+Artikolu 24 Użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
|
Artikolu 24 Użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Biex juru l-konformità ma' rekwiżiti partikolari tal-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu entitajiet essenzjali u importanti jużaw prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT u proċessi tal-ICT partikolari, żviluppati mill-entità essenzjali jew importanti jew akkwistati minn partijiet terzi, li huma ċċertifikati fl-ambitu ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/881. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet essenzjali u importanti jużaw servizzi fiduċjarji kwalifikati.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 38, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika liema kategoriji ta' entitajiet essenzjali u importanti għandhom ikunu meħtieġa jużaw ċerti prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT u proċessi tal-ICT iċċertifikati jew jiksbu ċertifikat skont skema Ewropea taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/881. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati meta jkunu ġew identifikati livelli insuffiċjenti ta' ċibersigurtà u għandhom jinkludu perjodu ta' implimentazzjoni. Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt u għandha twettaq konsultazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2019/881.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Meta ma tkun disponibbli l-ebda skema Ewropea xierqa taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Grupp ta' Kooperazzjoni u lill-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, tista' titlob lill-ENISA tħejji skema kandidat skont l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) 2019/881.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|