzjoni on-demand u aċċess remot wiesa' għal ġabra skalabbli u elastika ta' riżorsi tal-computing kondiviżibbli, inkluż meta tali riżorsi jkunu distribwiti madwar diversi postijiet;

(31) 

"servizz ta' ċentru tad-data" tfisser servizz li jinkludi strutturi, jew gruppi ta' strutturi, iddedikati għall-akkomodazzjoni ċentralizzata, għall-interkonnessjoni u għat-tħaddim ta' tagħmir tal-IT u tan-network li jipprovdi servizzi ta' ħżin, ipproċessar u trasport tad-data flimkien mal-faċilitajiet u l-infrastrutturi kollha għad-distribuzzjoni tal-enerġija u l-kontroll ambjentali;

(32) 

"network ta' twassil tal-kontenut" tfisser network ta' servers distribwiti ġeografikament bil-għan li jiġu żgurati disponibbiltà għolja, aċċessibbiltà jew twassil malajr ta' kontenut u servizzi diġitali lil utenti tal-internet f'isem il-fornituri ta' kontenut u ta' servizzi;

(33) 

"pjattaforma ta' servizzi ta' networking soċjali" tfisser pjattaforma li tippermetti lill-utenti finali jikkonnettjaw, jikkondividu, jiskopru u jikkomunikaw bejniethom b'diversi apparati, b'mod partikolari permezz ta' chats, posts, videos u rakkomandazzjonijiet;

(34) 

"rappreżentant" tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni maħtura b'mod espliċitu biex taġixxi f'isem fornitur ta' servizzi tad-DNS, reġistru ta' ismijiet tat-TLD, entità li tipprovdi servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji, fornitur ta' servizz tal-cloud computing, fornitur ta' servizz ta' ċentru tad-data, fornitur ta' network tal-konsenja tal-kontenut, fornitur ta' servizzi ġestiti, fornitur ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew fornitur ta' suq online, ta' magna tat-tiftix online jew ta' pjattaforma ta' servizzi ta' networking soċjali li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, li jistgħu jiġu indirizzati minn awtorità kompetenti jew minn CSIRT minflok dik l-entità nnifisha fir-rigward tal-obbligi ta' dik l-entità skont din id-Direttiva;

(35) 

''entità tal-amministrazzjoni pubblika'' tfisser entità rikonoxxuta bħala tali fi Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali, li ma tinkludix il-ġudikatura, il-parlamenti jew il-banek ċentrali, li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

tkun stabbilita għall-fini speċifiku li tissodisfa ħtiġijiet fl-interess ġenerali u ma jkollhiex karattru industrijali jew kummerċjali;

(b) 

ikollha personalità ġuridika jew tkun intitolata bil-liġi li taġixxi f'isem entità oħra b'personalità ġuridika;

(c) 

tkun iffinanzjata, fil-parti l-kbira, mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew minn korpi oħrajn regolati bil-liġi pubblika, tkun soġġetta għal superviżjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi, jew ikollha bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew minn korpi oħra regolati bil-liġi pubblika;

(d) 

ikollha s-setgħa li tindirizza deċiżjonijiet amministrattivi jew regolatorji lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaffettwaw id-drittijiet tagħhom fil-moviment transfruntier ta' persuni, oġġetti, servizzi jew kapital;

(36) 

"network pubbliku tal-komunikazzjoni elettronika" tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(37) 

"servizz tal-komunikazzjoni elettronika" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(38) 

"entità " tfisser persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali tal-post tal-istabbiliment tagħha, li filwaqt li taġixxi f'isimha stess tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(39) 

"fornitur ta' servizzi ġestiti" tfisser entità li tipprovdi servizzi relatati mal-installazzjoni, il-ġestjoni, it-tħaddim jew il-manutenzjoni ta' prodotti, networks, infrastruttura u applikazzjonijiet tal-ICT jew kwalunkwe network u sistema ta' informazzjoni oħra, permezz ta' assistenza jew amministrazzjoni attiva mwettqa fil-bini tal-klijenti jew mill-bogħod;

(40) 

"fornitur ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti" tfisser fornitur ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti li jwettaq jew jipprovdi assistenza għal attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà;

(41) 

"organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser entità li jkollha bħala l-għan primarju tagħha t-twettiq ta' riċerka applikata jew żvilupp sperimentali bil-ħsieb li tisfrutta r-riżultati ta' dik ir-riċerka għal skopijiet kummerċjali, iżda li ma tinkludix istituzzjonijiet edukattivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.