+Artikolu 9 Oqfsa nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
|
Artikolu 9 Oqfsa nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-ġestjoni ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira (awtoritajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom riżorsi adegwati biex iwettqu, b'mod effettiv u effiċjenti, il-kompiti assenjati lilhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koerenza mal-oqfsa eżistenti għall-ġestjoni ġenerali ta' kriżijiet nazzjonali.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Meta Stat Membru jaħtar jew jistabbilixxi aktar minn awtorità għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi waħda skont il-paragrafu 1, għandu jindika b'mod ċar liema minn dawn l-awtoritajiet għandha sservi bħala l-koordinatur għall-ġestjoni ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Kull Stat Membru għandu jidentifika l-kapaċitajiet, l-assi u l-proċeduri li jistgħu jiġu implimentati fil-każ ta' kriżi għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Kull Stat Membru għandu jadotta pjan nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fejn ikunu stabbiliti l-objettivi u l-arranġamenti ta' ġestjoni tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi, b'mod partikolari:
(a)
l-objettivi tal-miżuri u l-attivitajiet nazzjonali ta' tħejjija;
(b)
il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi;
(c)
il-proċeduri għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi, inkluża l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas ta' ġestjoni ġenerali tal-kriżijiet nazzjonali u l-kanali ta' skambju tal-informazzjoni;
(d)
il-miżuri nazzjonali ta' tħejjija, inklużi l-eżerċizzji u l-attivitajiet ta' taħriġ;
(e)
il-partijiet interessati pubbliċi u privati u l-infrastruttura involuta;
(f)
il-proċeduri u l-arranġamenti nazzjonali bejn l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali rilevanti biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-appoġġ effettivi tal-Istat Membru fil-ġestjoni kkoordinata tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Fi żmien tliet xhur mill-ħatra jew l-istabbiliment tal-awtorità għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi msemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-identità tal-awtorità tiegħu u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lin-Network Ewropew ta' Organizzazzjoni ta' Kollegament f'każ ta' Ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) informazzjoni rilevanti relatata mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4 dwar il-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dawk il-pjanijiet. L-Istati Membri jistgħu jeskludu informazzjoni meta u sa fejn tali esklużjoni tkun meħtieġa għas-sigurtà nazzjonali tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|