+Artikolu 15 Network tas-CSIRTs
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.

Artikolu 15 Network tas-CSIRTs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kunfidenza u tal-fiduċja u biex jippromwovi kooperazzjoni operazzjonali rapida u effettiva fost l-Istati Membri, qed jiġi stabbilit network tas-CSIRTs nazzjonali.
Artikolu 15 2.
In-network tas-CSIRTs għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tas-CSIRTs maħturin jew stabbiliti skont l-Artikolu 10 u l-iskwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE). Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fin-network tas-CSIRTs bħala osservatur. L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat u għandha tipprovdi b'mod attiv assistenza għall-kooperazzjoni fost is-CSIRTs.
Artikolu 15 3.

In-network tas-CSIRTs għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jiskambja tal-informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tas-CSIRTs;

(b) 

li jiffaċilita l-kondiviżjoni, it-trasferiment u l-iskambju tat-teknoloġiji u l-miżuri, il-politiki, l-għodda, il-proċessi, l-aħjar prattiki u l-oqfsa rilevanti fost is-CSIRTs;

(c) 

li jiskambja informazzjoni rilevanti dwar inċidenti, kważi inċidenti, theddid ċibernetiku, riskji u vulnerabbiltajiet;

(d) 

li jiskambja informazzjoni fir-rigward ta' pubblikazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà;

(e) 

li jiżgura l-interoperabbiltà fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u l-protokolli marbuta mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(f) 

fuq talba ta' membru tan-network tas-CSIRTs potenzjalment affettwat minn inċident, li jiskambja u jiddiskuti informazzjoni fir-rigward ta' dak l-inċident u t-theddid ċibernetiku, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet assoċjati;

(g) 

fuq talba ta' membru tan-network tas-CSIRTs, li jiddiskuti u, meta jkun possibbli, jimplimenta rispons ikkoordinat għal inċident li jkun ġie identifikat fil-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru;

(h) 

li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' inċidenti transfruntieri skont din id-Direttiva;

(i) 

li jikkoopera, jiskambja l-aħjar prattiki u jipprovdi assistenza lis-CSIRTs maħturin bħala koordinaturi skont l-Artikolu 12(1) fir-rigward tal-ġestjoni tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq entitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed;

(j) 

li jiddiskuti u jidentifika aktar forom ta' kooperazzjoni operazzjonali, inkluż fir-rigward ta':

(i) 

kategoriji ta' theddid u inċidenti ċibernetiċi;

(ii) 

twissijiet bikrija;

(iii) 

assistenza reċiproka;

(iv) 

prinċipji u arranġamenti għall-koordinazzjoni, bħala rispons għal riskji u inċidenti transfruntieri;

(v) 

kontribut għall-pjan nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira msemmi fl-Artikolu 9(4) fuq it-talba ta' Stat Membru;

(k) 

li jinforma lill-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar forom ulterjuri ta' kooperazzjoni operazzjonali diskussi skont il-punt (j), u, meta jkun meħtieġ, jitlob gwida f'dak ir-rigward;

(l) 

li jagħti rendikont tal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, inklużi dawk organizzati mill-ENISA;

(m) 

fuq talba minn CSIRT individwali, li jiddiskuti l-kapaċitajiet u t-tħejjija ta' dik is-CSIRT;

(n) 

li jikkoopera u jiskambja informazzjoni maċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (SOCs) fil-livell reġjonali u dak tal-Unjoni sabiex itejjeb l-għarfien komuni tas-sitwazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku madwar l-Unjoni;

(o) 

meta jkun rilevanti, li jiddiskuti r-rapporti tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(9);

(p) 

li jipprovdi linji gwida sabiex jiffaċilita l-konverġenza ta' prattiki operazzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu li jikkonċernaw il-kooperazzjoni operazzjonali.

Artikolu 15 4.
Sas-17 ta’ Jannar 2025, u kull sentejn wara dan, in-network tas-CSIRTs għandu, għall-fini tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 40, jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali u jadotta rapport. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, ifassal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19, li jitwettqu fir-rigward tas-CSIRTs nazzjonali. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Grupp ta' Kooperazzjoni.
Artikolu 15 5.
In-network tas-CSIRTs għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.
Artikolu 15 6.
In-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe għandhom jaqblu dwar arranġamenti proċedurali u jikkooperaw abbażi tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.