+Artikolu 26 Ġurisdizzjoni u territorjalità
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.

Artikolu 26 Ġurisdizzjoni u territorjalità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.

L-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, ħlief fil-każ ta':

(a) 

fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih jipprovdu s-servizzi tagħhom;

(b) 

il-fornituri ta' servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta' ismijiet tat-TLD, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominji, il-fornituri ta' servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta' servizzi ta' ċentri tad-data, il-fornituri ta' networks tal-konsenja tal-kontenut, il-fornituri ta' servizzi ġestiti, il-fornituri ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri ta' swieq online, ta' magni tat-tiftix online, jew ta' pjattaformi ta' servizzi ta' networking soċjali, li għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn għandhom l-istabbiliment prinċipali tagħhom fl-Unjoni skont il-paragrafu 2;

(c) 

entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li stabbilihom.

Artikolu 26 2.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha titqies li għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha fl-Unjoni, fl-Istat Membru fejn jittieħdu l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet relatati mal-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista' jiġi ddeterminat jew jekk tali deċiżjonijiet ma jittiħdux fl-Unjoni, l-istabbiliment ewlieni għandu jitqies li jkun fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet taċ-ċibersigurtà. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, l-istabbiliment ewlieni għandu jitqies li jkun fl-Istat Membru fejn l-entita kkonċernata jkollha l-istabbiliment bl-akbar numru ta' impjegati fl-Unjoni.
Artikolu 26 3.
Jekk entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ma tkunx stabbilita fl-Unjoni, iżda toffri servizzi fl-Unjoni, din għandha taħtar rappreżentant fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f'wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn huma offruti s-servizzi. Tali entità għandha titqies li taqa' fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant. Fin-nuqqas ta' rappreżentant fl-Unjoni maħtur skont dan il-paragrafu, kwalunkwe Stat Membru fejn l-entità tipprovdi s-servizzi jista' jieħu azzjonijiet legali kontriha għall-ksur ta' din id-Direttiva.
Artikolu 26 4.
Il-ħatra ta' rappreżentant minn entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra l-entità nnifisha.
Artikolu 26 5.
L-Istati Membri li jkunu rċevew talba għal assistenza reċiproka fir-rigward ta' entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jistgħu, fil-limiti ta' dik it-talba, jieħdu miżuri superviżorji u ta' infurzar xierqa fir-rigward tal-entità kkonċernata li tipprovdi servizzi jew li għandha network u sistema tal-informazzjoni fit-territorju tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.