+Artikolu 13 Kooperazzjoni fil-livell nazzjonali
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.

Artikolu 13 Kooperazzjoni fil-livell nazzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Meta jkunu separati, l-awtoritajiet kompetenti, il-punt uniku ta' kuntatt u s-CSIRTs tal-istess Stat Membru għandhom jikkooperaw ma' xulxin fejn jidħol it-twettiq tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.
Artikolu 13 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CSIRTs tagħhom jew, meta jkun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jirċievu notifiki dwar inċidenti sinifikanti skont l-Artikolu 23, u inċidenti, theddid ċibernetiku u kważi inċidenti skont l-Artikolu 30.
Artikolu 13 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CSIRTs tagħhom jew, meta jkun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jinformaw lill-punti uniċi ta' kuntatt tagħhom dwar in-notifiki tal-inċidenti, it-theddid ċibernetiku u l-kważi inċidenti ppreżentati skont din id-Direttiva.
Artikolu 13 4.
Sabiex jiġi żgurat li l-kompiti u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, tal-punti uniċi ta' kuntatt u tas-CSIRTs jitwettqu b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiżguraw kooperazzjoni xierqa bejn dawk il-korpi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data , l-awtoritajiet nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u (UE) 2018/1139, il-korpi superviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2022/2554, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2557, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti skont atti legali oħra tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, f'dak l-Istat Membru.
Artikolu 13 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2022/2557 jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fuq bażi regolari fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi, dwar riskji, theddid u inċidenti ċibernetiċi kif ukoll dwar riskji, theddid u inċidenti mhux ċibernetiċi li jaffettwaw lil entitajiet essenzjali identifikati bħala entitajiet kritiċi skont id-Direttiva (UE) 2022/2557, u l-miżuri meħuda b'rispons għal tali riskji, theddid u inċidenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014, ir-Regolament (UE) 2022/2554 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, jiskambjaw informazzjoni rilevanti fuq bażi regolari, inkluż fir-rigward ta' inċidenti u theddid ċibernetiku rilevanti.
Artikolu 13 6.
L-Istati Membri għandhom jissimplifikaw ir-rappurtar bl-użu ta' mezzi tekniċi għan-notifiki msemmija fl-Artikoli 23 u 30.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.