+Artikolu 33 Miżuri superviżorji u ta' infurzar fir-rigward ta' entitajiet importanti
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
|
Artikolu 33 Miżuri superviżorji u ta' infurzar fir-rigward ta' entitajiet importanti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Meta jingħataw evidenza, indikazzjoni jew informazzjoni li entità importanti allegatament mhix konformi ma' din id-Direttiva, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 23 tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni, fejn meħtieġ, permezz ta' miżuri superviżorji ex post. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwali.
|
|
Artikolu 33 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom fir-rigward tal-entitajiet importanti, ikollhom is-setgħa li jissoġġettaw lil dawk l-entitajiet tal-inqas għal:
(a)
spezzjonijiet fuq il-post u superviżjoni ex post mhux fuq il-post imwettqa minn professjonisti mħarrġa;
(b)
awditi tas-sigurtà mmirati mwettqa minn korp indipendenti jew minn awtorità kompetenti;
(c)
scans tas-sigurtà bbażati fuq kriterji ta' valutazzjoni tar-riskju oġġettivi, mhux diskriminatorji, ġusti u trasparenti, meta meħtieġ bil-kooperazzjoni tal-entità kkonċernata;
(d)
talbiet għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati, ex post, il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà adottati mill-entità kkonċernata, inklużi politiki taċ-ċibersigurtà dokumentati, kif ukoll il-konformità mal-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 27;
(e)
talbiet għal aċċess għal data, dokumenti u informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom;
(f)
talbiet għal evidenza tal-implimentazzjoni tal-politiki taċ-ċibersigurtà, bħar-riżultati tal-verifiki tas-sigurtà mwettqa minn awditur kwalifikat u l-evidenza sottostanti rispettiva.
L-awditi tas-sigurtà mmirati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew l-entità awditjata, jew fuq informazzjoni disponibbli oħra relatata mar-riskju. Ir-riżultati ta' kwalunkwe awditu tas-sigurtà mmirat għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti. Il-kostijiet ta' tali awditjar tas-sigurtà mmirat imwettaq minn korp indipendenti għandhom jitħallsu mill-entità awditjata, ħlief f'każijiet debitamen sostanzjati meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi mod ieħor.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont il-paragrafu 2, il-punti (d), (e) jew (f), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw l-għan tat-talba u jispeċifikaw l-informazzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 33 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat tal-infurzar tagħhom fir-rigward tal-entitajiet importanti, ikollhom is-setgħa tal-inqas li:
(a)
joħorġu twissijiet dwar il-ksur ta' din id-Direttiva mill-entitajiet ikkonċernati;
(b)
jaddottaw istruzzjonijiet vinkolanti jew ordni li tirrikjedi li l-entitajiet ikkonċernati jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati jew il-ksur ta' din id-Direttiva;
(c)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jwaqqfu mġiba li tikser din id-Direttiva u ma jirrepetuhiex;
(d)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jiżguraw li l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tagħhom jikkonformaw mal-Artikoli 21 jew jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 23, b'mod speċifikat u fi żmien perjodu speċifikat;
(e)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jinfurmaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fir-rigward tagħhom jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet li huma potenzjalment affettwati minn theddida ċibernetika sinifikanti dwar in-natura tat-theddida, kif ukoll dwar kull miżura protettiva jew ta' rimedju possibbli li tista' tittieħed minn dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala rispons għal dik it-theddida;
(f)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti bħala riżultat ta' awditu tas-sigurtà fi żmien skadenza raġonevoli;
(g)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jippubblikaw aspetti ta' ksur ta' din id-Direttiva b'mod speċifikat;
(h)
jimponu jew jitolbu l-impożizzjoni mill-korpi, mill-qrati jew mit-tribunali rilevanti, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ta' multa amministrattiva skont l-Artikolu 34 flimkien ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 33 5.
|
L-Artikolu 32(6), (7) u (8) għandu japplika mutatis mutandis għall-miżuri superviżorji u ta' infurzar previsti f'dan l-Artikolu għall-entitajiet importanti .
|
|
Artikolu 33 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont din id-Direttiva jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti kompetenti tal- Stat Membru konċernat skont ir-Regolament (UE) 2022/2554 B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom taħt din id-Direttiva jinfurmaw lill-Forum ta' Sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tagħhom immirati biex jiżguraw konformità ta' entità importanti li hija nominata bħala fornitur terz ta' servizzi tal-ICT kritiċi skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2554 ma' din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|