+Artikolu 19 Evalwazzjonijiet bejn il-pari
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
|
Artikolu 19 Evalwazzjonijiet bejn il-pari
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu, sas-17 ta’ Jannar 2025, jistabbilixxi, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u tal-ENISA, u, fejn rilevanti, in-network tas-CSIRTs, il-metodoloġija u l-aspetti organizzattivi tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari bil-ħsieb li wieħed jitgħallem minn esperjenzi kondiviżi, isaħħaħ il-fiduċja reċiproka, jikseb livell komuni għoli ta' ċibersigurtà, kif ukoll itejjeb il-kapaċitajiet u l-politiki taċ-ċibersigurtà tal-Istati Membri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-parteċipazzjoni fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari hija volontarja. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jitwettqu minn esperti taċ-ċibersigurtà. L-esperti taċ-ċibersigurtà għandhom jiġu maħturin minn tal-anqas żewġ Stati Membri, differenti mill-Istat Membru li jkun qed jiġi evalwat. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-livell tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 21 u 23;
(b)
il-livell tal-kapaċitajiet, inklużi r-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani disponibbli, u l-effettività tat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti;
(c)
il-kapaċitajiet operazzjonali tas-CSIRTs;
(d)
il-livell tal-implimentazzjoni tal-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 37;
(e)
il-livell tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 29;
(f)
il-kwistjonijiet speċifiċi ta' natura transfruntiera jew transsettorjali.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji, ġusti u trasparenti li abbażi tagħhom l-Istati Membri jaħtru esperti eliġibbli taċ-ċibersigurtà biex iwettqu l-evalwazzjonijiet bejn il-pari. Il-Kummissjoni u l-ENISA għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw kwistjonijiet speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (f), għall-finijiet ta' evalwazzjoni bejn il-pari.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Qabel il-bidu ta' evalwazzjoni bejn il-pari kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri parteċipanti dwar l-iskop tagħha, inklużi l-kwistjonijiet speċifiċi identifikati skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Qabel il-bidu tal-evalwazzjoni bejn il-pari, l-Istati Membri jistgħu jwettqu awtovalutazzjoni tal-aspetti evalwati u jipprovdu dik l-awtovalutazzjoni lill-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin. Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u tal-ENISA, jistabbilixxi l-metodoloġija għall-awtovalutazzjoni tal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 19 6.
|
L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jinvolvu żjarat fuq il-post fiżiċi jew virtwali u skambji tal-informazzjoni mhux fuq il-post. F'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni tajba, l-Istat Membru li jkun soġġett għall-evalwazzjoni bejn il-pari għandu jipprovdi lill-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali jew klassifikata jew għas-salvagwardja ta' funzjonijiet Statali essenzjali, bħas-sigurtà nazzjonali. Il-Grupp ta' Kooperazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-ENISA, għandu jiżviluppa kodiċijiet ta' kondotta xierqa li jirfdu l-metodi ta' ħidma tal-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin. Kull informazzjoni miksuba waqt l-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tintuża biss għal dak l-iskop. L-esperti taċ-ċibersigurtà li jipparteċipaw fl-evalwazzjoni bejn il-pari ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali miksuba waqt dik l-evalwazzjoni bejn il-pari lil partijiet terzi.
|
|
Artikolu 19 7.
|
Ladarba jkunu ġew soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari, l-istess aspetti evalwati ma għandhomx ikunu soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari f'dak l-Istat Membru għal perjodu ta' sentejn wara l-konklużjoni tal-evalwazzjoni bejn il-pari, sakemm ma jiġix mitlub mod ieħor mill-Istat Membru jew maqbul wara proposta tal-Grupp ta' Kooperazzjoni.
|
|
Artikolu 19 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe riskju ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna l-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin jiġi żvelat lill-Istati Membri l-oħra, lill-Grupp ta' Kooperazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-ENISA, qabel il-bidu tal-evalwazzjoni bejn il-pari. L-Istat Membru soġġett għall-evalwazzjoni bejn il-pari jista' joġġezzjona għal-ħatra ta' esperti taċ-ċibersigurtà partikolari għal raġunijiet debitament ġustifikati kkomunikati lill-Istati Membri maħturin.
|
|
Artikolu 19 9.
|
L-esperti taċ-ċibersigurtà li jipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jabbozzaw rapporti dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari. L-Istati Membri soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-abbozzi tar-rapporti li jikkonċernawhom u tali kummenti għandhom jiġu mehmuża mar-rapporti. Ir-rapporti għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet li jippermettu titjib fl-aspetti koperti mill-evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi lill-Grupp ta' Kooperazzjoni u lin-network tas-CSIRTs fejn rilevanti. Stat Membru soġġett għal evalwazzjoni bejn il-pari jista' jiddeċiedi li jagħmel ir-rapport tiegħu, jew verżjoni redatta tiegħu, disponibbli għall-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|